2 Samwel 6:1-23

6  U David reġaʼ ġabar l-​aqwa rġiel kollha f’Israel,+ tletin elf.  Imbagħad David u n-​nies kollha li kienu miegħu qamu u marru Bagħale-ġuda+ biex itellgħu l-​arka+ taʼ l-​Alla l-​veru minn hemmhekk, li fuqha jissejjaħ isem, l-​isem+ taʼ Ġeħova taʼ l-​armati,+ li qiegħed fuq il-​kerubini.+  Madankollu, l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru għabbewha fuq karru ġdid,+ sabiex iġorruha mid-​dar t’Abinadab,+ li kienet fuq l-​għolja; u Użżah u Aħjo,+ ulied Abinadab, kienu qed imexxu l-​karru l-​ġdid.  Għalhekk, ġarrew l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru mid-​dar t’Abinadab, li kienet fuq l-​għolja; u Aħjo kien miexi quddiem l-​Arka.  U David u d-​dar kollha taʼ Israel kienu qed jiċċelebraw quddiem Ġeħova b’kull tip taʼ strument taʼ l-​injam tal-​ġnibru, u bl-​arpi,+ bi strumenti tal-​korda,+ bit-​tanburlini,+ bis-​sistra, u biċ-​ċimbali.+  U bil-​mod il-​mod waslu sal-​qiegħa tad-​dris taʼ Nakon,* u Użżah+ issa ħareġ idu lejn l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru u żammha,+ għax il-​barrin kienu kważi qalbuha.  U r-​rabja taʼ Ġeħova+ xegħlet kontra Użżah, u l-​Alla l-​veru laqtu+ hemmhekk għal dan l-​att bla rispett, u b’hekk hu miet hemmhekk ħdejn l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru.+  U David irrabja minħabba l-​fatt li Ġeħova kien żbroffa kontra Użżah, u dak il-​post semmewh Pereż-użżah* sa dan il-​jum.+  U David beżaʼ minn Ġeħova+ dakinhar u qal: “Kif se tiġi għandi l-​arka taʼ Ġeħova?”+ 10  U David ma riedx iġib l-​arka taʼ Ġeħova għandu fil-​Belt taʼ David.+ Għalhekk, David ġiegħel li tinġarr lejn id-​dar t’Għobed-edom+ il-​Gitti.+ 11  U l-​arka taʼ Ġeħova baqgħet fid-​dar t’Għobed-edom il-​Gitti tliet xhur; u Ġeħova baqaʼ jbierek+ lil Għobed-edom u lin-​nies kollha taʼ daru.+ 12  Fl-aħħar, lis-​Sultan David wasslulu l-​aħbar u qalulu: “Ġeħova bierek id-​dar t’Għobed-edom u kulma għandu minħabba l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru.” Għal dan, David mar iġib l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru mid-​dar t’Għobed-edom u tellagħha bil-​ferħ lejn il-​Belt taʼ David.+ 13  U ġara li, meta dawk li kienu qed iġorru+ l-​arka taʼ Ġeħova kienu mxew sitt passi, hu minnufih offra barri u annimal imsemmen bħala sagrifiċċju.+ 14  U David, imħażżem b’efod+ taʼ l-​għażel, beda jdur u jiżfen kemm jiflaħ quddiem Ġeħova. 15  U David u d-​dar kollha taʼ Israel kienu qed itellgħu l-​arka+ b’għajat taʼ ferħ+ u bid-​daqq tal-​qarn.+ 16  U ġara li, meta l-​arka taʼ Ġeħova kienet dieħla fil-​Belt taʼ David, Mikal,+ bint Sawl, ħarset ’l isfel mit-​tieqa u rat lis-​Sultan David jaqbeż u jiżfen quddiem Ġeħova; u bdiet tistmerru+ f’qalbha.+ 17  U daħħlu l-​arka taʼ Ġeħova u qegħduha f’postha fit-​tinda li David kien waqqaf għaliha;+ imbagħad David offra sagrifiċċji tal-​ħruq+ u sagrifiċċji taʼ sħubija*+ quddiem Ġeħova. 18  Meta David temm joffri s-​sagrifiċċji tal-​ħruq u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija, imbagħad bierek+ lin-​nies f’isem Ġeħova+ taʼ l-​armati. 19  Barra minn hekk, lin-​nies kollha,+ lill-​folla kollha kemm hi taʼ Israel, sew irġiel u sew nisa, qassmilhom ftira tal-​ħobż, ċappa tamal, u ċappa żbib kull wieħed,+ u wara dan in-​nies kollha marru kull wieħed lejn daru. 20  David issa reġaʼ lura biex ibierek lin-​nies taʼ daru stess,+ u Mikal,+ bint Sawl, ħarġet tiltaqaʼ maʼ David u qaltlu: “Kemm igglorifika lilu nnifsu+ llum is-​sultan taʼ Israel meta nkixef illum quddiem għajnejn it-​tfajliet ilsiera tal-​qaddejja tiegħu, sewwasew bħalma l-​irġiel bla moħħ jinkixfu bla mistħija!”+ 21  David wieġeb lil Mikal: “Dan għamiltu quddiem Ġeħova, li għażel lili minflok lil missierek u lin-​nies kollha taʼ daru biex nikkmanda+ bħala mexxej fuq Israel, il-​poplu taʼ Ġeħova. U jien niċċelebra quddiem Ġeħova,+ 22  u niċċekken saħansitra iktar minn hekk,+ u nitbaxxa f’għajnejja; u mat-​tfajliet ilsiera li semmejt int, magħhom jien deċiż li nigglorifika lili nnifsi.”+ 23  Għalhekk, Mikal,+ bint Sawl, ma kellhiex tfal sa dakinhar li mietet.

Noti taʼ taħt

“Kidon” fl-​1Kr 13:9.
Ifisser “Żbroffa bir-​Rabja Kontra Użżah.”
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.