2 Samwel 5:1-25

5  Maż-żmien, it-​tribujiet kollha taʼ Israel ġew għand David+ f’Ħebron+ u qalulu: “Ara! Aħna għadmek u laħmek.+  Kemm il-​bieraħ u kemm qabel,+ waqt li Sawl kien sultan fuqna, int stess kont dak li toħroġ u ddaħħal lil Israel.+ U Ġeħova qallek, ‘Int stess tirgħa+ lill-​poplu tiegħi Israel u int stess issir mexxej+ fuq Israel.’”  Għalhekk, ix-​xjuħ+ kollha taʼ Israel ġew għand is-​sultan f’Ħebron, u s-​Sultan David għamel patt+ magħhom f’Ħebron quddiem Ġeħova; imbagħad huma dilku+ lil David bħala sultan fuq Israel.+  Tletin sena kellu David meta sar sultan. Erbgħin sena+ dam isaltan.  F’Ħebron saltan fuq Ġuda għal sebaʼ snin u sitt xhur;+ u f’Ġerusalemm+ saltan għal tlieta u tletin sena fuq Israel kollu u fuq Ġuda.  Għaldaqstant, is-​sultan u l-​irġiel tiegħu marru Ġerusalemm kontra l-​Ġebusin,+ li kienu jgħammru fil-​pajjiż, u dawn qalu lil David: “Int ma tidħolx hawnhekk, imma l-​għomja u z-​zopop żgur li jkeċċuk,”+ għax ħasbu: “David ma jidħolx hawnhekk.”  Iżda David xorta waħda ħa taħt idejh il-​fortizza taʼ Sijon,+ jiġifieri, il-​Belt taʼ David.+  Għalhekk, David dakinhar qal: “Min jaħbat għall-​Ġebusin,+ ħa jidħol minn ġol-​mina taʼ l-​ilma+ u jattakka kemm liz-​zopp u kemm lill-​agħma, mibgħudin minn David!” Huwa għalhekk li jgħidu: “L-​agħma u z-​zopp ma jidħlux fid-​dar.”  U David beda jgħammar fil-​fortizza, u din bdiet tissejjaħ il-​Belt taʼ David; u David beda jibni dawramejt mill-​Għolja*+ ’l ġewwa. 10  B’hekk, David baqaʼ jikber u jikber,+ u Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati,+ kien miegħu.+ 11  U Ħiram,+ is-​sultan taʼ Tir, bagħat messaġġiera+ għand David, kif ukoll siġar taċ-​ċedru+ u ħaddiema fl-​injam u ħaddiema fil-​ġebel għall-​ħitan, u dawn bnew dar għal David.+ 12  U David sar jaf li Ġeħova kien stabbilieh fis-​sod bħala sultan fuq Israel+ u li kien eżalta+ s-​saltna tiegħu minħabba l-​poplu tiegħu Israel.+ 13  Sadanittant, David issokta jieħu iktar konkubini+ u nisa+ minn Ġerusalemm wara li ġie minn Ħebron; u lil David komplew jitwildulu iktar subien u bniet. 14  U dawn huma l-​ismijiet taʼ dawk li twildulu f’Ġerusalemm: Sammugħa,+ Sobab,+ Natan,+ Salamun,+ 15  Ibħar, Elisugħa,+ Nefeg,+ Ġafigħa,+ 16  Elisama,+ Eljada, u Elifelet.+ 17  U l-​Filistin semgħu li kienu dilku lil David bħala sultan fuq Israel.+ Għalhekk, il-​Filistin kollha telgħu jfittxu lil David. Meta David semaʼ b’dan, niżel lejn il-​post diffiċli biex jintlaħaq.+ 18  U l-​Filistin, min-​naħa tagħhom, ġew u qagħdu jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm biex jisirqu.+ 19  U David staqsa+ lil Ġeħova u qallu: “Nitlaʼ kontra l-​Filistin? Tagħtihomli f’idejja?” U Ġeħova wieġeb lil David: “Itlaʼ, għax jien żgur li nagħtik il-​Filistin f’idejk.”+ 20  Għalhekk, David wasal Bagħal-perasim,+ u David qatilhom hemmhekk. U qal: “Ġeħova mar qabli, bħal ilmijiet li jinfaqgħu, u qered l-​għedewwa tiegħi.”+ Huwa għalhekk li dan il-​post semmieh Bagħal-perasim.+ 21  Għaldaqstant, huma ħallew l-​idoli tagħhom+ hemmhekk, u għalhekk David u l-​irġiel tiegħu ħaduhom magħhom.+ 22  Iktar tard il-​Filistin reġgħu telgħu+ u qagħdu jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm biex jisirqu.+ 23  Minħabba f’hekk, David staqsa+ lil Ġeħova li qallu: “Titlax. Dur minn warajhom, u itlaʼ kontrihom quddiem is-​siġar tal-​baka.*+ 24  U ħa jiġri li, x’ħin tismaʼ l-​ħoss tal-​mixi fil-​qċaċet tas-​siġar tal-​baka, dak il-​ħin aġixxi b’mod deċiż,+ għaliex dak il-​ħin Ġeħova jkun ħareġ qablek biex jeqred il-​kamp tal-​Filistin.”+ 25  Għaldaqstant, David għamel hekk, sewwasew bħalma kien ikkmandah+ Ġeħova, u qered+ lill-​Filistin minn Geba+ saħansitra sa Geżer.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “il-​mili [bit-terrapien].” Bl-​Ebrajk, millo. X’aktarx struttura li tixbah lil ċittadella.
L-isem “baka” ġej minn għerq Ebrajk li jfisser “beka.” M’huwiex magħruf fiċ-​ċert għal liema siġra qed jirreferi.