2 Samwel 4:1-12

4  Meta bin+ Sawl semaʼ li Abner kien miet f’Ħebron,+ imbagħad idejh iddgħajfu+ u l-​Israelin kollha tħawdu.  U kien hemm żewġt irġiel, kapijiet tal-​qtajjaʼ,+ li kienu taʼ bin Sawl, wieħed kien jismu Bagħnah u l-​ieħor kien jismu Rekab, ulied Rimmon il-​Biroti, minn ulied Benjamin; għax Birot,+ ukoll, kienet magħduda bħala parti minn Benjamin.  U l-​Birotin ħarbu lejn Gittajm,+ u baqgħu residenti barranin hemmhekk sa dan il-​jum.  Issa Ġonatan,+ bin Sawl, kellu iben li kien zopp minn saqajh.+ Ħames snin kellu meta l-​aħbar dwar Sawl u Ġonatan waslet minn Ġeżragħel;+ u dik li kienet tieħu ħsiebu refgħetu u ħarbet, imma ġara li, hekk kif kienet qed tiġri bil-​paniku biex taħrab, hu waqaʼ u sar zopp. Dan kien jismu Mefiboset.+  U wlied Rimmon il-​Biroti, Rekab u Bagħnah, marru u waslu d-​dar taʼ Is-​boset+ meta l-​jum kien saħan sew, waqt ir-​raqda tiegħu taʼ nofsinhar.  U daħlu f’nofs id-​dar bħallikieku biex iġibu l-​qamħ, u mbagħad darbuh f’żaqqu;+ u lil Rekab u lil ħuh Bagħnah+ ħadd ma ntebaħ bihom.  Meta daħlu fid-​dar, hu kien mimdud fuq soddtu fil-​kamra tas-​sodda taʼ ġewwa, u huma darbuh, u b’hekk qatluh,+ u mbagħad qatgħulu rasu,+ u rasu ħaduha u mxew il-​lejl kollu fit-​triq li tagħti għall-​Għaraba.  U ħadu ras Is-​boset+ lil David f’Ħebron u qalu lis-​sultan: “Hawn hi ras Is-​boset, bin Sawl, l-​għadu tiegħek+ li pprova jiħodlok ħajtek;+ illum Ġeħova qed jagħti lil sidi s-​sultan il-​vendetta+ fuq Sawl u nislu.”  Madankollu, David wieġeb lil Rekab u lil ħuh Bagħnah, ulied Rimmon il-​Biroti, u qalilhom: “Daqskemm hu ħaj+ Ġeħova li ħelisli+ ruħi+ minn kull hemm,+ 10  meta kien hemm wieħed li tani l-​aħbar+ u qalli, ‘Ara! Sawl miet,’ u hu kien mingħalih li ġabli aħbar tajba, jien, madankollu, qbadtu u qtiltu+ f’Siklag meta kien imiss lili li nagħtih il-​ħlas taʼ messaġġier; 11  kemm iktar għandu jkun hekk meta nies mill-​agħar+ qatlu raġel sewwa f’daru stess u fuq soddtu? U issa m’għandix jien nitlob demmu minn idejkom,+ u m’għandix jien inqaċċatkom minn fuq wiċċ l-​art?”+ 12  Imbagħad David ordna liż-​żgħażagħ u dawn qatluhom+ u qatgħulhom idejhom u saqajhom u dendluhom+ ħdejn l-​għadira f’Ħebron; u ras Is-​boset ħaduha u difnuha fil-​qabar t’Abner f’Ħebron.+

Noti taʼ taħt