2 Samwel 3:1-39

3  U l-​gwerra bejn dar Sawl u dar David ħadet fit-​tul;+ u David baqaʼ jissaħħaħ,+ u dar Sawl baqgħet tiddgħajjef iktar u iktar.+  Sadanittant, lil David twildulu l-​ulied+ f’Ħebron,+ u l-​ewwel imwieled tiegħu kien Amnon+ minn Aħinogħam+ il-​Ġeżragħelija.  U t-​tieni kien Kilegħab+ minn Abigajl+ mart Nabal il-​Karmeli, u t-​tielet kien Absalom,+ bin Magħka, bint Talmaj,+ is-​sultan tal-​Gesur.  U r-​rabaʼ kien Adonija,+ bin Ħaggit,+ u l-​ħames kien Sefatija,+ bin Abital.  U s-​sitta kien Itregħam,+ bin Għegla, mart David. Dawn twieldu lil David f’Ħebron.  U ġara li, waqt li l-​gwerra bejn dar Sawl u dar David kompliet sejra, Abner+ kien qed isaħħaħ kontinwament il-​pożizzjoni tiegħu f’dar Sawl.  Issa Sawl kellu konkubina li kien jisimha Risfa,+ bint Ajja.+ Iktar tard Is-​boset+ qal lil Abner: “Għala kellek x’taqsam mal-​konkubina+ taʼ missieri?”  U Abner irrabja ħafna+ għall-​kliem taʼ Is-​boset u qallu: “Jien xi ras taʼ kelb+ taʼ Ġuda? Illum jien nibqaʼ nuri qalb tajba bl-​imħabba lejn dar Sawl, missierek, lejn ħutu u l-​ħbieb persunali tiegħu, u ma ħallejtekx issib ruħek f’idejn David; u madankollu int illum titlobni nagħti kont taʼ żball minħabba mara.  Jalla jagħmillu hekk Alla lil Abner, u iktar minn hekk,+ jekk, bħalma Ġeħova ħalef lil David,+ jien ma nagħmillux hekk, 10  u nieħu s-​saltna minn dar Sawl u nistabbilixxi t-​tron taʼ David fuq Israel u fuq Ġuda minn Dan sa Bir-​xeba.”+ 11  U ma kellux il-​ħila jgħid kelma waħda oħra biex iwieġeb lil Abner minħabba li kien jibżaʼ minnu.+ 12  Għaldaqstant, Abner bagħat messaġġiera għand David dak il-​ħin stess, u qallu: “Taʼ min hi l-​art?” u żied: “Agħmel il-​patt tiegħek miegħi, u, ara, idi tkun miegħek biex indawwar lil Israel kollu kemm hu lejk.”+ 13  Għal dan, qallu: “Tajjeb! Jien stess nagħmel patt miegħek. Ħaġa waħda biss qed nitlob mingħandek, jiġifieri, ‘Ma tistax tara lil wiċċi+ jekk l-​ewwel ma ġġibx lil Mikal,+ bint Sawl, meta tiġi tara lil wiċċi.’” 14  Barra minn hekk, David bagħat messaġġiera għand Is-​boset,+ bin Sawl, u qallu: “Agħtini lil marti Mikal, li jien tgħarrast magħha għal mitt prepuzju+ tal-​Filistin.” 15  Għalhekk, Is-​boset bagħat għaliha u ħadha mingħand żewġha, Paltijel,+ bin Lajs. 16  Imma żewġha baqaʼ miexi magħha, jibki hekk kif mexa warajha saħansitra sa Baħurim.+ Imbagħad Abner qallu: “Mur, erġaʼ lura!” U reġaʼ lura. 17  Sadanittant, Abner kien bagħat jgħarraf lix-​xjuħ taʼ Israel, u qalilhom: “Kemm il-​bieraħ u kemm qabel+ intom urejtu li qed tfittxu lil David bħala sultan fuqkom. 18  U issa aġixxu, għax Ġeħova nnifsu qal lil David, ‘B’id David+ il-​qaddej tiegħi nsalva lill-​poplu tiegħi Israel minn id il-​Filistin u minn id l-​għedewwa kollha tagħhom.’” 19  Imbagħad Abner tkellem ukoll biex jisimgħu Benjamin,+ u wara dan Abner mar ukoll jitkellem biex jisimgħu David f’Ħebron kulma kien tajjeb f’għajnejn Israel u f’għajnejn id-​dar kollha taʼ Benjamin. 20  Meta Abner mar għand David f’Ħebron, u miegħu għoxrin raġel, David għamel festa+ għal Abner u għall-​irġiel li kienu miegħu. 21  Imbagħad Abner qal lil David: “Ħa nqum u mmur u niġbor lil Israel kollu flimkien quddiem sidi s-​sultan, sabiex jagħmlu patt miegħek, u int ċertament li ssir sultan fuq dak kollu li ruħek tixxennaq għalih.”+ Għalhekk, David bagħat lil Abner, u dan mar fi triqtu bis-​sliem.+ 22  U l-​qaddejja taʼ David kienu ġejjin maʼ Ġowab minn attakk, u l-​priża+ li ġabu magħhom kienet abbundanti. U Abner ma kienx maʼ David f’Ħebron, għax dan kien bagħtu, u kien sejjer fi triqtu bis-​sliem. 23  U Ġowab+ u l-​armata kollha li kienet miegħu daħlu, u lil Ġowab tawh l-​aħbar u qalulu: “Abner,+ bin Ner,+ ġie għand is-​sultan, u dan bagħtu, u qiegħed fi triqtu bis-​sliem.” 24  Għalhekk, Ġowab daħal għand is-​sultan u qallu: “X’għamilt?+ Ara! Abner ġie għandek. Għala bgħattu, u b’hekk hu rnexxielu jmur bis-​sliem? 25  Tafu tajjeb lil Abner, bin Ner, li biex iqarraq bik ġie u biex ikun jaf meta toħroġ u meta tidħol+ u biex ikun jaf kulma qed tagħmel.”+ 26  U Ġowab ħareġ minn quddiem David u bagħat messaġġiera wara Abner, u ġegħluh jerġaʼ lura+ mill-​ġibjun taʼ Sira; u David ma kienx jaf b’dan. 27  Meta Abner ġie lura lejn Ħebron,+ Ġowab daħħlu ’l ġewwa mill-​bieb biex ikellmu bil-​kwiet.+ Madankollu, hemmhekk darbu f’żaqqu,+ u b’hekk miet minħabba d-​demm taʼ ħuh Għasael.+ 28  Meta iktar tard David semaʼ b’dan, hu qal minnufih: “Jien u saltnati, mill-​ħarsa taʼ Ġeħova, aħna innoċenti għal dejjem mill-​ħtija taʼ demm+ Abner, bin Ner. 29  Jalla ddur lura fuq ras+ Ġowab u fuq id-​dar kollha kemm hi taʼ missieru, u jalla ma jonqos qatt minn dar+ Ġowab raġel b’tisfija+ kontinwa jew wieħed imġiddem+ jew raġel li jdawwar id-​dussies*+ jew xi ħadd li jmut bis-​sejf jew xi ħadd li jittallab il-​ħobż!”+ 30  Ġowab u ħuh Abisaj+ qatlu lil Abner+ minħabba l-​fatt li hu kien qatel lil ħuhom Għasael f’Gibegħon fil-​battalja.+ 31  Imbagħad David qal lil Ġowab u lin-​nies kollha li kienu miegħu: “Ċarrtu ħwejjiġkom+ u tħażżmu bl-​ilbies+ taʼ l-​ixkora u newħu quddiem Abner.” Is-​Sultan David ukoll kien miexi wara l-​katalett. 32  U difnu lil Abner f’Ħebron; u s-​sultan għolla leħnu u beka ħdejn il-​qabar t’Abner, u n-​nies kollha bdew jibku.+ 33  U s-​sultan issokta jgħanni għal Abner u jgħid:“B’mewta taʼ persuna bla sens+ kellu jmut Abner? 34  Idejk ma kinux marbutin,+U saqajk ma tpoġġewx fi rbit tar-​ram aħmar.+Bħalma jaqaʼ wieħed quddiem ulied l-​inġustizzja+ waqajt int.”U n-​nies kollha reġgħu bkewh.+ 35  Iktar tard in-​nies kollha ġew jagħtu l-​ħobż+ lil David biex jikkonslawh waqt li kien għadu bi nhar, imma David ħalef u qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla,+ u iktar minn hekk, jekk qabel ma tinżel ix-​xemx+ induq il-​ħobż jew xi ħaġa oħra!” 36  U n-​nies kollha raw x’ġara, u dan kien tajjeb f’għajnejhom. Kulma kien jagħmel is-​sultan kien tajjeb f’għajnejn in-​nies kollha.+ 37  U n-​nies kollha u Israel kollu saru jafu dakinhar li mhux mis-​sultan kien ġej li jinqatel Abner, bin Ner.+ 38  U s-​sultan issokta jgħid lill-​qaddejja tiegħu: “Ma tafux li prinċep u raġel kbir waqaʼ f’dan il-​jum f’Israel?+ 39  U llum jien dgħajjef, għalkemm midluk+ bħala sultan, u dawn l-​irġiel, ulied Seruja,+ huma ħorox wisq għalija.+ Jalla Ġeħova jrodd lil min jagħmel il-​ħażen skond il-​ħażen tiegħu stess.”+

Noti taʼ taħt

Id-dussies kien għodda użata biex jintgħamlu l-​ħjut għall-​insiġ.