2 Samwel 23:1-39

23  U dan hu l-​aħħar kliem taʼ David:+“Il-​kelma taʼ David, bin Ġesse,+U l-​kelma tar-​raġel b’saħħtu li ġie merfugħ fl-​għoli,+Il-​midluk+ taʼ l-​Alla taʼ Ġakobb,U l-​għaxqa tal-​melodiji+ taʼ Israel.   L-ispirtu taʼ Ġeħova kien li tkellem bija,+U kelmtu kienet fuq ilsieni.+   L-Alla taʼ Israel qal,Lili kellem il-​Blata taʼ Israel,+‘Meta min jaħkem fuq il-​bnedmin ikun ġust,+Jaħkem bil-​biżaʼ minn Alla,+   Imbagħad ikun bħad-​dawl taʼ fil-​għodu, meta tiddi x-​xemx,+Għodwa mingħajr sħab.Mid-​dija, mix-​xita, jinbet il-​ħaxix mill-​art.’+   Għax mhux hekk huma n-​nies tad-​dar tiegħi quddiem Alla?+Għax patt għal żmien indefinit+ hu għamel miegħi,Irranġat sew f’kollox u mħares tajjeb.+Għax dan hu s-​salvazzjoni kollha tiegħi+ u l-​għaxqa kollha tiegħi,M’huwiex għalhekk li hu jġiegħlu jikber?+   Imma persuni li m’huma tajbin għal xejn+ jitkeċċew,+ bħal għollieq,+ kollha kemm huma;Għax m’għandhomx jinqabdu bl-​id.   Meta raġel imisshomGħandu jkun armat bis-​sħiħ bil-​ħadid u b’lanza,U bin-​nar jiġu maħruqin għalkollox.”+  Dawn huma l-​ismijiet taʼ l-​irġiel setgħanin+ taʼ David: Ġoseb-bassebet+ it-​Taħkemoni, il-​kap tat-​tlieta. Hu xejjer il-​lanza tiegħu fuq tmien mija u qatilhom f’darba waħda.  Warajh jiġi Elegħażar,+ bin Dodo,+ bin Aħoħi, li kien fost it-​tlett irġiel setgħanin maʼ David meta ħaduha mal-​Filistin. Dawn kienu nġabru hemmhekk għall-​battalja, u għalhekk l-​irġiel taʼ Israel irtiraw.+ 10  Kien hu li qam u baqaʼ joqtol lill-​Filistin sakemm idu għejiet u idu baqgħet imwaħħla mas-​sejf,+ u b’hekk Ġeħova wettaq salvazzjoni kbira dakinhar;+ u n-​nies marru lura warajh biss biex ineżżgħu l-​midrubin.+ 11  U warajh kien hemm Sammah, bin Agi l-​Ħarari.+ U l-​Filistin inġabru f’Leħi, fejn kien hemm medda rabaʼ mimlija għads;+ u n-​nies ħarbu minħabba l-​Filistin. 12  Imma hu ħa postu f’nofs il-​medda rabaʼ u ħelisha u baqaʼ joqtol lill-​Filistin, u b’hekk Ġeħova wettaq salvazzjoni kbira.+ 13  U tlieta mit-​tletin kap+ niżlu u marru għall-​ħsad, għand David fl-​għar t’Għadullam;+ u l-​Filistin kienu kkampjati f’tined fil-​pjanura l-​baxxa tar-​Refajin.+ 14  U David, dik il-​ħabta, kien fil-​post diffiċli biex jintlaħaq;+ u dik il-​ħabta f’Betlehem kien hemm għassa+ tal-​Filistin. 15  Ftit wara, David esprima x-​xewqa li kellu u qal: “Mhux li kont nistaʼ nixrob l-​ilma mill-​ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-​bieb!”+ 16  Għal dan, it-​tlett irġiel setgħanin daħlu fil-​kamp tal-​Filistin u tellgħu l-​ilma mill-​ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-​bieb u ġarrewh u ħaduh lil David;+ u hu ma riedx jixorbu, imma sawbu+ quddiem Ġeħova. 17  U ssokta jgħid: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi,+ O Ġeħova, li nagħmel dan! Se nixrob jien id-​demm+ taʼ l-​irġiel li marru jissograw ħajjithom?” U ma riedx jixorbu. Dawn huma l-​affarijiet li għamlu t-​tlett irġiel setgħanin. 18  Issa Abisaj,+ ħu Ġowab, bin Seruja,+ kien il-​kap tat-​tletin, u xejjer il-​lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom, u kellu reputazzjoni bħal dawn it-​tlieta.+ 19  Għalkemm iddistingwa ruħu saħansitra iktar mill-​bqija tat-​tletin, u kien il-​kap tagħhom, ma laħaqx il-​grad taʼ l-​ewwel tlieta.+ 20  U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ bin raġel qalbieni, li għamel ħafna għemejjel kbar f’Kabsil,+ hu stess qatel iż-​żewġ ulied t’Arjel taʼ Mowab; u hu stess niżel u qatel iljun+ ġo bir f’jum li fih niżlet il-​borra.+ 21  U kien hu li qatel lir-​raġel Eġizzjan li kien taʼ kobor straordinarju.+ Għalkemm l-​Eġizzjan kellu lanza f’idu, hu niżel għalih b’ħatar u ħataf il-​lanza minn id l-​Eġizzjan u qatlu bil-​lanza tiegħu stess.+ 22  Dawn l-​affarijiet għamel Benaja,+ bin Ġeħojada; u kellu reputazzjoni bħat-​tlett irġiel setgħanin.+ 23  Għalkemm iddistingwa ruħu saħansitra iktar mit-​tletin, ma laħaqx il-​grad taʼ dawn it-​tlieta; imma David ħatru bħala l-​gwardja persunali tiegħu.+ 24  Għasael,+ ħu Ġowab, kien fost it-​tletin; Elħanan,+ bin Dodo, minn Betlehem, 25  Sammah+ il-​Ħarodi, Elika l-​Ħarodi, 26  Ħeleż+ il-​Palti, Ira,+ bin Ikkes+ it-​Tekogħi, 27  Abi-għeżer+ l-​Għanatoti,+ Mebunnaj il-​Ħusati,+ 28  Żalmon l-​Aħoħi,+ Maħaraj+ in-​Netofati, 29  Ħeleb,+ bin Bagħnah in-​Netofati, Ittaj,+ bin Ribaj, minn Gibegħa taʼ wlied Benjamin, 30  Benaja+ l-​Piratoni, Ħiddaj mill-​widien* taʼ Gagħas,+ 31  Abi-għalbon l-​Għarbati, Għażmawet+ il-​Bar-ħumi, 32  Eljaħba s-​Sagħlboni, ulied Ġasen, Ġonatan,+ 33  Sammah il-​Ħarari, Aħijam,+ bin Sarar il-​Ħarari, 34  Elifelet, bin Aħasbaj, bin il-​Magħkati, Eligħam, bin Aħitofel+ il-​Giloni, 35  Ħesro+ l-​Karmeli, Pagħraj l-​Arbi, 36  Igal, bin Natan+ minn Soba, Bani l-​Gadi, 37  Selek+ l-​Għammoni, Naħaraj il-​Biroti, dawk li kienu jġorru l-​armi taʼ Ġowab, bin Seruja, 38  Ira l-​Itri,+ Gareb+ l-​Itri, 39  Urija+ l-​Ħitti—b’kollox sebgħa u tletin.

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.