2 Samwel 22:1-51

22  U David qal lil Ġeħova l-​kliem taʼ din l-​għanja+ dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-​għedewwa+ kollha tiegħu u minn id Sawl;+  u ssokta jgħid:“Ġeħova hu l-​blat għoli+ u l-​fortizza tiegħi+ u Dak li jħarrabni.+   Alla tiegħi hu l-​blata tiegħi.+ Fih se nistkenn,It-​tarka tiegħi+ u l-​qarn tiegħi+ taʼ salvazzjoni, il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà,+U l-​post fejn nistaʼ naħrab,+ is-​Salvatur tiegħi;+ mill-​vjolenza int issalvani.+   Se nsejjaħ lil Dak li jistħoqqlu tifħir,+ lil Ġeħova,U mill-​għedewwa tiegħi jsalvani.+   Għax ħalel kbar tal-​mewt dawruni;+Kien hemm dilluvju taʼ nies li m’huma tajbin għal xejn illi qagħdu jwerwruni.+   Il-ħbula tal-​Qabar* daru miegħi;+Ġejt wiċċ imbwiċċ man-​nases tal-​mewt.+   Fin-niket tiegħi bqajt insejjaħ lil Ġeħova,+U lil Alla tiegħi bqajt insejjaħ.+Imbagħad minn ġot-​tempju tiegħu hu semaʼ leħni,+Bl-​għajta tiegħi għall-​għajnuna f’widnejh.+   U ’l quddiem u lura l-​art bdiet titħarrek u titriegħed;+Is-​sisien tas-​smewwiet theżżu,+U tħarrku ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.+   Telaʼ duħħan minn imnifsejh, u nar minn fommu baqaʼ jiblaʼ;+Il-​ġamar beda jaqbad minnu.+ 10  Hu baxxa s-​smewwiet ’l isfel u niżel;+Taħt saqajh kien hemm sħab iswed.+ 11  U ġie jtir riekeb fuq kerubin;+U kien jidher fuq il-​ġwinħajn taʼ spirtu.+ 12  Imbagħad għamel id-​dlam madwaru bħal għerejjex,+Ilmijiet mudlama, sħab oħxon.+ 13  Mid-dija taʼ quddiemu ġamar tan-​nar beda jaqbad.+ 14  Mis-sema Ġeħova beda jriegħed,+U l-​Iktar Għoli beda jsemmaʼ leħnu.+ 15  U baqaʼ jitfaʼ l-​vleġeġ, sabiex ixerridhom;+Sajjetti, sabiex jitfagħhom f’konfużjoni.+ 16  U qiegħ il-​baħar beda jidher,+Is-​sisien taʼ l-​art produttiva+ nkixfu,Għaċ-​ċanfira taʼ Ġeħova, bin-​nefħa tan-​nifs minn imnifsejh.+ 17  Tani idejh mill-​għoli, laqagħni,+Tellagħni minn ilmijiet fondi.+ 18  Ħelisni mill-​għadu b’saħħtu tiegħi,+Minn dawk li jobogħduni; għax kienu iktar b’saħħithom minni.+ 19  Huma baqgħu jisfidawni f’jum l-​hemm tiegħi,+Imma Ġeħova sar l-​appoġġ tiegħi.+ 20  U ħariġni f’post spazjuż;+Ħelisni, għax fija sab l-​għaxqa tiegħu.+ 21  Ġeħova jippremjani skond is-​sewwa tiegħi;+Skond l-​indafa taʼ idejja jħallasni lura.+ 22  Għax jien żammejt it-​triqat taʼ Ġeħova,+U ma tlaqtx lil Alla tiegħi, li hi azzjoni mill-​agħar.+ 23  Għax id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ kollha tiegħu qegħdin quddiemi;U l-​istatuti tiegħu, jien ma nwarrabx minnhom.+ 24  Se nkun bla nuqqas+ lejh,U min-​naħa tiegħi se nitbiegħed mill-​iżball.+ 25  Ħa jħallasni lura Ġeħova skond is-​sewwa tiegħi,+Skond l-​indafa tiegħi quddiem għajnejh.+ 26   Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà;+Maʼ bniedem b’saħħtu u bla nuqqas se timxi bla nuqqas;+ 27   Maʼ dak li qed iżomm nadif int se tkun nadif,+U mal-​qarrieq int se taġixxi taʼ iblah.+ 28  U n-​nies umli se ssalvahom;+Imma għajnejk huma kontra s-​suppervi, sabiex tbaxxihom.+ 29  Għax int il-​musbieħ tiegħi, O Ġeħova,+U hu Ġeħova li se jagħmel id-​dlam tiegħi jiddi.+ 30  Għax permezz tiegħek nistaʼ niħodha kontra qatgħa ħallelin;+Permezz t’Alla tiegħi nistaʼ nixxabbat maʼ sur.+ 31  L-Alla l-​veru, triqtu perfetta;+Dak li jgħid Ġeħova hu rfinut.+Tarka hu għal dawk kollha li jistkennu fih.+ 32  Għax min hu Alla ħlief Ġeħova,+U min hu blata ħlief Alla tagħna?+ 33  L-Alla l-​veru hu l-​fortizza b’saħħitha tiegħi,+U se jġiegħel li triqti tkun perfetta,+ 34  Jagħmilli saqajja bħal taċ-​ċriev;+U jżommni wieqaf fuq postijiet li huma għoljin għalija.+ 35  Qed iħarriġli idejja għall-​gwerra;+U dirgħajja jagħfsu ’l isfel qaws tar-​ram aħmar.+ 36  Int se tagħtini t-​tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,+U hi l-​umiltà tiegħek li tagħmilni kbir.+ 37  Int se tagħmilli biżżejjed wisaʼ fejn nimxi;+U l-​għekiesi taʼ saqajja m’humiex se jċedu.+ 38  Jien se niġri wara l-​għedewwa tiegħi, sabiex inġibhom fix-​xejn,U ma niġix lura qabel ma jinqerdu għalkollox.+ 39  U se neqridhom għalkollox u nfarrakhom,+ sabiex ma jqumux;+Se jaqgħu taħt saqajja.+ 40  U int se tħażżimni b’enerġija kbira għall-​battalja;+Tixħet taħti lil dawk li jqumu kontrija.+ 41  U se ġġiegħel lill-​għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom u jaħarbu;*+Lil dawk mimlijin mibegħda għalija—jien se nsikkithom.+ 42  Huma jgħajtu għall-​għajnuna, imma m’għandhomx salvatur;+Isejħu lil Ġeħova, imma hu ma jwiġibhomx.+ 43  U jien se nitħanhom bħat-​trab fin taʼ l-​art;Bħat-​tajn tat-​toroq se ngħaffeġ fuqhom;+Se nisħaqhom. 44  Int se teħlisni min-​nies tiegħi li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.+Se tħarisni biex inkun il-​kap tal-​ġnus;+Poplu li ma kontx naf, issa se jaqdini.+ 45  Il-barranin stess se jiġu għandi b’rashom baxxuta;+Widnejhom se jkunu ubbidjenti biex jisimgħuni.+ 46  Il-barranin se jidbielu bil-​mod il-​mod,U joħorġu jitriegħdu mis-​swar tagħhom.+ 47  Ġeħova hu ħaj;+ u ħa jkun imbierek il-​Blata tiegħi;+U ħa jkun eżaltat l-​Alla tal-​blata tas-​salvazzjoni tiegħi.+ 48  L-Alla l-​veru hu Dak li jagħmel vendetta għalija,+Li jġarraf lill-​popli taħti,+ 49  U li qed jeħlisni mill-​għedewwa tiegħi.+U fuq dawk li jqumu kontrija se terfagħni;+Mir-​raġel t’għemejjel vjolenti teħlisni.+ 50  Huwa għalhekk li se rroddlok ħajr, O Ġeħova, fost il-​ġnus;+U lil ismek ngħanni:+ 51  Int li qed tagħmel atti kbar taʼ salvazzjoni għas-​sultan tiegħek+U qed turi qalb tajba bl-​imħabba mal-​midluk tiegħek,+Maʼ David u maʼ nislu għal dejjem.”+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”
Letteralment, “jagħtuni n-​naħa taʼ wara t’għonqhom.”