2 Samwel 21:1-22

21  Issa kien hemm il-​ġuħ+ fi żmien David għal tliet snin, sena wara sena; u David ikkonsulta maʼ Ġeħova. Imbagħad Ġeħova qallu: “Fuq Sawl u fuq daru hemm il-​ħtija tad-​demm, għaliex hu qatel+ lill-​Gibegħonin.”  Għalhekk, is-​sultan sejjaħ lill-​Gibegħonin+ u kellimhom. (Issa l-​Gibegħonin ma kinux minn ulied Israel, imma mill-​bqija taʼ l-​Amurrin;+ u wlied Israel kienu ħalfulhom,+ imma Sawl fittex li jaħbat+ għalihom minħabba l-​għira+ li ħass għal ulied Israel u Ġuda.)  U David issokta jgħid lill-​Gibegħonin: “X’għandi nagħmlilkom, u biex se npattilkom,+ sabiex intom tbierku l-​wirt+ taʼ Ġeħova?”  Għalhekk, il-​Gibegħonin qalulu: “Mhix kwistjoni taʼ fidda jew deheb+ għalina b’konnessjoni maʼ Sawl u n-​nies taʼ daru, u lanqas għandna d-​dritt li nagħtu l-​mewt lil xi raġel f’Israel.” Għal dan, hu qalilhom: “Hu x’inhu li qed tgħidu, nagħmilhulkom.”  U huma wieġbu lis-​sultan: “Ir-​raġel li qeridna+ u li fassal pjan+ biex iġibna fix-​xejn u ma jħallina neżistu f’ebda territorju taʼ Israel—  ħa jingħatawlna sebat irġiel minn uliedu;+ u aħna nesponu+ l-​iġsma tagħhom quddiem Ġeħova f’Gibegħa+ taʼ Sawl, il-​magħżul taʼ Ġeħova.”+ Għaldaqstant, is-​sultan qal: “Jien stess nagħtihomlkom.”  Madankollu, is-​sultan ħass mogħdrija għal Mefiboset,+ bin Ġonatan, bin Sawl, minħabba l-​ħalfa+ taʼ Ġeħova li kien hemm bejniethom, bejn David u bejn Ġonatan, bin Sawl.  Għaldaqstant, is-​sultan ħa ż-​żewġ ulied taʼ Risfa,+ bint Ajja, li wildithom lil Sawl, Armoni u Mefiboset, u l-​ħames ulied taʼ Mikal,*+ bint Sawl, li wildithom lil Għadrijel,+ bin Barżillaj il-​Meħolati.  Imbagħad tahom f’idejn il-​Gibegħonin u dawn esponew l-​iġsma tagħhom fuq il-​muntanja quddiem Ġeħova,+ u b’hekk is-​sebgħa li huma mietu flimkien; u ngħataw il-​mewt fl-​ewwel jiem tal-​ħsad, fil-​bidu tal-​ħsad tax-​xgħir.+ 10  Madankollu, Risfa, bint Ajja,+ ħadet drapp taʼ l-​ixkora+ u firxitu għaliha fuq il-​blata mill-​bidu tal-​ħsad sakemm niżel fuqhom l-​ilma mis-​smewwiet;+ u ma ħallietx it-​tjur+ tas-​smewwiet joqogħdu fuqhom bi nhar u lanqas il-​bhejjem salvaġġi+ tar-​rabaʼ bil-​lejl. 11  Sa fl-​aħħar lil David waslitlu l-​aħbar+ dwar dak li kienet għamlet Risfa, bint Ajja, il-​konkubina taʼ Sawl. 12  Għalhekk, David mar u ħa l-​għadam taʼ Sawl+ u l-​għadam taʼ ibnu Ġonatan mingħand is-​sidien taʼ l-​art taʼ Ġabes-gilegħad,+ li kienu serquhom mill-​pjazza taʼ Bet-san,+ fejn il-​Filistin kienu dendluhom+ dakinhar li l-​Filistin qatlu lil Sawl fuq il-​Gilbogħa.+ 13  U tellaʼ minn hemmhekk l-​għadam taʼ Sawl u l-​għadam taʼ ibnu Ġonatan; barra minn hekk, ġabru l-​għadam taʼ l-​irġiel li kienu esposti.+ 14  Imbagħad difnu l-​għadam taʼ Sawl u taʼ ibnu Ġonatan fl-​art taʼ Benjamin f’Żela+ fil-​qabar taʼ Kis,+ missieru, sabiex jagħmlu kulma kien ordna s-​sultan. Għalhekk, Alla semaʼ t-​talb bil-​ħrara tal-​pajjiż wara dan.+ 15  U l-​Filistin+ reġgħu bdew jiggwerraw kontra Israel. Għaldaqstant, David u l-​qaddejja tiegħu miegħu niżlu u ġġieldu kontra l-​Filistin; u David kien għajjien. 16  U Isbi-benob, li kien fost dawk li twieldu mir-​Refajin,+ li l-​piż tal-​lanza tiegħu+ kien tliet mitt xekel ram aħmar, u li kien imħażżem b’sejf ġdid, daħħalha f’moħħu li joqtol lil David. 17  Minnufih Abisaj,+ bin Seruja, mar jgħinu+ u ħabat għall-​Filisti u qatlu. Dak iż-​żmien l-​irġiel taʼ David ħalfulu u qalulu: “Toħroġx iżjed magħna għall-​battalja,+ sabiex ma titfix+ il-​musbieħ+ taʼ Israel!” 18  U ġara wara dan li reġgħet qamet il-​gwerra mal-​Filistin f’Gob.* Kien f’dan iż-​żmien li Sibbekaj+ il-​Ħusati+ qatel lil Saf, li kien fost dawk li twieldu mir-​Refajin.+ 19  U għal darb’oħra qamet il-​gwerra mal-​Filistin f’Gob, u Elħanan,+ bin Ġagħre-oregim il-​Betlehemi, qatel lil Gulija l-​Gitti, li l-​manku tal-​lanza tiegħu kien bħall-​motwa* taʼ min jinseġ bin-​newl.+ 20  U jerġaʼ reġgħet qamet il-​gwerra f’Gat,+ meta kien hemm raġel taʼ kobor straordinarju, b’sitt swabaʼ fuq kull id u sitt swabaʼ fuq kull sieq, b’kollox erbgħa u għoxrin; u dan ukoll kien twieled lir-​Refajin.+ 21  U baqaʼ jisfida+ lil Israel. Fl-​aħħar, Ġonatan,+ bin Simgħi,+ ħu David, qatlu. 22  Dawn l-​erbgħa kienu twieldu lir-​Refajin f’Gat;+ u waqgħu b’id David u b’id il-​qaddejja tiegħu.+

Noti taʼ taħt

It-Targumi jinqraw: “il-​ħames ulied taʼ Merab (li Mikal, bint Sawl, rabbiet) li wildet.” Qabbel it-​2Sa 6:23.
“Geżer” fl-​1Kr 20:4.
Ara l-​1Sa 17:7, in-​nota taʼ taħt.