2 Samwel 20:1-26

20  Issa hemmhekk kien hemm raġel li ma kien tajjeb għal xejn+ u li kien jismu Xeba,+ bin Bikri, Benjamini; u daqq il-​qarn+ u qal: “M’għandniex x’naqsmu maʼ David, u m’għandna ebda wirt maʼ bin Ġesse.+ Kull wieħed għal allatu,+ O Israel!”  Minħabba f’hekk l-​irġiel kollha taʼ Israel bdew jitilqu milli jsegwu lil David biex isegwu lil Xeba, bin Bikri;+ imma l-​irġiel taʼ Ġuda baqgħu mqabbdin mas-​sultan tagħhom mill-​Ġordan sa Ġerusalemm.+  U David wasal f’daru f’Ġerusalemm.+ Imbagħad is-​sultan ħa l-​għaxar nisa,+ il-​konkubini li kien ħalla warajh biex jieħdu ħsieb id-​dar, u qegħedhom f’dar mgħassa, imma baqaʼ jipprovdilhom l-​ikel. U ma kellux x’jaqsam magħhom,+ imma baqgħu magħluqin sa dakinhar li mietu, romol b’żewġhom ħaj.  Is-sultan issa qal lil Għamasa:+ “Sejjaħ lill-​irġiel taʼ Ġuda flimkien għandi fi żmien tlett ijiem, u int oqgħod hawnhekk.”  Għalhekk, Għamasa mar isejjaħ lill-​irġiel taʼ Ġuda flimkien; imma ġie iktar tard miż-​żmien iffissat li kien stabbilixxa għalih.  Imbagħad David qal lil Abisaj:+ “Issa Xeba,+ bin Bikri, ikun agħar għalina minn Absalom.+ Int stess ħu l-​qaddejja+ taʼ sidek u mur iġri warajh, li ma jmurx jieħu taħt idejh bliet fortifikati u jaħrab quddiem għajnejna.”  Għaldaqstant, l-​irġiel taʼ Ġowab+ u l-​Keretin+ u l-​Peletin+ u l-​irġiel setgħanin kollha ħarġu għal warajh; u ħarġu minn Ġerusalemm biex jiġru wara Xeba, bin Bikri.  Huma kienu qrib il-​ġebla l-​kbira li qiegħda f’Gibegħon,+ u Għamasa+ mar jiltaqaʼ magħhom. Issa Ġowab kien liebes libsa u ħżiem; u fuqu kellu mħażżem sejf marbut maʼ qaddu, fl-​għant tiegħu. U hu mexa ’l quddiem, u s-​sejf waqagħlu.  U Ġowab qal lil Għamasa: “Kollox sew int, ħija?”+ Imbagħad Ġowab b’idu l-​leminija qabad id-​daqna t’Għamasa sabiex ibusu.+ 10  U Għamasa ma qagħadx attent għas-​sejf li kellu f’idu Ġowab; għalhekk, dan darbu+ bih f’żaqqu, u msarnu xterdu maʼ l-​art, u ma kellux għalfejn jerġaʼ jagħtih daqqa oħra, għax kien qed imut. U Ġowab u ħuh Abisaj, min-​naħa tagħhom, marru jiġru wara Xeba, bin Bikri. 11  U wieħed miż-​żgħażagħ taʼ Ġowab qagħad ħdejh u beda jgħid: “Kulmin hu kuntent b’Ġowab u kulmin hu taʼ David,+ ħa jsegwi lil Ġowab!” 12  Sadanittant, Għamasa kien mgħarraq fid-​demm+ f’nofs it-​triq ewlenija. Meta r-​raġel ra li n-​nies kollha baqgħu weqfin, imbagħad warrab lil Għamasa mit-​triq ewlenija u qiegħdu fl-​għalqa. Fl-​aħħar tefaʼ libsa fuqu, għax ra li kulmin kien jasal ħdejh, kien jieqaf hemmhekk.+ 13  Malli neħħieh mit-​triq ewlenija, kull raġel kien jibqaʼ għaddej biex isegwi lil Ġowab ħalli jiġri wara Xeba,+ bin Bikri. 14  U Xeba għadda minn ġot-​tribujiet kollha taʼ Israel lejn Abel taʼ Bet-magħka.+ U l-​Bikrin kollha mbagħad inġemgħu flimkien u daħlu wkoll warajh. 15  U n-​nies taʼ Ġowab ġew u assedjawh f’Abel taʼ Bet-magħka u waqqfu rampa biex jassedjaw il-​belt,+ għax din kienet imdawra bir-​rampa tagħha. U n-​nies kollha li kienu maʼ Ġowab kienu qed idgħajfu s-​sur minn taħt, biex iġarrfuh. 16  U mara għaqlija+ bdiet tgħajjat mill-​belt: “Isimgħu, irġiel, isimgħu! Għidu, jekk jogħġobkom, lil Ġowab, ‘Ersaq qrib s’hawnhekk ħalli nkellmek.’” 17  Għalhekk, hu mar ħdejha, u l-​mara mbagħad qaltlu: “Int Ġowab?” u hu wieġeb: “Jien hu.” Għal dan, hi qaltlu: “Ismaʼ minn kliem l-​ilsira tiegħek.”+ Imbagħad hu qalilha: “Qed nismaʼ.” 18  U hi ssoktat tgħidlu: “Qabel dejjem hekk kienu jitkellmu u jgħidu, ‘Ħallihom ħa jistħarrġu f’Abel, u b’hekk żgur li jtemmu l-​kwistjoni.’ 19  Jien nirrappreżenta lin-​nies taʼ Israel li jġibu l-​paċi+ u li huma leali.+ Int qed tipprova toqtol belt+ u omm f’Israel. Għala għandek tiblaʼ+ l-​wirt+ taʼ Ġeħova?” 20  Għal dan, Ġowab wieġeb u qal: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi, min-​naħa tiegħi, li għandi niblaʼ u li għandi neqred. 21  Il-kwistjoni mhix hekk, imma raġel, mir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ li jismu Xeba,+ bin Bikri, għolla idu kontra s-​Sultan David.+ Intom agħtuhuli waħdu,+ u jien nirtira mill-​belt.”+ Imbagħad il-​mara qalet lil Ġowab: “Ara! Rasu+ nixħithielek minn fuq is-​sur!” 22  Minnufih il-​mara bl-​għerf tagħha+ marret u kellmet lin-​nies kollha, u dawn qatgħu ras Xeba, bin Bikri, u xeħtuha lil Ġowab. Minħabba f’hekk, hu daqq il-​qarn,+ u b’hekk xterdu mill-​belt, kull wieħed lejn daru; u Ġowab reġaʼ lura lejn Ġerusalemm għand is-​sultan. 23  U Ġowab kien fuq l-​armata kollha+ taʼ Israel; u Benaja,+ bin Ġeħojada,+ kien fuq il-​Keretin+ u fuq il-​Peletin.+ 24  U Adoram+ kien fuq dawk miktubin għal xogħol forzat; u Ġeħosafat,+ bin Aħilud, kien ir-​reġistratur. 25  U Sewa+ kien is-​segretarju,+ u Sadok+ u Abjatar+ kienu qassisin. 26  U Ira l-​Ġajiri wkoll sar uffiċjal ewlieni*+ taʼ David.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qassis.”