Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

2 Samwel 2:1-32

2  U ġara wara dan li David staqsa lil Ġeħova+ u qallu: “Għandi nitlaʼ jien f’waħda mill-bliet taʼ Ġuda?” U Ġeħova wieġbu: “Itlaʼ.” U David issokta jgħidlu: “Fejn nitlaʼ?” Wieġbu: “Ħebron.”+  Għalhekk, David telaʼ hemmhekk u miegħu telgħu wkoll iż-żewġ nisa tiegħu, Aħinogħam+ il-Ġeżragħelija u Abigajl+ mart Nabal il-Karmeli.  U David tellaʼ l-irġiel+ li kienu miegħu, kull wieħed bin-nies taʼ daru; u għammru fil-bliet tat-territorju taʼ Ħebron.  Imbagħad l-irġiel taʼ Ġuda+ ġew hemmhekk u dilku+ lil David bħala sultan fuq id-dar taʼ Ġuda.+ U ġew jgħidu lil David u qalulu: “L-irġiel taʼ Ġabes-gilegħad difnuh lil Sawl.”  Għalhekk, David bagħat messaġġiera għand l-irġiel taʼ Ġabes-gilegħad+ u qalilhom: “Jalla tkunu mberkin minn Ġeħova,+ għaliex intom urejtu din il-qalb tajba bl-imħabba+ maʼ sidkom, maʼ Sawl, billi dfintuh.+  U issa jalla Ġeħova juri magħkom qalb tajba bl-imħabba+ u fiduċja sħiħa, u jien ukoll nuri magħkom din it-tjubija għaliex intom għamiltu din il-ħaġa.+  U issa ħalli jissaħħu idejkom u uru li intom irġiel qalbenin,+ għax sidkom Sawl hu mejjet, u huwa saħansitra lili li n-nies taʼ dar Ġuda dilku bħala sultan+ fuqhom.”  U Abner,+ bin Ner, il-kap taʼ l-armata li kienet taʼ Sawl, ħa lil Is-boset,+ bin Sawl, u ħadu n-naħa l-oħra f’Maħanajm,+  u għamlu sultan fuq Gilegħad,+ fuq l-Asurin, fuq Ġeżragħel,+ fuq Efrajm,+ fuq Benjamin,+ u fuq Israel kollu. 10  Erbgħin sena kellu Is-boset, bin Sawl, meta sar sultan fuq Israel, u dam isaltan sentejn. In-nies taʼ dar Ġuda+ biss kienu segwaċi taʼ David. 11  U l-għadd tal-jiem li David kien sultan f’Ħebron fuq id-dar taʼ Ġuda kien sebaʼ snin u sitt xhur.+ 12  Maż-żmien, Abner, bin Ner, u l-qaddejja taʼ Is-boset, bin Sawl, ħarġu minn Maħanajm+ u marru Gibegħon.+ 13  U Ġowab,+ bin Seruja,+ u l-qaddejja taʼ David, ħarġu u iktar tard iltaqgħu flimkien ħdejn l-għadira taʼ Gibegħon; u baqgħu bil-qiegħda, dawn din in-naħa taʼ l-għadira u dawk dik in-naħa taʼ l-għadira. 14  Fl-aħħar, Abner qal lil Ġowab: “Ħa jqumu ż-żgħażagħ, jekk jogħġbok, u ħa jissaraw quddiemna.” U Ġowab qallu: “Ħa jqumu.” 15  Għalhekk, qamu u marru n-naħa l-oħra bl-għadd, tnax taʼ Benjamin u Is-boset,+ bin Sawl, u tnax mill-qaddejja taʼ David. 16  U ħatfu ras xulxin, u b’sejfu kull wieħed nifed ġenb l-ieħor, u b’hekk waqgħu flimkien. U dak il-post semmewh Ħelkat-ħassurim, li qiegħed f’Gibegħon.+ 17  U l-ġlied kien aħrax għall-aħħar dakinhar, u Abner+ u l-irġiel taʼ Israel sa fl-aħħar kienu megħlubin mill-qaddejja taʼ David. 18  Issa t-tliet ulied taʼ Seruja+ inzertaw kienu hemmhekk, Ġowab,+ Abisaj,+ u Għasael;+ u Għasael kellu saqajh ħfief, bħal għażżiela*+ li tkun fil-kampanja. 19  U Għasael mar jiġri wara Abner, u ma riedx imur lejn il-lemin jew lejn ix-xellug biex jibqaʼ jiġri wara Abner. 20  Sa fl-aħħar, Abner ħares warajh u qal: “Dan int, Għasael?” u dan wieġbu: “Jien hu.” 21  Imbagħad Abner qallu: “Ikser lejn il-lemin jew lejn ix-xellug u aħtaf wieħed miż-żgħażagħ u ħudu għalik u ħu għalik dak li tneżżagħlu.”+ U Għasael ma riedx iwarrab milli jiġri warajh. 22  Għalhekk, Abner reġaʼ qal lil Għasael: “Warrab minn warajja u tiġrix warajja iktar. Għala għandi noqtlok?+ Kif inkun nistaʼ mbagħad nerfaʼ wiċċi lejn ħuk Ġowab?” 23  Imma hu baqaʼ jirrifjuta li jwarrab; u Abner darbu f’żaqqu+ bit-tarf t’isfel tal-lanza, u b’hekk il-lanza ħarġet minn ġo dahru; u waqaʼ hemmhekk u miet fejn kien. U ġara li dawk kollha li kienu jiġu fil-post fejn Għasael waqaʼ u miet kienu jieqfu hemmhekk.+ 24  U Ġowab u Abisaj marru jiġru wara Abner. Fi nżul ix-xemx waslu ħdejn l-għolja t’Amma, li qiegħda quddiem Gija fit-triq li tagħti għax-xagħri taʼ Gibegħon.+ 25  U wlied Benjamin inġabru flimkien wara Abner, u saru ġemgħa waħda u baqgħu weqfin fuq il-quċċata t’għolja waħda. 26  U Abner beda jsejjaħ lil Ġowab u jgħidlu: “Se jibqaʼ s-sejf jiblaʼ+ bla tmiem? Tassew ma tafx li mrar se jkun hemm fl-aħħar?+ Allura, kemm se ddum biex tgħid lin-nies biex ma jibqgħux jiġru wara ħuthom?”+ 27  Għal dan, Ġowab wieġeb: “Daqskemm hu ħaj l-Alla l-veru,+ kieku int ma tkellimtx,+ kien ikun biss fil-għodu li n-nies kienu jieqfu milli jiġru kull wieħed wara ħuh.” 28  Ġowab issa daqq il-qarn,+ u n-nies kollha waqfu u ma baqgħux jiġru iktar wara Israel, u ma ssoktawx jiġġieldu iktar. 29  U Abner u l-irġiel tiegħu mxew minn ġo l-Għaraba+ dak il-lejl kollu u qasmu l-Ġordan+ u għaddew minn ġol-ħondoq kollu u fl-aħħar waslu Maħanajm.+ 30  U Ġowab dar lura u ma baqax jiġri wara Abner u beda jiġbor lin-nies kollha flimkien. U mill-qaddejja taʼ David kien hemm neqsin dsatax-il raġel u Għasael. 31  U l-qaddejja taʼ David, min-naħa tagħhom, kienu qatlu lil dawk taʼ Benjamin u mill-irġiel t’Abner—kien hemm tliet mija u sittin raġel li mietu.+ 32  U ġarrew lil Għasael+ u difnuh fil-qabar taʼ missieru,+ li qiegħed f’Betlehem.+ Imbagħad Ġowab u l-irġiel tiegħu baqgħu mexjin il-lejl kollu, u mas-sebħ waslu Ħebron.+

Noti taʼ taħt

Jew, “ċerva ħafifa.”