2 Samwel 19:1-43

19  Iktar tard lil Ġowab waslitlu din l-​aħbar: “Ara! Is-​sultan qed jibki, u qed jagħmel il-​vistu minħabba Absalom.”+  Għalhekk, is-​salvazzjoni dakinhar kienet okkażjoni taʼ vistu min-​naħa tan-​nies kollha, għaliex in-​nies semgħu jingħad dakinhar: “Is-​sultan ħassu mweġġaʼ minħabba ibnu.”  U dakinhar in-​nies bdew deħlin baxx baxx fil-​belt,+ sewwasew bħalma n-​nies kienu jitilqu baxx baxx meta kienu jaqgħu fl-​għajb għax ikunu ħarbu mill-​battalja.  U s-​sultan għatta wiċċu, u s-​sultan baqaʼ jgħajjat b’leħen għoli: “Ibni Absalom! Absalom ibni, ibni!”+  Fl-aħħar, Ġowab daħal għand is-​sultan id-​dar u qallu: “Illum int ħammart wiċċ il-​qaddejja kollha tiegħek, dawk li llum ħelsulek ruħek+ u ruħ uliedek subien+ u bniet+ u ruħ in-​nisa tiegħek+ u ruħ il-​konkubini tiegħek,+  billi ħabbejt lil dawk li jobogħduk u bgħadt lil dawk li jħobbuk; għax int illum għedt li l-​kapijiet u l-​qaddejja m’huma xejn għalik, għaliex illum jien naf tajjeb illi kieku Absalom kien ħaj u aħna lkoll konna mejtin illum, iva, kieku dan kien ikun tajjeb f’għajnejk.  U issa qum, oħroġ u kellem b’mod inkuraġġanti+ lill-​qaddejja tiegħek, għaliex, b’Ġeħova, naħlef li, jekk ma toħroġx, lanqas raġel wieħed ma joqgħod miegħek dan il-​lejl;+ u dan ikun agħar għalik mill-​ħsara kollha li ġiet fuqek minn żgħożitek s’issa.”  Għaldaqstant, is-​sultan qam u qagħad bil-​qiegħda fil-​bieb,+ u lin-​nies kollha wasslulhom l-​aħbar li tgħid: “Hemm is-​sultan bil-​qiegħda fil-​bieb.” U n-​nies kollha bdew ġejjin quddiem is-​sultan. Inkwantu għal Israel, dawn kienu ħarbu kull wieħed lejn daru.+  U n-​nies kollha kienu qed jitlewmu fit-​tribujiet kollha taʼ Israel u jgħidu: “Kien is-​sultan li ħelisna minn id l-​għedewwa tagħna,+ u kien hu li ħelisna minn id il-​Filistin; u issa ħarab mill-​pajjiż minn quddiem Absalom.+ 10  U Absalom, li dliknieh biex ikun fuqna,+ miet fil-​battalja.+ Għalhekk, issa għala m’intom tagħmlu xejn biex iġġibu lura lis-​sultan?”+ 11  U lil Sadok+ u lil Abjatar,+ il-​qassisin, is-​Sultan David bagħat jgħidilhom: “Kellmu lix-​xjuħ taʼ Ġuda+ u għidulhom, ‘Għala għandkom tkunu l-​aħħar nies li ġġibu lura lis-​sultan lejn daru, meta l-​kelma taʼ Israel kollu waslet għand is-​sultan f’daru? 12  Intom ħuti; intom għadmi u laħmi.+ Mela għala għandkom tkunu l-​aħħar nies li ġġibu lura lis-​sultan?’ 13  U lil Għamasa għandkom tgħidulu,+ ‘M’intix int għadmi u laħmi? Għalhekk, jalla jagħmilli hekk Alla, u saħansitra iktar minn hekk,+ jekk int ma ssirx il-​kap taʼ l-​armata dejjem quddiemi minflok Ġowab.’”+ 14  U hu dawwar qalb l-​irġiel kollha taʼ Ġuda bħal bniedem wieħed,+ u b’hekk bagħtu jgħidu lis-​sultan: “Ejja lura, int u l-​qaddejja kollha tiegħek.” 15  U s-​sultan mar lura u wasal saħansitra sal-​Ġordan. U n-​nies taʼ Ġuda waslu Gilgal+ biex imorru jiltaqgħu mas-​sultan, biex iwasslu lis-​sultan in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan. 16  Imbagħad Simgħi,+ bin Gera+ l-​Benjamini, li kien minn Baħurim,+ ħaffef u niżel man-​nies taʼ Ġuda biex jiltaqaʼ mas-​Sultan David. 17  U kien hemm miegħu elf raġel minn Benjamin. (U Siba,+ il-​qaddej taʼ dar Sawl, u l-​ħmistax-il tifel tiegħu+ u għoxrin qaddejja tiegħu wkoll kienu miegħu, u rnexxielhom jaslu sal-​Ġordan qabel is-​sultan. 18  U qasam l-​ilma baxx+ biex iwassal lil dawk taʼ dar is-​sultan in-​naħa l-​oħra u biex jagħmel dak li kien tajjeb f’għajnejh.) U Simgħi, bin Gera, inxteħet quddiem is-​sultan meta dan kien wasal biex jaqsam il-​Ġordan.+ 19  Hu issa qal lis-​sultan: “Tgħoddhulix l-​iżball, sidi, u tiftakarx in-​nuqqas li għamel+ il-​qaddej tiegħek dakinhar li sidi s-​sultan ħareġ minn Ġerusalemm, sabiex is-​sultan iżomm dan f’qalbu.+ 20  Għax il-​qaddej tiegħek jaf tajjeb li kont jien li dnibt; u għalhekk, ara, illum jien ġejt l-​ewwel wieħed mid-​dar kollha taʼ Ġużeppi+ biex ninżel niltaqaʼ maʼ sidi s-​sultan.” 21  Minnufih, Abisaj,+ bin Seruja,+ wieġeb u qal: “M’għandux Simgħi jingħata l-​mewt biex ipatti għal dan, talli seħet il-​midluk taʼ Ġeħova?”+  22  Imma David qal: “X’għandi x’naqsam magħkom,+ ulied Seruja, biex illum tmorru kontra+ x-​xewqat tiegħi? Se jingħata l-​mewt xi ħadd illum f’Israel?+ Forsi ma nafx tajjeb li llum jien sultan fuq Israel?” 23  Imbagħad is-​sultan qal lil Simgħi: “Ma tmutx.” U s-​sultan issokta jaħliflu.+ 24  U Mefiboset,+ in-​neputi taʼ Sawl, niżel jiltaqaʼ mas-​sultan; u la kien ħa ħsieb saqajh,+ la kien ħa ħsieb il-​mustaċċi tiegħu,+ u lanqas ħasel ħwejġu minn dakinhar li telaq is-​sultan sa dakinhar li ġie bis-​sliem. 25  U ġara li, meta ġie Ġerusalemm biex jiltaqaʼ mas-​sultan, is-​sultan qallu: “Għala ma ġejtx miegħi, Mefiboset?” 26  U dan wieġbu: “Sidi s-​sultan, kien il-​qaddej tiegħi+ li daħaq bija. Għax il-​qaddej tiegħek kien qal, ‘Ħa nxidd sarġ lill-​ħmara sabiex nirkeb fuqha u mmur mas-​sultan,’ għax il-​qaddej tiegħek zopp.+ 27  Għalhekk, hu mmalafama+ lill-​qaddej tiegħek maʼ sidi s-​sultan. Imma sidi s-​sultan hu bħal anġlu+ taʼ l-​Alla l-​veru, u għalhekk agħmel dak li hu tajjeb f’għajnejk. 28  Għax għal sidi s-​sultan in-​nies kollha taʼ dar missieri ma kienu jkunu xejn ħlief kundannati għall-​mewt, u madankollu int qegħedt il-​qaddej tiegħek fost dawk li jieklu mill-​mejda tiegħek.+ Għalhekk, x’jedd għad għandi jien biex saħansitra nerġaʼ ngħajjat+ lis-​sultan?” 29  Madankollu, is-​sultan qallu: “Għalfejn tibqaʼ tgħid dan il-​kliem tiegħek? Fil-​fatt ngħidlek, Int u Siba għandkom taqsmu r-​rabaʼ bejnietkom.”+ 30  U Mefiboset wieġeb lis-​sultan: “Ħa jieħu mqar kollox hu,+ issa li sidi s-​sultan ġie bis-​sliem lejn daru.” 31  U Barżillaj+ il-​Gilegħadi niżel minn Rogelim ħalli jgħaddi lejn il-​Ġordan mas-​sultan sabiex jakkumpanjah sal-​Ġordan. 32  U Barżillaj kien xiħ ħafna, għax kellu tmenin sena;+ u kien hu li pprovda l-​ikel lis-​sultan meta kien qed jgħammar f’Maħanajm,+ għax kien raġel għani ħafna.+ 33  Għalhekk, is-​sultan qal lil Barżillaj: “Int aqsam miegħi, u jien nipprovdilek l-​ikel miegħi f’Ġerusalemm.”+ 34  Imma Barżillaj qal lis-​sultan: “Kemm se ngħix snin iktar, sabiex nitlaʼ mas-​sultan Ġerusalemm? 35  Illum jien għandi tmenin sena.+ Nistaʼ jien nagħraf bejn it-​tajjeb u l-​ħażin, jew jistaʼ l-​qaddej tiegħek itiegħem dak li jiekol u dak li jixrob,+ jew nistaʼ jien nismaʼ+ iktar leħen l-​għannejja rġiel u nisa?+ Għalhekk, għala għandu l-​qaddej tiegħek ikun taʼ piż+ iktar għal sidi s-​sultan? 36  Għax il-​qaddej tiegħek triq żgħira setaʼ jieħdu lis-​sultan sal-​Ġordan, u għala għandu s-​sultan iħallasni lura b’dan il-​premju?+ 37  Ħa jerġaʼ lura l-​qaddej tiegħek, jekk jogħġbok, u ħa mmut+ f’belti qrib il-​post fejn indifnu missieri u ommi.+ Imma hawn hu l-​qaddej tiegħek Kimħam.+ Ħa jaqsam hu maʼ sidi s-​sultan; u int agħmillu dak li hu tajjeb f’għajnejk.” 38  Għaldaqstant, is-​sultan qal: “Miegħi se jaqsam Kimħam, u jien nagħmillu dak li hu tajjeb f’għajnejk; u kulma tixtieq minni nagħmilhulek.” 39  In-nies kollha issa bdew jaqsmu l-​Ġordan, u s-​sultan qasam ukoll; u s-​sultan bies+ lil Barżillaj u bierku,+ u mbagħad dan reġaʼ lura lejn postu. 40  Meta s-​sultan mar in-​naħa l-​oħra lejn Gilgal,+ Kimħam qasam miegħu, kif ukoll il-​poplu kollu taʼ Ġuda, u nofs il-​poplu taʼ Israel ukoll, sabiex jieħdu lis-​sultan in-​naħa l-​oħra. 41  U, ara, l-​irġiel kollha taʼ Israel marru għand is-​sultan, u lis-​sultan qalulu: “Għala+ ħutna, l-​irġiel taʼ Ġuda, ħatfuk sabiex jieħdu lis-​sultan u lin-​nies taʼ daru u l-​irġiel kollha taʼ David miegħu n-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan?”+ 42  Għal dan, l-​irġiel kollha taʼ Ġuda wieġbu lill-​irġiel taʼ Israel: “Għax is-​sultan jiġi minna mill-​qrib;+ u għala rrabjajtu minħabba din il-​ħaġa? Kilna aħna mqar ħaġa waħda minn fuq dahar is-​sultan, jew intbagħtitilna xi għotja?” 43  Madankollu, l-​irġiel taʼ Israel wieġbu lill-​irġiel taʼ Ġuda u qalulhom: “Aħna għandna għaxar partijiet mis-​saltna,+ u b’hekk rigward David għandna iktar dritt minnkom. Għala, mela, ittrattajtuna b’disprezz, u għala m’għandniex inkunu aħna l-​ewwel+ li nġibu lura lis-​sultan tagħna?” Imma l-​kelma taʼ l-​irġiel taʼ Ġuda kienet iktar ħarxa mill-​kelma taʼ l-​irġiel taʼ Israel.

Noti taʼ taħt