2 Samwel 18:1-33

18  U David għadd in-​nies li kienu miegħu u qiegħed fuqhom kapijiet taʼ l-​eluf u kapijiet tal-​mijiet.+  Barra minn hekk, David bagħat terz+ min-​nies taħt il-​kmand taʼ Ġowab+ u terz taħt il-​kmand t’Abisaj,+ bin Seruja, ħu Ġowab,+ u terz taħt il-​kmand taʼ Ittaj+ il-​Gitti. Imbagħad is-​sultan qal lin-​nies: “Jien stess żgur li se noħroġ magħkom ukoll.”  Imma n-​nies qalulu: “Toħroġx,+ għax jekk ikollna assolutament naħarbu, ma jħabblux rashom għalina;+ u jekk imutu nofsna, ma jħabblux rashom għalina, għaliex int tiswa daqs għaxart elef minna;+ u issa jkun aħjar jekk int tibqaʼ fil-​belt biex tagħtina l-​għajnuna.”+  Għalhekk, is-​sultan qalilhom: “Kulma jidher li hu tajjeb f’għajnejkom nagħmlu.”+ U s-​sultan baqaʼ wieqaf maġenb il-​bieb,+ u n-​nies kollha ħarġu bil-​mijiet u bl-​eluf.+  U s-​sultan issokta jordna lil Ġowab, lil Abisaj, u lil Ittaj, u qalilhom: “Ittrattawh tajjeb+ minħabba fija liż-​żagħżugħ Absalom.” U n-​nies kollha semgħu meta s-​sultan ordna lill-​kapijiet kollha dwar il-​kwistjoni t’Absalom.  U n-​nies baqgħu ħerġin lejn il-​kampanja biex jiltaqgħu maʼ Israel; u l-​battalja seħħet fil-​foresta t’Efrajm.+  Fl-aħħar, in-​nies taʼ Israel+ ġew megħlubin+ hemmhekk quddiem il-​qaddejja taʼ David, u l-​qatla hemmhekk kienet kbira dakinhar, għoxrin elf raġel.  U l-​battalja hemmhekk infirxet fuq dik l-​art kollha safejn tagħti l-​vista. Iżjed minn hekk, il-​foresta belgħet iktar nies milli belaʼ s-​sejf dakinhar.  Issa Absalom sab ruħu quddiem il-​qaddejja taʼ David. U Absalom kien riekeb fuq bagħal, u l-​bagħal daħal taħt il-​friegħi minsuġin taʼ siġra kbira ħafna, u b’hekk rasu nqabdet fis-​siġra l-​kbira, u baqaʼ mdendel bejn sema u art,+ waqt li l-​bagħal li kien taħtu baqaʼ sejjer. 10  Imbagħad kien hemm raġel li rah u kellem lil Ġowab+ u qallu: “Ara! Rajt lil Absalom imdendel maʼ siġra kbira.” 11  Għal dan, Ġowab qal lir-​raġel li kien qed ikellmu: “U, ara, int rajtu, u għala ma qtiltux u ħallejtu jaqaʼ fl-​art hemmhekk? Imbagħad kien ikolli nagħtik għaxar biċċiet tal-​fidda u ċinturin.”+ 12  Imma r-​raġel qal lil Ġowab: “Għalkemm jintiżnuli elf biċċa tal-​fidda fuq il-​pali taʼ idejja, m’għandix immidd idi fuq bin is-​sultan; għax aħna smajnieh lis-​sultan meta lilek u lil Abisaj u lil Ittaj ordnalkom u qalilkom, ‘Araw, intom min intom, li tieħdu ħsieb iż-​żagħżugħ, Absalom.’+ 13  Għax inkella nkun aġixxejt bi tradiment kontrih u l-​kwistjoni kollha ma kinitx tkun moħbija mis-​sultan,+ u int stess kont tibqaʼ indifferenti.” 14  U Ġowab qallu: “Ħa ma nibqax hawnhekk b’dan il-​mod quddiemek!” U malli qal hekk qabad tliet vleġeġ f’idu u niffidhom+ f’qalb Absalom waqt li kien għadu ħaj qalb+ il-​friegħi tas-​siġra l-​kbira. 15  Imbagħad għaxar qaddejja li kienu qed iġorru l-​armi taʼ Ġowab ġew hemmhekk u darbu lil Absalom, sabiex joqtluh.+ 16  Ġowab issa daqq il-​qarn,+ biex in-​nies ma jibqgħux jiġru wara Israel; għax Ġowab kien żammhom lura n-​nies. 17  Fl-aħħar, huma qabdu lil Absalom u tefgħuh f’ħofra kbira fil-​foresta u tellgħu fuqu gozz kbir ferm taʼ ġebel.+ Inkwantu għal Israel kollu, dawn ħarbu kull wieħed lejn daru. 18  Issa Absalom, meta kien għadu ħaj, kien ħa u waqqaf għalih stess kolonna,+ li qiegħda fil-​Pjanura l-​Baxxa tas-​Sultan,+ għax qal: “M’għandi ebda iben sabiex ifakkar ismi.”+ Għalhekk, il-​kolonna semmieha b’ismu stess,+ u għadha tissejjaħ il-​Monument t’Absalom sa dan il-​jum. 19  Issa Aħimgħas,+ bin Sadok, qal: “Ħa niġri, jekk jogħġbok, u nagħti l-​aħbar lis-​sultan, għaliex Ġeħova għamillu ħaqq biex jeħilsu minn id l-​għedewwa tiegħu.”+ 20  Imma Ġowab qallu: “M’intix raġel li tagħti l-​aħbarijiet illum, u l-​aħbar trid tagħtiha ġurnata oħra; imma llum tagħtix l-​aħbar, għar-​raġuni li miet bin is-​sultan stess.”+ 21  Imbagħad Ġowab qal lill-​Kusi:+ “Mur għid lis-​sultan dak li rajt.” U l-​Kusi miel quddiem Ġowab u telaq jiġri. 22  Aħimgħas, bin Sadok, reġaʼ qal lil Ġowab: “Issa ħa jiġri li jrid, u ħalli lili wkoll, jekk jogħġbok, niġri wara l-​Kusi.” Madankollu, Ġowab qallu: “Għalfejn għandek tiġri int ukoll, ibni, meta ma tinstab ebda aħbar għalik?” 23  Xorta waħda qallu: “Issa ħa jiġri li jrid, ħallini niġri.” Għalhekk, qallu: “Iġri!” U Aħimgħas telaq jiġri mit-​triq li tagħti għad-​Distrett,+ u mbagħad għadda lill-​Kusi. 24  Issa David kien bil-​qiegħda bejn iż-​żewġ bibien.+ Sadanittant, l-​għassies+ telaʼ fuq is-​saqaf tal-​bieb tas-​sur. Sa fl-​aħħar refaʼ għajnejh u lemaħ raġel jiġri waħdu. 25  Għalhekk, l-​għassies sejjaħ u kellem lis-​sultan, u s-​sultan qal: “Jekk qiegħed waħdu, għandu xi aħbar f’fommu.” U baqaʼ ġej, joqrob dejjem iktar. 26  L-għassies issa ra raġel ieħor jiġri. Għalhekk, l-​għassies sejjaħ lil dak li kien għassa mal-​bieb u qallu: “Ara! Raġel ieħor jiġri waħdu!” u s-​sultan qal: “Dan ukoll qed iġorr xi aħbar.” 27  U l-​għassies issokta jgħid: “Qed nara li l-​mod kif jiġri l-​ewwel wieħed hu bħall-​mod kif jiġri+ Aħimgħas,+ bin Sadok,” u s-​sultan qallu: “Dan raġel tajjeb,+ u b’aħbar tajba+ għandu jiġi.” 28  Imbagħad Aħimgħas sejjaħ u qal lis-​sultan: “Kollox sew!” U hu miel wiċċu lejn l-​art quddiem is-​sultan. U ssokta jgħid: “Ikun imbierek+ Ġeħova Alla tiegħek, li rażżan+ l-​irġiel li refgħu idhom kontra sidi s-​sultan!” 29  Madankollu, is-​sultan qallu: “Jinsab tajjeb iż-​żagħżugħ Absalom?” U Aħimgħas wieġbu: “Rajt l-​għagħa kbira li qamet x’ħin Ġowab bagħat il-​qaddej tas-​sultan u l-​qaddej tiegħek, u ma kontx naf x’kienet.”+ 30  Għalhekk, is-​sultan qallu: “Ersaq fil-​ġenb u oqgħod hawnhekk.” Għal dan, hu resaq fil-​ġenb u qagħad hemmhekk. 31  U, ara, kien ġej il-​Kusi,+ u l-​Kusi beda jgħid: “Ħa jaċċetta sidi s-​sultan l-​aħbar, għax Ġeħova għamillek ħaqq illum biex jeħilsek minn id dawk kollha li qamu kontrik.”+ 32  Imma s-​sultan qal lill-​Kusi: “Jinsab tajjeb iż-​żagħżugħ Absalom?” U l-​Kusi wieġbu: “Jalla l-​għedewwa taʼ sidi s-​sultan u dawk kollha li qamu kontrik biex jagħmlulek il-​ħsara jsiru bħaż-​żagħżugħ.”+ 33  Imbagħad is-​sultan ħassu mħawwad u telaʼ fl-​għorfa+ taʼ fuq id-​daħla tal-​bieb u nfexx jibki; u hekk qal hu u miexi: “Ibni Absalom, ibni, ibni+ Absalom! O mhux li mitt jien, jien stess, minflokok, Absalom ibni, ibni!”+

Noti taʼ taħt