Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

2 Samwel 17:1-29

17  U Aħitofel qal lil Absalom: “Jekk jogħġbok, ħa nagħżel tnax-il elf raġel u nqum u mmur niġri wara David dan il-lejl.+  U nasal fuqu meta jkun għajjien u idejh it-tnejn ikunu dgħajfin,+ u nġiegħlu jitriegħed; u n-nies kollha li jkunu miegħu jkollhom jaħarbu, u jien noqtol biss lis-sultan.+  U nġib il-poplu kollu lura lejk. Jekk jiġix kulħadd lura jiddependi mir-raġel li qed tfittex; u n-nies kollha jkunu fis-sliem.”  U dan il-kliem kien jingħoġob f’għajnejn Absalom+ u f’għajnejn ix-xjuħ kollha taʼ Israel.  Madankollu, Absalom qal: “Jekk jogħġbok, sejjaħ ukoll lil Ħusaj+ l-Arki, u ħa nisimgħu minn fommu x’għandu x’jgħid, hu wkoll.”  Għalhekk, Ħusaj daħal għand Absalom. Imbagħad Absalom qallu: “Dan il-kliem qal Aħitofel. Naġixxu fuq il-kelma tiegħu? Jekk le, tkellem int.”  U Ħusaj qal lil Absalom: “Il-parir li ta Aħitofel mhux tajjeb din id-darba!”+  U Ħusaj issokta jgħid: “Int stess tafu tajjeb lil missierek u lill-irġiel tiegħu, li huma setgħanin,+ u ruħhom kollha mrar,+ bħal orsa li tilfet il-frieħ tagħha fir-rabaʼ;+ u missierek gwerrier,+ u mhux se jqattaʼ l-lejl man-nies.  Ara! Issa qed jistaħba+ f’waħda mill-ħofor jew f’wieħed mill-postijiet l-oħrajn; u jseħħ li, maʼ l-ewwel attakk tiegħu fuqhom, min jismaʼ b’dan jismaʼ u jgħid, ‘Telfa seħħet fost in-nies li qed isegwu lil Absalom!’ 10  U saħansitra r-raġel qalbieni li għandu qalbu bħall-qalb taʼ ljun+ żgur li jintreħa u jiddgħajjef;+ għax Israel kollu jaf li missierek hu bniedem setgħan,+ u hekk ukoll huma l-irġiel qalbenin li qegħdin miegħu.+ 11  Jien nagħtik dan il-parir: Ħa jinġabar quddiemek, bla dewmien, Israel kollu, minn Dan sa Bir-xeba,+ li hu kotran daqs ir-ramel li hemm ħdejn il-baħar,+ u int personalment tmur tiġġieled.+ 12  U aħna nattakkawh f’wieħed mill-postijiet fejn insibuh żgur,+ u nintefgħu fuqu bħalma n-nida+ taqaʼ fuq l-art; u lanqas wieħed ma jibqaʼ minn fosthom, la hu u lanqas l-irġiel kollha li qegħdin miegħu. 13  U jekk jidħol jistaħba f’xi belt, Israel kollu jġorr il-ħbula lejn dik il-belt, u aħna nkaxkruha lejn il-wied,* sakemm lanqas ċagħqa waħda ma jifdal hemmhekk.”+ 14  Imbagħad Absalom u l-irġiel kollha taʼ Israel qalu: “Il-parir taʼ Ħusaj l-Arki hu aħjar+ mill-parir t’Aħitofel!” U kien Ġeħova li ta l-kmand+ biex il-parir t’Aħitofel jiġi mfixkel+ għalkemm kien tajjeb,+ sabiex Ġeħova jġib il-gwaj+ fuq Absalom. 15  Iktar tard Ħusaj qal lil Sadok+ u lil Abjatar, il-qassisin: “Hekk u hekk kien il-mod kif Aħitofel ta l-parir lil Absalom u lix-xjuħ taʼ Israel; u hekk u hekk kien il-mod kif jien tajt il-parir. 16  U issa ibgħat bil-ħeffa u kellem lil David+ u għidlu, ‘Toqgħodx fil-pjanuri tad-deżert fix-xagħri dan il-lejl, imma int ukoll qis li taqsam għan-naħa l-oħra,+ li ma jmorrux jinbelgħu+ s-sultan u n-nies kollha li qegħdin miegħu.’” 17  Waqt li Ġonatan+ u Aħimgħas+ kienu weqfin f’Għajn-rogel+ marret qaddejja u tathom l-aħbar. Għalhekk, huma telqu, peress li kellhom jgħidu lis-Sultan David; għax ma setgħux jidhru deħlin il-belt. 18  Madankollu, rahom żagħżugħ u qal lil Absalom. Għalhekk, it-tnejn li huma telqu bil-ħeffa u marru d-dar taʼ raġel f’Baħurim,+ li kellu bir fil-bitħa tiegħu; u niżlu fih. 19  Imbagħad mart ir-raġel ħadet biċċa drapp u firxitha fuq wiċċ il-bir u xeħtet fuqha munzell qmuħ imfarrkin;+ u lanqas xejn ma deher minnu. 20  Issa l-qaddejja t’Absalom marru għand il-mara f’darha u qalulha: “Fejn huma Aħimgħas u Ġonatan?” Il-mara wiġbithom: “Għaddew minn hawnhekk u marru lejn l-ilmijiet.”+ Imbagħad baqgħu jfittxu u ma sabuhomx,+ u għalhekk reġgħu lura lejn Ġerusalemm. 21  U ġara, wara li dawn telqu, li l-oħrajn ħarġu mill-bir u marru jkellmu lis-Sultan David u qalu lil David: “Qumu u aqsmu bil-ħeffa dawn l-ilmijiet; għax hekk ta parir+ Aħitofel kontrikom.” 22  Minnufih David qam u wkoll in-nies kollha li kienu miegħu, u baqgħu jaqsmu l-Ġordan sakemm sebaħ fil-għodu,+ sakemm lanqas wieħed ma kien baqaʼ li ma kienx qasam il-Ġordan. 23  U Aħitofel ra li l-parir tiegħu m’aġixxewx fuqu,+ u xedd sarġ lil ħmar u qam u telaq lejn daru f’beltu.+ Imbagħad ta l-ordnijiet lin-nies taʼ daru+ u tgħallaq,+ u b’hekk miet.+ Għalhekk, indifen+ fil-post fejn indifnu missirijietu. 24  U David wasal Maħanajm,+ u Absalom qasam il-Ġordan, hu u l-irġiel kollha taʼ Israel miegħu. 25  U Absalom poġġa lil Għamasa+ minflok Ġowab+ fuq l-armata; u Għamasa kien bin raġel li kien jismu Itra,+ l-Israeli, li kellu x’jaqsam m’Abigajl,+ bint Naħas, oħt Seruja, omm Ġowab. 26  U Israel u Absalom ikkampjaw fl-art taʼ Gilegħad.+ 27  U ġara li, malli David wasal Maħanajm, Sobi, bin Naħas, minn Rabba+ taʼ wlied Għammon,+ u Makir,+ bin Għammijel,+ minn Lo-debar, u Barżillaj+ il-Gilegħadi, minn Rogelim,+ 28  ġabu sodod, bwieqi, reċipjenti tal-fuħħar, qamħ, xgħir, dqiq,+ qmuħ inkaljati,+ ful,+ għads,+ u qmuħ imnixxfin; 29  u għasel,+ butir,+ nagħaġ, u baqta tal-ħalib tal-baqar ġabu lil David u lin-nies li kienu miegħu biex jieklu,+ għax qalu: “In-nies huma bil-ġuħ u għajjenin u bil-għatx fix-xagħri.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.