2 Samwel 16:1-23

16  Meta David kien qasam għan-​naħa l-​oħra ftit ’l hemm mill-​quċċata taʼ l-​għolja,+ kien hemm biex jiltaqaʼ miegħu Siba+ l-​qaddej taʼ Mefiboset+ b’żewġt iħmir+ mixdudin bis-​sarġ u fuqhom mitejn ħobża,+ mitt ċappa żbib,+ mitt għanqud frott tas-​sajf,+ u ġarra kbira nbid.+  Imbagħad is-​sultan qal lil Siba: “X’inhuma dawn l-​affarijiet min-​naħa tiegħek?”+ Siba wieġbu: “Il-​ħmir huma biex jirkbu fuqhom in-​nies taʼ dar is-​sultan, il-​ħobż u t-​tagħbija frott tas-​sajf biex jikluhom iż-​żgħażagħ,+ u l-​inbid biex jixorbu min ikun għajjien+ fix-​xagħri.”+  Is-sultan issa qallu: “U fejn hu bin sidek?”+ U Siba wieġeb lis-​sultan: “Hemm qiegħed, jgħammar f’Ġerusalemm; għax qal, ‘Illum dar Israel se tagħtini lura l-​ħakma rjali taʼ missieri.’”+  Imbagħad is-​sultan qal lil Siba: “Ara! Tiegħek hu kulma għandu Mefiboset.”+ U Siba qallu: “Immil quddiemek.+ Ħa nsib il-​ħniena f’għajnejk, sidi s-​sultan.”  U s-​Sultan David wasal saħansitra sa Baħurim,+ u, ara, ħiereġ minn hemmhekk kien hemm raġel mill-​familja taʼ dar Sawl, u kien jismu Simgħi,+ bin Gera, u kien ħiereġ u jisħet hu u ħiereġ.+  U beda jwaddab il-​ġebel lil David u lill-​qaddejja kollha tas-​Sultan David; u n-​nies kollha u l-​irġiel setgħanin kollha kienu fuq il-​lemin u x-​xellug tas-​sultan.  U Simgħi, hu u jisħet, beda jgħid dan: “Itlaq ’l hemm, itlaq ’l hemm, ja bniedem ħati tad-​demm+ u bniedem li m’int tajjeb għal xejn!+  Ġeħova jreġġaʼ lura fuqek il-​ħtija kollha tad-​demm għal dar Sawl li int saltant minfloku; u Ġeħova jagħti s-​saltna f’id ibnek Absalom. U, ara, int tinsab fil-​gwaj, għaliex int raġel ħati tad-​demm!”+  Fl-aħħar, Abisaj, bin Seruja,+ qal lis-​sultan: “Dan il-​kelb mejjet+ għala għandu jisħet lil sidi s-​sultan?+ Ħa mmur, jekk jogħġbok, u naqtagħlu rasu barra.”+ 10  Imma s-​sultan qallu: “X’għandi x’naqsam magħkom,+ ulied Seruja?+ Hekk ħallih jisħet,+ għaliex Ġeħova qallu,+ ‘Isħet lil David!’ Għalhekk, min għandu jgħid, ‘Għala għamilt hekk?’”+ 11  U David issokta jgħid lil Abisaj u lill-​qaddejja kollha tiegħu: “Ara! Ibni stess, li ħareġ mill-​ġewwieni tiegħi, qed jipprova jiħodli ħajti;+ kemm iktar issa dan il-​Benjamini!+ Ħallih jisħet, għax Ġeħova hekk qallu! 12  Forsi Ġeħova jara+ b’għajnejh, u Ġeħova jroddli t-​tjubija minflok is-​saħta taʼ Simgħi llum.”+ 13  U David u l-​irġiel tiegħu baqgħu sejrin fit-​triq, waqt li Simgħi kien miexi mal-​ġenb tal-​muntanja, u mexa bi drittu biex jisħtu;+ u baqaʼ jwaddab il-​ġebel waqt li kien bi drittu, u tefaʼ ħafna trab.+ 14  Sa fl-​aħħar, is-​sultan u n-​nies kollha li kienu miegħu waslu għajjenin. Għalhekk, huma straħu hemmhekk.+ 15  U Absalom u n-​nies kollha, l-​irġiel taʼ Israel, daħlu Ġerusalemm;+ u Aħitofel+ kien miegħu. 16  U ġara li, malli Ħusaj+ l-​Arki,+ sieħeb David,+ daħal għand Absalom, Ħusaj qal lil Absalom: “Ħa jgħix is-​sultan!+ Ħa jgħix is-​sultan!” 17  U Absalom qal lil Ħusaj: “Din hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek lejn sieħbek? Għala ma mortx maʼ sieħbek?”+ 18  Għalhekk, Ħusaj qal lil Absalom: “Le; imma lil dak li għażel Ġeħova, kif ukoll dan il-​poplu u l-​irġiel kollha taʼ Israel, tiegħu nkun, u miegħu ngħammar. 19  U għat-​tieni darba se ngħid, Lil min se naqdi jien? Mhux lil ibnu? Bħalma qdejt lil missierek, hekk se nkun quddiemek.”+ 20  Iktar tard Absalom qal lil Aħitofel: “Intom, min-​naħa tagħkom, agħtuni parir.+ X’se nagħmlu?” 21  Imbagħad Aħitofel qal lil Absalom: “Ħa jkollok x’taqsam mal-​konkubini taʼ missierek,+ li ħalla warajh biex jieħdu ħsieb id-​dar.+ U Israel kollu jismaʼ li int sirt mibgħud+ minn missierek,+ u idejn+ dawk kollha li qegħdin miegħek jissaħħu.” 22  Għaldaqstant waqqfu tinda għal Absalom fuq il-​bejt,+ u Absalom kellu x’jaqsam mal-​konkubini taʼ missieru+ quddiem għajnejn Israel kollu.+ 23  U l-​parir t’Aħitofel, li ta dak iż-​żmien, kien bħallikieku meta raġel kien jistaqsi għall-​kelma taʼ l-​Alla l-​veru. Hekk kienu l-​pariri+ kollha t’Aħitofel+ kemm għal David u kemm għal Absalom.

Noti taʼ taħt