2 Samwel 15:1-37

15  U ġara, wara dawn l-​affarijiet, li Absalom ġegħelhom jagħmlulu karru biż-​żwiemel u b’ħamsin raġel jiġru quddiemu.+  U Absalom kien iqum kmieni+ u joqgħod fil-​ġenb tat-​triq li tagħti għal bieb il-​belt.+ U kien jiġri li, meta xi raġel kien ikollu kawża legali biex imur għand is-​sultan għall-​ġudizzju,+ Absalom kien isejjaħlu u jgħidlu: “Minn liema belt int?” u l-​ieħor kien iwieġeb: “Minn wieħed mit-​tribujiet taʼ Israel hu l-​qaddej tiegħek.”  U Absalom kien jgħidlu: “Ara, il-​kwistjonijiet tiegħek huma tajbin u retti; imma m’hemm ħadd imqabbad mis-​sultan biex jisimgħek.”+  U Absalom kien jissokta jgħid: “O li kont ninħatar imħallef fil-​pajjiż,+ biex jiġi għandi kull raġel li jkollu kawża legali jew ġudizzju! Żgur li nagħmel il-​ġustizzja miegħu.”+  Kien iseħħ ukoll li, meta raġel kien jersaq qribu biex imil quddiemu, hu kien joħroġ idu, jgħannqu,+ u jbusu.  U Absalom baqaʼ jagħmel din il-​ħaġa lill-​Israelin kollha li kienu jidħlu għand is-​sultan għall-​ġudizzju; u Absalom baqaʼ jisraq il-​qlub taʼ l-​irġiel taʼ Israel.+  U ġara, wara erbgħin sena,* li Absalom qal lis-​sultan: “Jekk jogħġbok, ħa mmur Ħebron+ irrodd il-​wegħda tiegħi li għamilt solennement lil Ġeħova.+  Għax il-​qaddej tiegħek għamel wegħda solenni+ meta kont ngħammar fil-​Gesur,+ fis-​Sirja, billi għedt, ‘Jekk Ġeħova ma jonqosx li jġibni lura lejn Ġerusalemm, jien żgur li noffri sagrifiċċju lil Ġeħova.’”+  Għalhekk, is-​sultan qallu: “Mur bis-​sliem.”+ U qam u mar Ħebron. 10  Absalom issa bagħat xi spiji+ fit-​tribujiet kollha taʼ Israel, jgħidu: “Malli tisimgħu l-​ħoss tal-​qarn, għidu, ‘Absalom sar sultan+ f’Ħebron!’”+ 11  Issa m’Absalom marru mitejn raġel minn Ġerusalemm, li ssejħu u marru bla ma ssuspettaw xejn,+ u ma kienu jafu b’xejn. 12  U meta offra s-​sagrifiċċji, Absalom bagħat għal Aħitofel+ il-​Giloni,+ dak li kien jagħti l-​pariri lil David,+ biex jiġi minn beltu Gilo.+ U l-​konfoffa+ baqgħet tissaħħaħ, u n-​nies li marru m’Absalom kienu qed jiżdiedu fl-​għadd kontinwament.+ 13  U ġie wieħed jgħarraf lil David u qallu: “Qalb+ l-​irġiel taʼ Israel daret għal wara Absalom.” 14  Minnufih David qal lill-​qaddejja kollha tiegħu li kienu miegħu f’Ġerusalemm: “Qumu, ħa naħarbu;+ għax m’aħniex se neħilsuha minħabba Absalom! Fittxu morru, li ma jmurx jgħaġġel u jilħaqna u jġib fuqna d-​deni u jaħbat għall-​belt b’xifer is-​sejf!”+ 15  Għal dan, il-​qaddejja tas-​sultan qalu lis-​sultan: “Skond kulma jagħżel sidi s-​sultan, hawn huma l-​qaddejja tiegħek.”+ 16  Għalhekk, is-​sultan ħareġ bin-​nies kollha taʼ daru warajh,+ u s-​sultan ħalla għaxar nisa, konkubini,+ biex jieħdu ħsieb id-​dar. 17  U s-​sultan baqaʼ ħiereġ bin-​nies kollha tiegħu warajh; u waqfu f’Bet-merħak.* 18  U l-​qaddejja kollha tiegħu kienu qed jaqsmu minn ħdejh; u l-​Keretin kollha u l-​Peletin+ kollha u l-​Gittin+ kollha, sitt mitt raġel li kienu ġew warajh minn Gat,+ kienu qed jaqsmu minn quddiem wiċċ is-​sultan. 19  Imbagħad is-​sultan qal lil Ittaj+ il-​Gitti: “Int għala ġej magħna wkoll? Mur lura+ u għammar mas-​sultan; għax int barrani u, barra minn hekk, int eżiljat minn pajjiżek. 20  Int il-​bieraħ ġejt, u se nħallik jien illum tiġġerra+ magħna, u tmur meta mmur jien u kulfejn immur jien? Mur lura u ħu lil ħutek lura miegħek, u jalla Ġeħova juri miegħek qalb tajba bl-​imħabba+ u fiduċja sħiħa!”+ 21  Imma Ittaj wieġeb lis-​sultan u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova u daqskemm hu ħaj sidi s-​sultan,+ kulfejn ikun sidi s-​sultan, għall-​mewt jew għall-​ħajja, hemmhekk ikun il-​qaddej tiegħek!”+ 22  U David wieġeb lil Ittaj:+ “Mur u aqsam għan-​naħa l-​oħra.” Għalhekk, Ittaj il-​Gitti qasam, kif ukoll l-​irġiel kollha tiegħu u ċ-​ċkejknin kollha li kienu miegħu. 23  U n-​nies kollha tal-​pajjiż kienu qed jibku b’leħen għoli,+ u n-​nies kollha kienu qed jaqsmu għan-​naħa l-​oħra, u s-​sultan kien wieqaf ħdejn il-​wied* taʼ Kidron,+ u n-​nies kollha kienu qed jaqsmu għan-​naħa l-​oħra mit-​triq li tagħti għax-​xagħri. 24  U kien hemm ukoll Sadok+ u l-​Leviti+ kollha miegħu jġorru+ l-​arka+ tal-​patt taʼ l-​Alla l-​veru; u qiegħdu l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru ħdejn Abjatar+ sakemm in-​nies kollha kienu qasmu mill-​belt għan-​naħa l-​oħra. 25  Imma s-​sultan qal lil Sadok: “Ħu l-​arka+ taʼ l-​Alla l-​veru lura lejn il-​belt.+ Jekk insib il-​ħniena f’għajnejn Ġeħova, hu jerġaʼ jġibni lura u jħallini nara kemm lilha u kemm il-​post fejn tkun.+ 26  Imma jekk jgħid, ‘Ma sibtx għaxqa fik,’ hawn jien, ħa jagħmilli dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+ 27  U s-​sultan issokta jgħid lil Sadok il-​qassis: “Int veġġent,*+ hux hekk? Erġaʼ lura lejn il-​belt bis-​sliem, u wkoll ibnek Aħimgħas u Ġonatan,+ bin Abjatar, iż-​żewġ uliedkom magħkom. 28  Ara, qed nitlajja ħdejn l-​ilma baxx fix-​xagħri sakemm tasalli kelma mingħandkom biex tgħarrfuni.”+ 29  Għaldaqstant, Sadok u Abjatar ħadu l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru lura lejn Ġerusalemm, u baqgħu jgħammru hemmhekk. 30  U David kien tielaʼ mit-​telgħa taż-​Żebbuġ,+ jibki hu u tielaʼ, b’rasu mgħottija;+ u kien miexi ħafi, u n-​nies kollha li kienu miegħu għattew kull wieħed rasu, u telgħu jibku huma u telgħin.+ 31  U lil David waslitlu l-​aħbar li tgħid: “Aħitofel stess qiegħed fost dawk li qed jikkonfoffaw+ m’Absalom.”+ Għal dan, David qal:+ “O Ġeħova,+ jekk jogħġbok, biddel il-​parir t’Aħitofel fi bluha!”+ 32  U ġara li, meta David wasal fuq il-​quċċata fejn in-​nies is-​soltu kienu jmilu quddiem Alla, kien hemm biex jilqgħu Ħusaj+ l-​Arki,+ bil-​libsa twila tiegħu mċarrta u bit-​trab fuq rasu.+ 33  Madankollu, David qallu: “Jekk taqsam għan-​naħa l-​oħra miegħi, int tkun taʼ piż għalija.+ 34  Imma jekk terġaʼ lura lejn il-​belt u tgħid lil Absalom, ‘Jien il-​qaddej tiegħek, O Sultan, jien kont il-​qaddej taʼ missierek dak iż-​żmien, imma issa jien il-​qaddej tiegħek,’+ imbagħad fixkel+ għalija l-​parir t’Aħitofel. 35  M’humiex qegħdin hemmhekk miegħek Sadok u Abjatar, il-​qassisin?+ U jrid iseħħ li kulma tismaʼ minn dar is-​sultan għandek tgħidu lil Sadok u lil Abjatar, il-​qassisin.+ 36  Ara! Hemmhekk magħhom hemm iż-​żewġ uliedhom, Aħimgħas+ taʼ Sadok u Ġonatan+ t’Abjatar; u permezz tagħhom intom ibagħtuli kulma tisimgħu.” 37  Għalhekk, Ħusaj, sieħeb David,+ daħal il-​belt. U Absalom+ daħal Ġerusalemm.

Noti taʼ taħt

Forsi 40 sena mindu ġie midluk David, kif hemm miktub fl-​1Sa 16:13.
Ifisser “Id-​Dar Imbiegħda.”
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Ara l-​1Sa 9:9.