2 Samwel 14:1-33

14  Issa Ġowab,+ bin Seruja,+ sar jaf li qalb is-​sultan kienet miġbuda lejn Absalom.+  Għaldaqstant, Ġowab bagħat iġib minn Tekogħa+ mara għaqlija+ u qalilha: “Jekk jogħġbok, agħmel il-​vistu, u ilbes ilbies tal-​vistu, jekk jogħġbok, u tindilikx biż-​żejt;+ u kun bħal mara li ilha ħafna jiem bil-​vistu minħabba xi ħadd mejjet.+  U idħol għand is-​sultan u għidlu din il-​kelma.” U Ġowab qegħdilha l-​kliem fuq fommha.+  U l-​mara Tekogħija daħlet għand is-​sultan u nxteħtet wiċċha fl-​art+ u qalet: “Għinni,+ O sultan!”  U s-​sultan qalilha: “Xi ġralek?” Hi wiġbitu: “Fil-​fatt jien mara armla,+ issa li żewġi miet.  U l-​qaddejja tiegħek kellha żewġ ulied, u t-​tnejn li huma bdew jissieltu maʼ xulxin fir-​rabaʼ+ u ma kienx hemm ħellies+ biex jifridhom. Fl-​aħħar, wieħed darab lill-​ieħor u qatlu.  U, ara, il-​familja kollha qamet kontra l-​qaddejja tiegħek u għadhom jgħidulha, ‘Agħtina l-​qattiel taʼ ħuh, sabiex nagħtuh il-​mewt ħalli jpatti għall-​ħajja taʼ ħuh+ li hu qatel,+ u ħa neqirdu saħansitra l-​werriet!’ U huma se jitfu l-​ġamar jaqbad li baqagħli, u b’hekk lil żewġi la jagħtuh isem u lanqas fdal fuq wiċċ l-​art.”+  Imbagħad is-​sultan qal lill-​mara: “Mur lejn darek, u jien stess nagħti kmand dwarek.”+  Għal dan, il-​mara Tekogħija qalet lis-​sultan: “Fuqi, O sidi s-​sultan, ikun l-​iżball, u wkoll fuq dar missieri,+ waqt li s-​sultan u t-​tron tiegħu huma innoċenti.” 10  U s-​sultan issokta jgħidilha: “Jekk ikun hemm xi ħadd li jkellmek, ġibu għandi, u qatt ma jerġaʼ jweġġgħek.” 11  Imma hi qalet: “Ħa jiftakar is-​sultan, jekk jogħġbu, f’Ġeħova Alla tiegħek,+ biex dak li għandu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm+ ma jibqax jikkaġuna ħsara u biex huma ma jeqirdux lil ibni.” Għal dan, qalilha: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ lanqas xagħra waħda+ taʼ ibnek ma taqaʼ fl-​art.” 12  Il-mara issa qalet: “Jekk jogħġbok, ħa tgħid il-​qaddejja+ tiegħek kelma+ lil sidi s-​sultan.” Għalhekk, qalilha: “Tkellem!”+ 13  U l-​mara ssoktat tgħidlu: “Għala, allura, irraġunajt hekk+ kontra l-​poplu t’Alla?+ B’din il-​kelma li qed jgħid, is-​sultan hu bħal wieħed li hu ħati,+ għax is-​sultan ma jġibx lura l-​eżiljat tiegħu.+ 14  Għax aħna żgur li+ mmutu u nkunu bħall-​ilmijiet li qed jissawbu lejn l-​art u li ma jistgħux jinġabru. Imma Alla ma jieħu lil ebda ruħ,+ u stabbilixxa raġunijiet għala l-​wieħed eżiljat m’għandux jiġi eżiljat minnu. 15  U issa jekk ġejt ngħid din il-​kelma lil sidi s-​sultan, huwa għaliex in-​nies beżżgħuni. Għalhekk il-​qaddejja tiegħek qalet, ‘Jekk jogħġbok, ħa nkellem lis-​sultan. Għandu mnejn is-​sultan jaġixxi skond il-​kelma taʼ l-​ilsira tiegħu. 16  Peress li s-​sultan ta widen sabiex jeħles lill-​ilsira tiegħu minn idejn il-​bniedem li pprova jeqred lili u lill-​iben waħdieni tiegħi mill-​wirt mogħti minn Alla,’+ 17  il-qaddejja tiegħek qalet, ‘Jekk jogħġbok, ħa sservi l-​kelma taʼ sidi s-​sultan biex tkun taʼ serħan.’ Għax bħal anġlu+ taʼ l-​Alla l-​veru hu sidi s-​sultan, biex jagħraf x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin,+ u jalla Ġeħova Alla tiegħek juri li qiegħed miegħek.” 18  Is-sultan issa wieġeb u qal lill-​mara: “Jekk jogħġbok, taħbix minni xi ħaġa li qed nistaqsik dwarha.”+ Il-​mara wiġbitu: “Ħa jitkellem sidi s-​sultan, jekk jogħġbu.” 19  U s-​sultan issokta jgħidilha: “Jaqaw hemm id Ġowab+ miegħek f’dan kollu?”+ Imbagħad il-​mara wieġbet u qalet: “Daqskemm ruħek hi ħajja,+ O sidi s-​sultan, dak li għedt int hu assolutament korrett; għax kien il-​qaddej tiegħek Ġowab li kkmandani, u kien hu li qiegħed dan il-​kliem kollu fuq fomm il-​qaddejja tiegħek.+ 20  Huwa biex din il-​kwistjoni taraha b’mod differenti li l-​qaddej tiegħek Ġowab għamel din il-​ħaġa, imma sidi hu għaref bħallikieku bl-​għerf taʼ l-​anġlu+ taʼ l-​Alla l-​veru, u b’hekk ikun jaf kulma jsir fuq l-​art.” 21  Wara dan, is-​sultan qal lil Ġowab: “Ara! Issa jien se nagħmel din il-​ħaġa.+ Għalhekk, mur u ġib lura liż-​żagħżugħ Absalom.”+ 22  Għal dan, Ġowab waqaʼ u nxteħet wiċċu fl-​art u bierek lis-​sultan;+ u Ġowab issokta jgħid: “Illum il-​qaddej tiegħek jaf li jien sibt il-​ħniena f’għajnejk,+ O sidi s-​sultan, għaliex is-​sultan aġixxa skond il-​kelma tal-​qaddej tiegħu.” 23  U Ġowab qam u mar il-​Gesur+ u ġab lil Absalom lejn Ġerusalemm.+ 24  Madankollu, is-​sultan qal: “Ħa jdur lejn daru, imma wiċċi ma jarahx.”+ Għalhekk, Absalom dar lejn daru, u wiċċ is-​sultan ma rahx. 25  Issa f’Israel kollu ma kienx hemm raġel ieħor daqstant sabiħ+ u taʼ min ifaħħru daqs kemm kien Absalom. Minn qiegħ siequ sal-​qorriegħa taʼ rasu ma kien hemm ebda difett fih. 26  U meta kien iqarweż rasu—u din kien iqarwiżha fi tmiem kull sena; għaliex kienet tkun tqila ħafna+ fuqu kien iqarwiżha—kien jiżen xagħar rasu, mitejn xekel skond l-​użin* irjali. 27  U lil Absalom twildulu tliet ulied subien+ u tifla li kien jisimha Tamar. Din kienet sabiħa wisq fl-​għajn.+ 28  U Absalom baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm sentejn sħaħ, u wiċċ is-​sultan ma rahx.+ 29  Għalhekk, Absalom bagħat għal Ġowab biex jibagħtu għand is-​sultan, imma ma riedx jiġi għandu. Imbagħad reġaʼ bagħat għalih, it-​tieni darba, u ma riedx jiġi. 30  Fl-aħħar, hu qal lill-​qaddejja tiegħu: “Araw il-​medda art taʼ Ġowab li qiegħda ħdejn tiegħi, u hemmhekk għandu x-​xgħir. Morru u agħtuha n-​nar.”+ Għaldaqstant, il-​qaddejja t’Absalom taw in-​nar lil dik il-​medda art.+ 31  Għal dan, Ġowab qam u mar għand Absalom id-​dar u qallu: “Il-​qaddejja tiegħek għala taw in-​nar lill-​medda art tiegħi?” 32  Għalhekk, Absalom qal lil Ġowab: “Ara! Jien bgħatt għalik u għedtlek, ‘Ejja hawnhekk ħa nibagħtek għand is-​sultan, u tgħidlu: “Għalfejn ġejt jien mill-​Gesur?+ Kien ikun aħjar għalija li għadni hemmhekk. U issa ħallini nara wiċċ is-​sultan u, jekk hemm xi żball fija,+ hu għandu jagħtini l-​mewt.”’” 33  Wara dan, Ġowab daħal għand is-​sultan u qallu b’kollox. Imbagħad hu sejjaħ lil Absalom, li issa daħal għand is-​sultan u nxteħet fl-​art quddiemu, u waqaʼ wiċċu fl-​art quddiem is-​sultan; u mbagħad is-​sultan bies lil Absalom.+

Noti taʼ taħt

Dan jirreferi għal użin magħmul mill-​ġebel.