2 Samwel 13:1-39

13  U ġara, wara dawn l-​affarijiet, li Absalom,+ bin David, kellu oħtu jisimha Tamar,+ li kienet sabiħa, u Amnon,+ bin David, sar iħobbha.+  U Amnon tant kien imnikket li marad+ minħabba oħtu Tamar, għaliex kienet verġni, u f’għajnejn+ Amnon kien diffiċli li jaqtaʼ xewqtu magħha.+  Issa Amnon kellu sieħbu li kien jismu Ġeħonadab,+ bin Simegħah,+ ħu David; u Ġeħonadab kien raġel għaref ħafna.  Għalhekk, qallu: “Għala int, bin is-​sultan, daqshekk imdejjaq, għodwa wara għodwa? Ma tgħidlix?”+ U Amnon wieġbu: “Sirt inħobb+ lil Tamar oħt+ ħija Absalom.”  U Ġeħonadab qallu: “Imtedd fuq soddtok u ilgħabha taʼ marid.+ U missierek żgur li jiġi jarak, u int għidlu, ‘Jekk jogħġbok, ħa tiġi oħti Tamar u tagħtini l-​ħobż li jikkonsla lill-​marid, u tqiegħdu taħt għajnejja sabiex narah, u jien niekol minn idha.’”+  Għaldaqstant, Amnon imtedd u lagħabha taʼ marid,+ u għalhekk is-​sultan daħal jarah. Imbagħad Amnon qal lis-​sultan: “Jekk jogħġbok, ħa tiġi oħti Tamar u taħmi żewġ ftajjar forma taʼ qalb quddiem għajnejja, sabiex nieħu minn idha l-​ħobż bħala l-​marid.”  U David bagħat jgħid lil Tamar id-​dar: “Jekk jogħġbok, mur id-​dar taʼ ħuk Amnon u agħmillu l-​ħobż li jikkonslah.”  Għalhekk, Tamar marret id-​dar taʼ ħuha Amnon+ waqt li kien mimdud. Imbagħad ħadet l-​għaġina u għaġnitha u għamlet il-​ftajjar taħt għajnejh u ħmiet il-​ftajjar forma taʼ qalb.  Fl-aħħar ħadet il-​kazzola u qalbet quddiemu, imma Amnon ma riedx jiekol u qal: “Ibagħtu lil kulħadd ’il barra minn ħdejja!”+ Imbagħad kulħadd ħareġ minn ħdejh. 10  Amnon issa qal lil Tamar: “Ġib il-​ħobż li jikkonslani fil-​kamra taʼ ġewwa, sabiex bħala l-​marid nieħdu minn idek.” Għalhekk, Tamar ħadet il-​ftajjar forma taʼ qalb li kienet għamlet u daħħlithom għand ħuha Amnon fil-​kamra taʼ ġewwa. 11  Meta marret ħdejh biex tagħtih jiekol, hu mill-​ewwel qabadha+ u qalilha: “Ejja, imtedd+ miegħi, oħti.”+ 12  Madankollu, hi qaltlu: “Le, ħija! Tumiljanix;+ għax din mhix xi ħaġa li s-​soltu ssir f’Israel.+ Tagħmilx din il-​bluha t’għajb.+ 13  U jien—jien fejn immur biż-​żebliħ tiegħi? U int—int issir bħal wieħed mill-​irġiel bla sens f’Israel. U issa kellem, jekk jogħġbok, lis-​sultan; għax hu mhux se jċaħħdek minni.” 14  Imma hu ma riedx jismaʼ minn kliemha, imma għax kien b’saħħtu iktar minnha umiljaha+ u mtedd magħha.+ 15  U Amnon beda jobgħodha b’mibegħda kbira ferm, għaliex il-​mibegħda li ħass għaliha kienet akbar mill-​imħabba li biha kien ħabbha, u b’hekk Amnon qalilha: “Qum, itlaq ’l hemm!” 16  Għal dan, hi qaltlu: “Le, ħija; għax jekk tibgħatni din il-​ħaġa ħażina tkun agħar mill-​oħra li għamiltli!” Imma hu ma riedx jagħtiha widen. 17  Għalhekk, sejjaħ lill-​qaddej tiegħu, li kien idur bih, u qallu: “Jekk jogħġbok, ibgħat lil din il-​persuna ’l barra minn ħdejja u sakkar il-​bieb warajha.” 18  (Issa fuqha kellha libsa twila bl-​istrixxi;+ għax hekk kienu jilbsu l-​bniet tas-​sultan, il-​verġni, ilbiesi bla kmiem.) Għalhekk, il-​qaddej tiegħu ħadha dritt ’il barra u sakkar il-​bieb warajha. 19  Imbagħad Tamar poġġiet l-​irmied+ fuq rasha, u ċarrtet il-​libsa twila bl-​istrixxi li kellha fuqha; u żammet idejha fuq rasha+ u telqet bil-​mixi, tgħajjat hi u miexja. 20  Għal dan, ħuha Absalom+ qalilha: “Jaqaw ħuk Amnon+ kien miegħek? U issa, oħti, iskot. Dak ħuk.+ Iżżommhiex f’qalbek din il-​kwistjoni.” U Tamar, waqt li ma tħallietx tissieħeb m’oħrajn, bdiet tgħammar fid-​dar taʼ ħuha Absalom. 21  U s-​Sultan David semaʼ dwar dawn l-​affarijiet kollha,+ u rrabja ħafna.+ 22  U Absalom ma kellmux lil Amnon, la ħażin u lanqas tajjeb; għax Absalom bagħad+ lil Amnon minħabba l-​fatt li kien umilja lil oħtu Tamar. 23  U ġara wara sentejn sħaħ li Absalom kellu n-​nies li jġiżżu n-​nagħaġ+ f’Bagħal-ħasor, li qiegħda qrib Efrajm;+ u Absalom stieden lil ulied is-​sultan kollha.+ 24  Għalhekk, Absalom daħal għand is-​sultan u qallu: “Ara! Issa l-​qaddej tiegħek għandu n-​nies li jġiżżu n-​nagħaġ! Ħa jiġi s-​sultan, jekk jogħġbu, kif ukoll il-​qaddejja tiegħu, mal-​qaddej tiegħek.” 25  Imma s-​sultan qal lil Absalom: “Le, ibni! Ħalli ma niġux ilkoll kemm aħna, jekk jogħġbok, sabiex ma nkunux taʼ piż fuqek.” Għalkemm baqaʼ jħeġġu,+ ma riedx imur imma bierku.+ 26  Fl-aħħar, Absalom qallu: “Jekk mhux int, ħa jiġi magħna ħija Amnon, jekk jogħġbok.”+ U s-​sultan qallu: “Għala għandu jiġi miegħek?” 27  U Absalom beda jħeġġu,+ u b’hekk hu bagħat miegħu lil Amnon u lill-​ulied kollha tas-​sultan. 28  Imbagħad Absalom ordna lill-​qaddejja tiegħu u qalilhom: “Jekk jogħġobkom, oqogħdu attenti li malli qalb Amnon tkun f’burdata ferriħija bl-​inbid,+ u jien ngħidilkom, ‘Aħbtu għal Amnon!’ aqbdu u oqtluh. Tibżgħux.+ Mhux jien stess ordnajtilkom? Agħmlu l-​ħila u uru li intom irġiel qalbenin.” 29  U lil Amnon il-​qaddejja t’Absalom għamlulu sewwasew bħalma kien ordna Absalom;+ u wlied is-​sultan l-​oħrajn kollha qamu u rikbu, kull wieħed fuq il-​bagħal tiegħu, u ħarbu. 30  U ġara li, huma u sejrin, lil David waslitlu l-​aħbar li kienet tgħid: “Absalom qatel l-​ulied kollha tas-​sultan, u lanqas wieħed minnhom ma fadal.” 31  Għal dan, is-​sultan qam u ċarrat ħwejġu+ u nxteħet fl-​art,+ u l-​qaddejja kollha tiegħu kienu weqfin ħdejh bl-​ilbiesi tagħhom imċarrtin.+ 32  Madankollu, Ġeħonadab,+ bin Simegħah,+ ħu David, wieġeb u qal: “Ħa ma jaħsibx sidi li huma ż-​żgħażagħ kollha, ulied is-​sultan, li nqatlu, għax Amnon biss miet,+ għaliex għall-​ordni t’Absalom ġara dak li kien maħsub+ minn dakinhar li hu umilja+ lil oħtu+ Tamar. 33  U issa ħalli sidi s-​sultan ma jżommx f’qalbu l-​kelma u jgħid, ‘Ulied is-​sultan kollha mietu’; imma hu Amnon biss li miet.” 34  Sadanittant, Absalom ħarab.+ Iktar tard iż-​żagħżugħ, l-​għassies,+ refaʼ għajnejh u ra, u, ara, kien hemm ħafna nies ġejjin mit-​triq taʼ warajh mal-​ġenb tal-​muntanja. 35  Għal dan, Ġeħonadab+ qal lis-​sultan: “Ara! Ulied is-​sultan ġejjin. Kollox seħħ skond il-​kelma tal-​qaddej tiegħek.”+ 36  U ġara li, malli temm jitkellem, ulied is-​sultan waslu, u bdew jgħollu leħinhom u jibku; u s-​sultan ukoll u l-​qaddejja kollha tiegħu bkew fuq li bkew. 37  Inkwantu għal Absalom, hu ħarab sabiex imur għand Talmaj,+ bin Għammiħud, is-​sultan tal-​Gesur.+ U David baqaʼ jitnikket+ minħabba ibnu l-​jiem kollha. 38  U Absalom ħarab u mar il-​Gesur;+ u qagħad hemmhekk tliet snin. 39  Fl-aħħar, David is-​sultan kien imxennaq biex imur għand Absalom; għax hu kien tfarraġ dwar Amnon, għaliex kien mejjet.

Noti taʼ taħt