2 Samwel 11:1-27

11  U ġara li, fil-​bidu tas-​sena,+ fiż-​żmien li s-​slaten joħorġu għall-​gwerra,+ David bagħat lil Ġowab u lill-​qaddejja tiegħu miegħu u lil Israel kollu, biex ikunu jistgħu jeqirdu+ lil ulied Għammon u jassedjaw lil Rabba,+ waqt li David kien qed jgħammar f’Ġerusalemm.  U ġara li fil-​għaxija David qam minn soddtu u qagħad jippassiġġa fuq il-​bejt+ tad-​dar tas-​sultan; u minn fuq il-​bejt lemaħ+ mara tinħasel, u l-​mara kienet sabiħa ħafna fl-​għajn.+  Imbagħad David bagħat jistaqsi dwar il-​mara+ u xi ħadd qallu: “M’hijiex din Bat-seba,+ bint Eligħam,*+ mart Urija+ l-​Ħitti?”+  Imbagħad David bagħat messaġġiera biex jiħodha.+ Għalhekk, hi daħlet għandu+ u hu mtedd magħha,+ fiż-​żmien li hi kienet qed tindaf min-​nuqqas taʼ ndafa tagħha.+ Iktar tard reġgħet lura lejn darha.  U l-​mara ħarġet tqila. Għaldaqstant bagħtet tgħid lil David u qaltlu: “Ħriġt tqila.”  Imbagħad David bagħat jgħid lil Ġowab: “Ibgħatli lil Urija l-​Ħitti.” Għalhekk, Ġowab bagħat lil Urija għand David.  Meta Urija ġie għandu, David beda jistaqsih kif kien sejjer Ġowab u kif kienu sejrin in-​nies u kif kienet sejra l-​gwerra.  Fl-aħħar, David qal lil Urija: “Inżel lejn darek u aħsel saqajk.”+ Għaldaqstant, Urija ħareġ mid-​dar tas-​sultan, u l-​għotja tas-​sultan ħarġet warajh.  Madankollu, Urija mtedd fid-​daħla tad-​dar tas-​sultan mal-​qaddejja l-​oħrajn kollha taʼ sidu, u ma niżilx lejn daru. 10  Għalhekk, marru jgħidu lil David, u qalulu: “Urija ma niżilx lejn daru.” Imbagħad David qal lil Urija: “Int ġejt minn vjaġġ, hux hekk? Għala ma nżiltx lejn darek?” 11  Urija wieġeb lil David: “L-​Arka+ u Israel u Ġuda qed jgħammru fl-​għerejjex, u sidi Ġowab u l-​qaddejja taʼ sidi+ qed jikkampjaw fuq wiċċ ir-​rabaʼ, u jien—se nidħol jien f’dari biex niekol u nixrob u nimtedd maʼ marti?+ Daqskemm int ħaj int u daqskemm ruħek hi ħajja,+ din il-​ħaġa ma nagħmilhiex!” 12  Imbagħad David qal lil Urija: “Oqgħod hawnhekk illum ukoll, u għada nibagħtek.” Għalhekk, Urija baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm dakinhar u l-​għada. 13  U David sejjaħlu biex jiekol u jixrob quddiemu. Imbagħad ġiegħlu jisker.+ Minkejja dan, hu ħareġ fil-​għaxija biex jimtedd fuq soddtu mal-​qaddejja taʼ sidu, u lejn daru ma niżilx. 14  U ġara li fil-​għodu David kiteb ittra+ lil Ġowab u bagħatha b’id Urija. 15  Għalhekk, fl-​ittra kiteb u qal:+ “Poġġu lil Urija fuq quddiem fl-​eħrex attakki tal-​battalja,+ u intom irtiraw minn warajh ħalli jindarab u jmut.”+ 16  U ġara li, waqt li Ġowab kien qed jgħasses il-​belt, hu ħalla lil Urija fil-​post fejn kien jaf li kien hemm l-​irġiel qalbenin.+ 17  Meta l-​irġiel tal-​belt ħarġu u marru jiġġieldu kontra Ġowab, imbagħad xi wħud min-​nies, il-​qaddejja taʼ David, waqgħu, u Urija l-​Ħitti miet ukoll.+ 18  Ġowab issa bagħat jgħarraf lil David b’kulma ġara fil-​gwerra. 19  U ssokta jordna lill-​messaġġier u jgħidlu: “Malli ttemm tgħid lis-​sultan b’kulma ġara fil-​gwerra, 20  irid iseħħ li jekk tixgħel ir-​rabja tas-​sultan u jgħidlek, ‘Għala kellkom tmorru daqshekk qrib il-​belt biex tiġġieldu? Ma kontux tafu li huma kienu se jisparaw minn fuq is-​sur? 21  Min kien li qatel lil Abimelek,+ bin Ġerubbeset?*+ Mhux mara kienet li xeħtet ġebla taʼ fuq taʼ mitħna fuqu+ minn fuq is-​sur, u b’hekk hu miet f’Tebes?+ Għala kellkom tmorru daqshekk qrib is-​sur?’ għidlu wkoll, ‘Il-​qaddej tiegħek Urija l-​Ħitti miet ukoll.’”+ 22  Għalhekk, il-​messaġġier telaq u mar u qal lil David b’kulma kien bagħat jgħidlu Ġowab. 23  U l-​messaġġier issokta jgħid lil David: “L-​irġiel kienu superjuri għalina, u b’hekk ħarġu kontrina fir-​rabaʼ; imma aħna bqajna rrossuhom dritt sad-​daħla tal-​bieb. 24  U dawk li jisparaw il-​qaws baqgħu jisparaw fuq il-​qaddejja tiegħek minn fuq is-​sur,+ u b’hekk xi wħud mill-​qaddejja tas-​sultan mietu; u l-​qaddej tiegħek Urija l-​Ħitti miet ukoll.”+ 25  Għal dan, David qal lill-​messaġġier: “Hekk għidlu lil Ġowab, ‘Tħallix din il-​kwistjoni tinkwetak, għax is-​sejf jiblaʼ+ sew wieħed u sew l-​ieħor. Ħarrax il-​battalja tiegħek kontra l-​belt u ġarrafha.’+ U qawwilu qalbu.” 26  U mart Urija semgħet li żewġha Urija kien miet, u bdiet tibki+ lil sidha.+ 27  Meta għadda l-​perijodu tal-​vistu,+ David minnufih bagħat u ħadha għandu d-​dar, u hi saret martu.+ Maż-​żmien wilditlu iben, imma dak li kien għamel David deher ħażin+ f’għajnejn+ Ġeħova.

Noti taʼ taħt

“Għammijel” fl-​1Kr 3:5.
“Ġerubbeset,” Test Masoretiku Ebrajk, Vulgata Latina; Settanta, “Ġerubbagħal”; “Ġerubbagħal” fi Mħ 6:32; 7:1; 9:1, 16, 24, u 28.