2 Samwel 10:1-19

10  U ġara li mbagħad is-​sultan taʼ wlied Għammon+ miet, u ibnu Ħanun beda jsaltan minfloku.+  U David qal: “Jien se nuri qalb tajba bl-​imħabba maʼ Ħanun, bin Naħas, bħalma missieru wera qalb tajba bl-​imħabba miegħi.”+ Għaldaqstant, David, permezz tal-​qaddejja tiegħu,+ bagħat ifarrġu minħabba missieru, u l-​qaddejja taʼ David daħlu fl-​art taʼ wlied Għammon.  Madankollu, il-​prinċpijiet taʼ wlied Għammon qalu lil sidhom Ħanun: “Taħseb int li David biex jonora lil missierek bagħatlek il-​farraġa? Mhux biex jara x’fiha l-​belt u jitkixxef+ dwarha u jegħlibha li David bagħatlek il-​qaddejja tiegħu?”+  Għalhekk, Ħanun qabad il-​qaddejja taʼ David u qaxxrilhom nofs id-​daqna+ u qattgħalhom ilbieshom min-​nofs sal-​warrani u bagħathom.+  Iktar tard, xi nies taw din l-​aħbar lil David, u dan minnufih bagħat biex jiltaqaʼ magħhom, għaliex l-​irġiel bdew iħossuhom umiljati għall-​aħħar; u s-​sultan issokta jgħid: “Għammru f’Ġeriko+ sakemm tikbrilkom sew id-​daqna. Imbagħad erġgħu lura.”  U wlied Għammon raw li kienu saru mibgħudin+ minn David, u wlied Għammon bagħtu jikru xi Sirjani taʼ Bet-reħob+ u Sirjani taʼ Soba,+ għoxrin elf raġel bil-​mixi, u s-​sultan taʼ Magħka,+ b’elf raġel miegħu, u Istob, bi tnax-il elf raġel miegħu.  Meta David semaʼ b’dan, bagħat lil Ġowab u l-​armata kollha u l-​irġiel setgħanin.+  U wlied Għammon bdew joħorġu u jitqassmu għall-​battalja fid-​daħla tal-​bieb, kif ukoll is-​Sirjani taʼ Soba u taʼ Reħob,+ u Istob u Magħka għalihom waħedhom fil-​kampanja.+  Meta Ġowab ra li l-​attakki tal-​battalja ġew kontrih minn quddiem u minn wara, hu minnufih għażel xi wħud mill-​aqwa+ rġiel kollha taʼ Israel u qassamhom għall-​battalja biex jiltaqgħu mas-​Sirjani. 10  U l-​bqija tal-​poplu ħalliehom f’idejn ħuh Abisaj,+ sabiex ikun jistaʼ jqassamhom għall-​battalja biex jiltaqgħu maʼ wlied Għammon.+ 11  U hu ssokta jgħidlu: “Jekk is-​Sirjani jkunu b’saħħithom wisq għalija, int tkun is-​salvazzjoni tiegħi; imma jekk ulied Għammon ikunu b’saħħithom wisq għalik, niġi jien insalvak.+ 12  Agħmel il-​ħila, sabiex nuru li aħna kuraġġużi+ għan-​nom tal-​poplu tagħna u għan-​nom tal-​bliet t’Alla tagħna;+ imbagħad Ġeħova jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+ 13  Imbagħad Ġowab u n-​nies li kienu miegħu resqu għall-​battalja kontra s-​Sirjani, u dawn ħarbu minn quddiemu.+ 14  U wlied Għammon raw li s-​Sirjani kienu ħarbu, u ħarbu huma wkoll minn quddiem Abisaj, u b’hekk irtiraw fil-​belt.+ Imbagħad Ġowab reġaʼ lura minn ħdejn ulied Għammon u wasal Ġerusalemm.+ 15  Meta s-​Sirjani raw li kienu ġew megħlubin minn Israel, inġemgħu flimkien. 16  Għalhekk, Ħadadgħeżer+ bagħat u ħareġ lis-​Sirjani li kienu fir-​reġjun tax-​Xmara;*+ u mbagħad waslu Ħelam, u Sobak,+ il-​kap taʼ l-​armata taʼ Ħadadgħeżer, kien quddiemhom. 17  Meta lil David waslitlu l-​aħbar, hu minnufih ġabar lil Israel kollu u qasam il-​Ġordan u wasal Ħelam. Is-​Sirjani issa tqassmu għall-​battalja biex jiltaqgħu maʼ David u bdew jiġġieldu kontrih.+ 18  U s-​Sirjani ħarbu+ minn quddiem Israel; u David qatel mis-​Sirjani sebaʼ mitt sewwieq tal-​karrijiet+ u erbgħin elf rikkieb taż-​żwiemel, u lil Sobak, il-​kap taʼ l-​armata tagħhom, ħabat għalih, u b’hekk dan miet hemmhekk.+ 19  Meta s-​slaten kollha,+ il-​qaddejja taʼ Ħadadgħeżer, raw li ġew megħlubin minn Israel,+ huma mill-​ewwel għamlu paċi maʼ Israel u bdew jaqduhom;+ u s-​Sirjani beżgħu u ma baqgħux iktar jipprovaw isalvaw lil ulied Għammon.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​Ewfrat.