2 Samwel 1:1-27

1  U ġara, wara l-​mewt taʼ Sawl, u meta David stess kien reġaʼ lura milli joqtol lill-​Għamalekin,+ li David baqaʼ jgħammar jumejn f’Siklag.+  U fit-​tielet jum kien ġej raġel+ mill-​kamp, mingħand Sawl, bi ħwejġu mċarrtin+ u bit-​trab fuq rasu;+ u meta wasal ħdejn David, hu minnufih waqaʼ u nxteħet wiċċu fl-​art.+  U David staqsieh: “Minfejn ġej?” u hu wieġbu: “Ħrabt mill-​kamp taʼ Israel.”  U David issokta jgħidlu: “Kif spiċċat il-​kwistjoni? Għidli, jekk jogħġbok.” U hu wieġbu: “In-​nies ħarbu mill-​battalja u wkoll ħafna min-​nies waqgħu u mietu,+ u mietu saħansitra Sawl+ u ibnu Ġonatan.”+  Imbagħad David staqsa liż-​żagħżugħ li kien qed ikellmu: “Kif taf fiċ-​ċert li miet Sawl u wkoll ibnu Ġonatan?”+  U ż-​żagħżugħ li kien qed ikellmu wieġbu: “Jien kont bla mistenni fuq il-​Muntanja Gilbogħa,+ u kien hemm Sawl iserraħ fuq il-​lanza tiegħu;+ u, ara, is-​sewwieqa tal-​karrijiet u r-​rikkieba kienu laħquh.+  Meta dar lura u rani, sejjaħli, u wiġibtu, ‘Hawn jien!’  U ssokta jistaqsini, ‘Min int?’ u jien wiġibtu, ‘Jien Għamaleki.’+  Imbagħad qalli, ‘Intefaʼ fuqi, jekk jogħġbok, u oqtolni, għax ħakmitni d-​diqa tal-​mewt, għaliex ħajti+ kollha għadha fija.’ 10  Għalhekk, intfajt fuqu u qtiltu,+ għax kont naf li ma setax jibqaʼ ħaj wara li kien waqaʼ. Imbagħad ħadt id-​dijadema+ li kienet fuq rasu u l-​brazzuletta li kienet fi driegħu, sabiex inġibhom lil sidi hawnhekk.” 11  Għal dan, David qabad u ċarrat ilbiesu,+ u hekk għamlu wkoll l-​irġiel kollha li kienu miegħu. 12  U bdew inewħu u jibku,+ u samu+ sa fil-​għaxija minħabba Sawl u minħabba ibnu Ġonatan u minħabba l-​poplu taʼ Ġeħova u minħabba dar Israel,+ għaliex kienu mietu bis-​sejf. 13  David issa staqsa liż-​żagħżugħ li kien qed ikellmu: “Minfejn int?” u hu wieġbu: “Jien bin resident barrani, Għamaleki.”+ 14  Imbagħad David staqsieh: “Kif ma bżajtx+ tmidd idek biex teqred lill-​midluk+ taʼ Ġeħova?” 15  U David sejjaħ lil wieħed miż-​żgħażagħ u qallu: “Ersaq qribu. Aħbat għalih.” Għaldaqstant, ħabat għalih u hu miet.+ 16  David imbagħad qallu: “Il-​ħtija taʼ demmek tkun fuq rasek stess,+ għaliex fommok stess xehed kontrik,+ meta għedt, ‘Jien qtilt lill-​midluk taʼ Ġeħova.’”+ 17  U David għanna din l-​għanja taʼ niket+ minħabba Sawl u ibnu Ġonatan+ 18  u qal li wlied Ġuda+ kellhom jiġu mgħallmin “L-​Għanja tal-​Qaws.”+ Ara! Din hi miktuba fil-​ktieb taʼ Ġasar:+ 19  “Il-​ġmiel, O Israel, inqatel fuq il-​postijiet għoljin tiegħek.+ Kif waqgħu s-​setgħanin! 20  Ixxandruhx dan ġo Gat;+ Tħabbruhx fit-​toroq t’Askelon,+ Li ma jmorrux jithennew il-​bniet tal-​Filistin, Li ma jmorrux itiru bil-​ferħ il-​bniet taʼ l-​irġiel mhux ċirkonċiżi.+ 21  Ja muntanji taʼ Gilbogħa,+ ħalli ebda nida, ħalli ebda xita ma jkun hemm fuqkom, u ħalli lanqas ma jkun hemm għelieqi li jagħmlu l-​frott li jistaʼ jiġi offrut lil Alla;+ Għax hemmhekk it-​tarka tas-​setgħanin tkasbret, It-​tarka taʼ Sawl, u b’hekk ma kien hemm ħadd midluk biż-​żejt.+ 22  Mid-demm tal-​maqtulin, mix-​xaħam tas-​setgħanin, Il-​qaws taʼ Ġonatan lura ma darx,+ U s-​sejf taʼ Sawl ma reġax lura mingħajr suċċess.+ 23  Sawl u Ġonatan+ kollhom imħabba u ħlewwa matul ħajjithom, U f’mewthom ma nfirdux.+ Eħfef mill-​ajkli kienu,+ Setgħanin iktar mill-​iljuni kienu.+ 24  Intom bniet taʼ Israel, ibkuh lil Sawl, Li libbiskom ilbies imżejjen bl-​iskarlat, Li qegħdilkom fuq ħwejjiġkom tiżjin tad-​deheb.+ 25  Kif waqgħu s-​setgħanin f’nofs il-​battalja!+ Ġonatan maqtul fuq il-​postijiet għoljin tiegħek!+ 26  Jien imnikket minħabba fik, ħija Ġonatan, Ħelu ħafna kont miegħi.+ Imħabbtek għalija kienet tisboq l-​imħabba min-​nisa.+ 27  Kif waqgħu s-​setgħanin+ U għabu l-​armi tal-​gwerra!”

Noti taʼ taħt