2 Pietru 3:1-18

3  Maħbubin, issa din hi t-​tieni ittra li qed niktbilkom u fiha, bħal fl-​ewwel ittra tiegħi,+ permezz taʼ tfakkira qed inqajjem il-​fakultà tagħkom biex taħsbu ċar,+  biex tiftakru dak li ngħad qabel mill-​profeti mqaddsa+ u l-​kmandament li ta l-​Mulej u s-​Salvatur permezz taʼ l-​appostli tagħkom.+  Qabel xejn kunu afu dan, li fl-​aħħar jiem+ jiġu nies li jwaqqgħu kollox għaċ-​ċajt+ u jieħdu kollox biż-​żuffjett, u jimxu skond ix-​xewqat tagħhom stess+  u jgħidu:+ “Fejn hi din il-​preżenza mwiegħda tiegħu?+ Għax minn dakinhar li missirijietna raqdu fil-​mewt, kollox għadu għaddej eżatt bħalma kien sa mill-​bidu tal-​ħolqien.”+  Għax, skond ix-​xewqa tagħhom, huma jagħlqu għajnejhom għal dan il-​fatt, li kien hemm smewwiet+ mill-​qedem u art solida żżomm f’wiċċ l-​ilma+ u f’nofs l-​ilma+ bil-​kelma t’Alla;  u permezz taʼ dawn, id-​dinja taʼ dak iż-​żmien inqerdet meta ġiet mgħarrqa bl-​ilma.+  Imma bl-​istess kelma, is-​smewwiet+ u l-​art+ t’issa huma merfugħin għan-​nar+ u qed jinżammu għal jum il-​ġudizzju+ u l-​qerda taʼ nies bla devozzjoni lejn Alla.+  Madankollu, maħbubin, tagħlqux għajnejkom għal dan il-​fatt, li għal Ġeħova jum wieħed hu bħal elf sena u elf sena bħal jum wieħed.+  Ġeħova mhux qed idum biex iwettaq il-​wegħda tiegħu,+ bħalma xi nies iqisu d-​dewmien, imma hu paċenzjuż magħkom għax ma jixtieqx li xi ħadd jinqered imma jixtieq li kulħadd jasal għall-​indiema.+ 10  Iżda l-​jum+ taʼ Ġeħova se jiġi bħal ħalliel,+ u f’dan il-​jum is-​smewwiet jgħibu+ b’ħoss kbir,+ u l-​elementi tant ikunu jikwu li jdubu,+ u l-​art+ u x-​xogħlijiet li fiha jinkixfu.+ 11  Ladarba dawn kollha għad idubu b’dan il-​mod, oqogħdu attenti x’tip taʼ persuni għandkom tkunu f’dawk li huma atti taʼ kondotta qaddisa u għemejjel taʼ devozzjoni lejn Alla, 12  waqt li tistennew+ u żżommu dejjem f’moħħkom il-​preżenza tal-​jum taʼ Ġeħova,+ jum li permezz tiegħu s-​smewwiet jinħallu+ għax ikunu jaqbdu bin-​nar, u l-​elementi tant ikunu jikwu li jdubu! 13  Imma hemm smewwiet ġodda+ u art ġdida+ li aħna qed nistennew skond il-​wegħda tiegħu, u f’dawn tgħammar il-​ġustizzja.+ 14  B’hekk, maħbubin, ladarba qed tistennew dawn l-​affarijiet, agħmlu l-​almu tagħkom biex fl-​aħħar isibkom bla tebgħa+ u bla difett u fil-​paċi.+ 15  Iktar minn hekk, il-​paċenzja tal-​Mulej tagħna qisuha bħala salvazzjoni, bħalma anki l-​maħbub ħuna Pawlu, skond l-​għerf+ li ngħatalu, kitbilkom+ 16  u kellimkom dwar dawn l-​affarijiet bħalma jagħmel ukoll fl-​ittri kollha tiegħu. Iżda fihom hemm xi affarijiet tqal biex tifhimhom, li dawk li m’humiex mgħallmin u li m’humiex sodi qed jgħawġuhom, bħalma jagħmlu wkoll lill-​bqija taʼ l-​Iskrittura,+ għall-​qerda tagħhom stess. 17  Għalhekk, maħbubin, billi għandkom dan l-​għarfien bil-​quddiem,+ oqogħdu għassa li ma tmorrux tinġarru magħhom bl-​iżball taʼ nies li jisfidaw il-​liġi, u titilfu s-​sodizza tagħkom.+ 18  Le, imma ibqgħu ikbru fil-​qalb tajba mhix mistħoqqa u fl-​għarfien dwar il-​Mulej u s-​Salvatur tagħna Ġesù Kristu.+ Lilu tkun il-​glorja issa u sal-​jum taʼ l-​eternità.+

Noti taʼ taħt