Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

2 Pietru 2:1-22

2  Madankollu, kien hemm ukoll profeti foloz fost il-poplu, bħalma għad ikun hemm ukoll għalliema foloz fostkom.+ Dawn idaħħlu baxx baxx setet qerridin u jiċħdu saħansitra lis-sid li xtrahom,+ u b’hekk iġibu qerda mgħaġġla fuqhom infushom.  Iktar minn hekk, ħafna jimxu warajhom+ fil-kondotta laxka tagħhom,+ u minħabba fihom it-triq tal-verità tiġi mmaqdra.+  Ukoll, imqanqlin mir-regħba* jisfruttawkom bi kliem qarrieq.+ Imma għalihom, il-ġudizzju li kien deċiż sa mill-qedem+ mhux riesaq bil-mod, u l-qerda tagħhom mhix rieqda.+  Ċertament, jekk Alla ma żammx lura milli jikkastiga lill-anġli+ li dinbu, imma, billi xeħithom f’Tartaru,*+ tefagħhom f’ħofor taʼ dlam ċappa biex jinżammu għall-ġudizzju;+  u ma żammx lura milli jikkastiga dinja tal-qedem,+ imma lil Noè, predikatur tal-ġustizzja,+ żammu qawwi u sħiħ maʼ sebgħa oħrajn+ meta ġab dilluvju+ fuq dinja taʼ nies bla devozzjoni lejn Alla;  u billi għamel irmied il-bliet taʼ Sodoma u Gomorra, ikkundannahom,+ u b’hekk lill-bnedmin bla devozzjoni lejn Alla ħallielhom mudell taʼ dak li għandu jiġri;+  u ħeles lil Lot,+ raġel sewwa li kien imnikket ferm bil-kondotta laxka u bla rażan taʼ nies li kienu jisfidaw il-liġi+  għax dan ir-raġel sewwa, b’dak li ra u semaʼ waqt li kien jgħammar fosthom minn jum għal ieħor, kien jitturmenta ruħu minħabba l-għemejjel tagħhom kontra l-liġi—  Ġeħova jaf kif jeħles mill-provi+ lil dawk li huma devoti lejh, imma jżomm lil dawk li huma inġusti għall-qtugħ f’jum il-ġudizzju,+ 10  u speċjalment dawk li jiġru wara l-oħrajn bix-xewqa li jniġġsulhom laħamhom+ u li jmaqdru lil min hu fuqhom.+ Sfidanti, taʼ rashom, ma jibżgħux mill-glorjużi imma jmaqdruhom,+ 11  filwaqt li l-anġli, għalkemm huma akbar fis-saħħa u l-qawwa, ma jġibux xi akkuża kontrihom bi tmaqdir,+ u dan b’rispett lejn Ġeħova.+ 12  Imma dawn in-nies, bħal annimali bla raġuni, li min-natura jitwieldu biex jinqabdu u jinqerdu, fl-affarijiet li jmaqdru+ għalkemm ma jafux dwarhom, jieħdu wkoll il-qerda fit-triq tal-qerda li qabdu, 13  billi jagħmlu l-ħsara lilhom infushom+ bħala ħlas għall-ħażen tagħhom.+ Għalihom hu taʼ pjaċir li bi nhar jgħixu fil-lussu.+ Huma tbajjaʼ u difetti, u jitgħaxxqu bla rażan bit-tagħlim qarrieq tagħhom waqt li jiffesteġġaw flimkien magħkom.+ 14  Għajnejhom mimlijin adulterju+ u m’humiex kapaċi jirreżistu d-dnub,+ u jħajru lil erwieħ li m’humiex sodi. Qalbhom imħarrġa fir-regħba.+ Huma wlied misħutin.+ 15  Abbandunaw it-triq id-dritta u ġew imqarrqin. Imxew fit-triq taʼ Balgħam,+ bin Begħor, li ħabb il-premju tal-ħażen+ 16  u qalaʼ ċanfira talli hu stess ħadha kontra s-sewwa.+ Bhima tat-tagħbija bla leħen, li tkellmet b’vuċi taʼ bniedem,+ fixklet lill-profeta fil-kondotta miġnuna tiegħu.+ 17  Dawn huma għejun bla ilma,+ u ċpar misjuq minn maltempata qawwija, u għalihom hemm merfugħa s-swidija tad-dlam.+ 18  Għax huma jlissnu kliem li jneffaħ u bla siwi, u bix-xewqat tal-laħam+ u bid-drawwiet laxki jħajru+ lil dawk li għadhom kif ħarbu+ min-nies li jgħixu fl-iżball. 19  Waqt li jwegħduhom il-libertà,+ huma nfushom ilsiera tal-korruzzjoni.+ Għax kulmin jintrebaħ minn ħaddieħor jitjassar minnu.+ 20  Ċertament li jekk, wara li jkunu ħarbu mit-tinġis tad-dinja+ b’għarfien eżatt dwar il-Mulej u s-Salvatur Ġesù Kristu, jerġgħu jinvolvu ruħhom f’dawn l-istess affarijiet u jintrebħu,+ il-qagħda finali tagħhom issir agħar minn tal-bidu.+ 21  Għax kien ikun aħjar għalihom li kieku ma sarux jafu eżatt it-triq tas-sewwa milli,+ wara li jsiru jafuha eżatt, jitbiegħdu mill-kmandament qaddis li ngħatalhom.+ 22  Ġralhom kif jgħid tajjeb il-proverbju: “Il-kelb+ reġaʼ lura għall-vomtu tiegħu, u l-ħanżira maħsula reġgħet marret titmiegħek fit-tajn.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “xenqa b’għira.” F’vers 14 ukoll.
“Tartaru,” il-kundizzjoni baxxa u bħal ħabs li Alla tefaʼ fiha lill-anġli diżubbidjenti fi żmien Noè.