2 Pietru 1:1-21

1  Xmun Pietru, ilsir+ u appostlu+ taʼ Ġesù Kristu, lil dawk li għandhom privileġġ daqsna+ fil-​fidi li kisbu bil-​ġustizzja+ t’Alla tagħna u tas-​Salvatur Ġesù Kristu:+  Jalla jiżdidulkom+ il-​qalb tajba mhix mistħoqqa u l-​paċi b’għarfien eżatt+ dwar Alla u dwar Ġesù, il-​Mulej tagħna,  ladarba l-​qawwa divina tiegħu tatna b’tant ġenerożità kulma għandu x’jaqsam mal-​ħajja+ u d-​devozzjoni lejn Alla,+ permezz taʼ l-​għarfien eżatt dwar dak li sejħilna+ bil-​glorja+ u l-​virtù.  Permezz taʼ dawn hu tana b’tant ġenerożità l-​wegħdi prezzjużi u ferm grandjużi,+ biex bihom tieħdu sehem min-​natura+ divina,+ għax tkunu ħlistu mit-​taħsir li hemm fid-​dinja+ minħabba l-​passjoni tal-​ġisem.  Iva, għal din ir-​raġuni aġixxu billi tagħmlu kull sforz ħerqan,+ u mal-​fidi tagħkom żidu l-​virtù,+ mal-​virtù l-​għarfien,+  maʼ l-​għarfien ir-​rażna, mar-​rażna+ s-​sabar, mas-​sabar id-​devozzjoni lejn Alla,+  mad-devozzjoni lejn Alla l-​affezzjoni lejn l-​aħwa, maʼ l-​affezzjoni lejn l-​aħwa l-​imħabba.+  Għax jekk dawn l-​affarijiet jeżistu u joktru fikom, ma jħallukomx tkunu inattivi jew bla frott+ rigward l-​għarfien eżatt dwar il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.  Għax jekk xi ħadd m’għandux dawn l-​affarijiet preżenti fih, ikun agħma, jagħlaq għajnejh għad-​dawl,+ u jinsa+ li tnaddaf+ minn dnubietu taʼ l-​imgħoddi. 10  Għalhekk, ħuti, iktar u iktar agħmlu l-​almu tagħkom biex taċċertaw ruħkom mis-​sejħa+ u l-​għażla+ tagħkom; għax jekk tibqgħu toktru f’dawn l-​affarijiet żgur li ma tonqsu qatt.+ 11  Fil-fatt, b’hekk tingħataw daħla glorjuża+ fis-​saltna taʼ dejjem+ tal-​Mulej u s-​Salvatur tagħna Ġesù Kristu.+ 12  Għal din ir-​raġuni nkun dejjem lest li nfakkarkom+ f’dawn l-​affarijiet, għalkemm tafuhom u intom stabbiliti sew fil-​verità+ li hi preżenti fikom.+ 13  Imma jien jidhirli li hu sewwa, sakemm inkun f’din it-​tinda,+ li nqajjimkom billi nfakkarkom,+ 14  għax naf li dalwaqt titneħħa t-​tinda tiegħi,+ bħalma wrieni wkoll il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 15  Għalhekk, nagħmel ukoll l-​almu tiegħi issa biex, wara li nitlaq,+ tkunu dejjem tistgħu tfakkru lilkom infuskom dawn l-​affarijiet. 16  Le, ma kienx billi mxejna fuq ħrejjef minsuġin bis-​sengħa+ li għarrafniekom dwar il-​qawwa u l-​preżenza tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ imma kien għax rajna b’għajnejna stess il-​maestà tiegħu.+ 17  Għax hu rċieva mingħand Alla l-​Missier unur u glorja meta,+ permezz tal-​glorja maestuża, intqallu dan il-​kliem: “Dan hu ibni, il-​maħbub, li lilu jien approvajt.”+ 18  Iva, dan il-​kliem smajnieh+ ġej mis-​sema waqt li konna miegħu fuq il-​muntanja qaddisa.+ 19  Għaldaqstant għandna l-​kelma profetika+ magħmula iktar ċerta;+ u qed tagħmlu sew li tagħtu kasha bħallikieku kienet fanal+ jiddi f’post mudlam, sakemm iżernaq il-​jum u titlaʼ l-​kewkba taʼ fil-​għodu,+ fi qlubkom. 20  Qabel xejn kunu afu dan, li ebda profezija taʼ l-​Iskrittura ma tiġi minn xi interpretazzjoni persunali.+ 21  Għax il-​profezija qatt ma ġiet bir-​rieda tal-​bniedem,+ imma xi bnedmin tkellmu minn Alla+ skond kif tmexxew mill-​ispirtu qaddis.+

Noti taʼ taħt