2 Kronaki 9:1-31

9  U s-​sultana taʼ Xeba+ semgħet dwar il-​fama taʼ Salamun, u ġiet biex lil Salamun tipprovah b’mistoqsijiet+ taʼ taħbil il-​moħħ f’Ġerusalemm, flimkien m’għadd impressjonanti taʼ nies li kienu qed jakkumpanjawha u iġmla+ jġorru żejt tal-​balzmu+ u ħafna u ħafna deheb+ u ħaġar prezzjuż.+ Sa fl-​aħħar daħlet għand Salamun u bdiet tkellmu fuq dak kollu li kien għal qalbha.+  Salamun, min-​naħa tiegħu, qagħad iwiġbilha l-​mistoqsijiet kollha tagħha+ u ma kien hemm xejn li Salamun ma kienx jaf u ma setax iwiġbilha.+  Meta s-​sultana taʼ Xeba rat l-​għerf+ taʼ Salamun u d-​dar li kien bena,+  u l-​ikel tal-​mejda tiegħu+ u kif il-​qaddejja tiegħu kienu jpoġġu mal-​mejda u s-​servizz taʼ dawk li kienu jservu l-​ikel u lbieshom,+ u s-​servizz taʼ dawk li kienu jservu x-​xorb+ u lbieshom, u s-​sagrifiċċji tal-​ħruq+ li kien joffri regolarment fid-​dar taʼ Ġeħova,+ baqgħet miblugħa.*  Għaldaqstant qalet lis-​sultan: “Il-​kliem li smajt f’pajjiżi dwarek u dwar l-​għerf tiegħek kien minnu.+  Iżda m’emmintx+ il-​kliem li qalu sakemm ġejt u rajt b’għajnejja.+ U, ara! Lanqas in-​nofs ma kienu qaluli dwar l-​abbundanza taʼ l-​għerf tiegħek.+ Int tisboq dak li smajt.+  Henjin+ in-​nies tiegħek, u henjin huma dawn il-​qaddejja tiegħek li qegħdin weqfin quddiemek il-​ħin kollu u qed jisimgħu l-​għerf tiegħek.+  Ħa jkun imbierek Ġeħova Alla tiegħek,+ li tgħaxxaq+ bik billi poġġiek fuq it-​tron tiegħu+ bħala sultan għal Ġeħova Alla tiegħek;+ għaliex Alla tiegħek ħabb+ lil Israel, biex iġiegħlu jieqaf għal żmien indefinit, u b’hekk ħatrek fuqhom bħala sultan+ biex twettaq il-​ġustizzja+ u s-​sewwa.”+  Imbagħad tat lis-​sultan mija u għoxrin talent deheb+ u kwantità kbira ferm taʼ żejt tal-​balzmu,+ u ħaġar prezzjuż;+ u qatt ma kien hemm żejt tal-​balzmu bħal dak li s-​sultana taʼ Xeba tat lis-​Sultan Salamun.+ 10  U, minbarra dan, il-​qaddejja taʼ Ħiram+ u l-​qaddejja taʼ Salamun, li ġabu d-​deheb+ minn Ofir, ġabu l-​injam tas-​siġar tas-​sandlu+ u ħaġar prezzjuż.+ 11  U s-​sultan għamel mill-​injam tas-​siġar tas-​sandlu taraġ+ għad-​dar taʼ Ġeħova u għad-​dar tas-​sultan,+ kif ukoll arpi+ u strumenti tal-​korda+ għall-​għannejja,+ u bħalhom qatt ma kien deher qabel fl-​art taʼ Ġuda. 12  U s-​Sultan Salamun ta lis-​sultana+ taʼ Xeba kulma għoġobha u kulma kienet talbitu, minbarra l-​valur taʼ dak li ġabet lis-​sultan. Għalhekk, hi daret u telqet lejn pajjiżha, flimkien mal-​qaddejja tagħha.+ 13  U d-​deheb li kien jasal għand Salamun f’sena waħda kien jiżen sitt mija u sitta u sittin talent deheb,+ 14  minbarra dak li kien jiddaħħal mill-​merkanti+ li jivvjaġġaw u min-​negozjanti u mis-​slaten kollha taʼ l-​Għarab+ u mill-​gvernaturi tal-​pajjiż li kienu qed iġibu d-​deheb u l-​fidda lil Salamun. 15  U s-​Sultan Salamun għamel mitejn tarka kbira tad-​deheb imħallat+ (kull tarka kbira ksieha b’sitt mitt xekel deheb imħallat),+ 16  u tliet mitt tarka żgħira tad-​deheb imħallat (kull tarka żgħira ksieha bi tliet miniet deheb).+ Imbagħad is-​sultan qegħedhom fid-​Dar tal-​Foresta tal-​Libanu.+ 17  Iżjed minn hekk, is-​sultan għamel tron kbir taʼ l-​avorju u ksieh bid-​deheb pur.+ 18  U kien hemm sitt tarġiet għat-​tron, u kien hemm banketta tad-​deheb għat-​tron (dawn kienu mwaħħlin miegħu), u kien hemm id-​dirgħajn maż-​żewġt iġnub tas-​siġġu, u kien hemm żewġ iljuni+ ħdejn id-​dirgħajn.+ 19  U kien hemm tnax-il iljun+ wieqaf fuq is-​sitt tarġiet, kemm fuq naħa u kemm fuq oħra. L-​ebda saltna oħra ma kellha tron bħalu.+ 20  U r-​reċipjenti kollha tax-​xorb+ tas-​Sultan Salamun kienu tad-​deheb,+ u r-​reċipjenti kollha tad-​Dar tal-​Foresta tal-​Libanu+ kienu tad-​deheb pur. Ma kien hemm xejn tal-​fidda; din ma kienet meqjusa xejn+ fi żmien Salamun. 21  Għax il-​bastimenti tas-​sultan kienu sejrin Tarsis+ flimkien mal-​qaddejja taʼ Ħiram.+ Darba kull tliet snin il-​bastimenti taʼ Tarsis kienu jidħlu b’deheb u fidda,+ avorju,+ u xadini u paguni.+ 22  Għalhekk, is-​Sultan Salamun kellu iktar rikkezzi+ u għerf+ mis-​slaten l-​oħrajn kollha taʼ l-​art. 23  U s-​slaten kollha taʼ l-​art kienu jfittxu+ li jaraw lil Salamun biex jisimgħu l-​għerf+ li l-​Alla l-​veru kien qegħedlu f’qalbu.+ 24  U kull sena+ kulħadd kien iġib l-​għotja tiegħu,+ oġġetti tal-​fidda u oġġetti tad-​deheb+ u lbies,+ armi u żejt tal-​balzmu, żwiemel u bgħula. 25  U Salamun kellu erbat elef stalla għaż-​żwiemel+ u l-​karrijiet+ u tnax-il elf żiemel tal-​ġiri, u kien iżommhom fil-​bliet għall-​karrijiet+ u f’Ġerusalemm, qrib is-​sultan. 26  U ħakem fuq is-​slaten kollha mix-​Xmara* sa l-​art tal-​Filistin u sal-​fruntiera taʼ l-​Eġittu.+ 27  Barra minn hekk, is-​sultan għamel il-​fidda f’Ġerusalemm bħall-​ġebel; u l-​injam taċ-​ċedru bħas-​siġar tal-​ġummajż+ li hemm fis-​Sefela+ daqskemm kienu kotrana.+ 28  U kienu jġibu ż-​żwiemel+ għal Salamun mill-​Eġittu+ u mill-​artijiet l-​oħrajn kollha. 29  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Salamun,+ l-​ewwel u l-​aħħar, m’humiex dawn miktubin fost il-​kliem taʼ Natan,+ il-​profeta, u fil-​profezija t’Aħija+ s-​Siloni+ u fil-​kitba tal-​viżjonijiet taʼ Iddo,+ il-​viżjonarju, rigward Ġerobogħam,+ bin Nebat?+ 30  U Salamun kompla jsaltan f’Ġerusalemm fuq Israel kollu għal erbgħin sena. 31  Fl-aħħar, Salamun imtedd maʼ missirijietu. Għalhekk, difnuh fil-​Belt taʼ David, missieru;+ u ibnu Reħobogħam+ beda jsaltan minfloku.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ma kienx fadlilha spirtu fiha.”
Jiġifieri, l-​Ewfrat.