2 Kronaki 8:1-18

8  U ġara wara għoxrin sena,+ li fihom Salamun bena d-​dar taʼ Ġeħova+ u d-​dar tiegħu stess,+  li Salamun reġaʼ bena l-​bliet li kien tah Ħiram+ u mbagħad bagħat lil ulied Israel jgħammru hemmhekk.  Barra minn hekk, Salamun mar Ħamat-soba u għelibha.  Imbagħad reġaʼ bena Tadmor fix-​xagħri u l-​bliet kollha għall-​imħażen+ li kien bena f’Ħamat.+  U bena Bet-ħoron taʼ Fuq+ u Bet-ħoron t’Isfel,+ bliet fortifikati bis-​swar,+ bibien u staneg,+  u Bagħalat+ u l-​bliet kollha għall-​imħażen li kienu saru taʼ Salamun, il-​bliet kollha għall-​karrijiet,+ il-​bliet għar-​rikkieba taż-​żwiemel,+ u kull ħaġa sabiħa li Salamun+ xtaq jibni f’Ġerusalemm u fil-​Libanu+ u fl-​art kollha taħt id-​dominju tiegħu.  U min-​nies kollha li kien fadal mill-​Ħittin,+ mill-​Amurrin,+ mill-​Pereżin,+ mill-​Ħiwwin,+ u mill-​Ġebusin,+ li ma kinux parti minn Israel,+  minn uliedhom li tħallew warajhom fl-​art, li wlied Israel ma kinux qerduhom għalkollox,+ Salamun baqaʼ jobbliga+ lill-​irġiel biex jagħmlu xogħol forzat sa dan il-​jum.+  Imma Salamun m’għamel lil ħadd ilsir għax-​xogħol tiegħu minn ulied Israel;+ għax huma kienu gwerriera,+ kapijiet taʼ l-​ajjutanti, u kapijiet tas-​sewwieqa tal-​karrijiet tiegħu+ u tar-​rikkieba taż-​żwiemel tiegħu.+ 10  Kien hemm mitejn u ħamsin kap tad-​deputati+ tas-​Sultan Salamun, l-​imgħallmin fuq in-​nies.+ 11  U lil bint il-​Fargħun,+ Salamun ħariġha mill-​Belt taʼ David+ u tellagħha lejn id-​dar li kien bnielha,+ għax qal: “Għalkemm hi marti, m’għandhiex tgħammar fid-​dar taʼ David, is-​sultan taʼ Israel, għax il-​postijiet li kienet fihom l-​arka taʼ Ġeħova huma xi ħaġa qaddisa.”+ 12  Kien dak iż-​żmien li Salamun offra s-​sagrifiċċji tal-​ħruq+ lil Ġeħova fuq l-​artal+ taʼ Ġeħova li kien bena quddiem il-​loġġa,+ 13  bħala rutina taʼ kuljum+ biex joffri l-​offerti skond il-​kmandament taʼ Mosè għas-​Sabatijiet,+ u għal kull qamar ġdid,+ u għall-​festi stabbiliti+ tliet darbiet fis-​sena,+ fil-​festa tal-​ħobż bla ħmira,+ fil-​festa tal-​ġimgħat,+ u fil-​festa taʼ l-​għerejjex.+ 14  Barra minn hekk, stabbilixxa t-​taqsimiet+ tal-​qassisin għas-​servizzi tagħhom skond ir-​regola taʼ David, missieru,+ u l-​Leviti+ f’posthom jaqdu dmirhom, biex ifaħħru+ u jaqdu+ quddiem il-​qassisin bħala rutina taʼ kuljum,+ u l-​għassiesa tal-​bibien fit-​taqsimiet tagħhom għal kull bieb,+ għax hekk kien il-​kmandament taʼ David, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru. 15  U ma warrbux mill-​kmandament li s-​sultan ta lill-​qassisin u lil-​Leviti dwar kwalunkwe ħaġa u dwar il-​provvisti.+ 16  Għalhekk, ix-​xogħol kollu taʼ Salamun kien twettaq b’suċċess+ mill-​jum li tqiegħdu l-​pedamenti tad-​dar taʼ Ġeħova sakemm tlesta.+ Għalhekk, id-​dar taʼ Ġeħova kienet lesta kompletament.+ 17  Kien dak iż-​żmien li Salamun mar Għesjon-geber+ u Elot+ f’xatt-il baħar fl-​art t’Edom.+ 18  U Ħiram+ kien jibgħat regolarment, permezz tal-​qaddejja tiegħu, bastimenti u qaddejja li kellhom għarfien tal-​baħar,+ u kienu jiġu Ofir+ mal-​qaddejja taʼ Salamun u jieħdu minn hemmhekk erbaʼ mija u ħamsin talent+ deheb+ u jiħduhom lis-​Sultan Salamun.+

Noti taʼ taħt