2 Kronaki 7:1-22

7  Issa malli Salamun temm jitlob,+ in-​nar niżel mis-​smewwiet+ u kkonsma l-​offerta tal-​ħruq+ u s-​sagrifiċċji, u l-​glorja taʼ Ġeħova+ mliet id-​dar.  U l-​qassisin ma setgħux jidħlu fid-​dar taʼ Ġeħova+ għaliex il-​glorja taʼ Ġeħova kienet imliet id-​dar taʼ Ġeħova.  U l-​ulied kollha taʼ Israel kienu preżenti meta niżel in-​nar u l-​glorja taʼ Ġeħova kienet fuq id-​dar, u minnufih mielu+ fuq il-​paviment u nxteħtu wiċċhom fl-​art+ u rringrazzjaw lil Ġeħova, “għax hu tajjeb,+ għax għal dejjem hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.”+  U s-​sultan u l-​poplu kollu offrew is-​sagrifiċċji quddiem Ġeħova.+  U s-​Sultan Salamun issokta joffri s-​sagrifiċċju taʼ tnejn u għoxrin elf baqra u mija u għoxrin elf nagħġa.+ B’hekk, is-​sultan u l-​poplu kollu inawguraw+ id-​dar taʼ l-​Alla l-​veru.  U l-​qassisin+ kienu weqfin f’posthom jaqdu dmirhom, u l-​Leviti+ kienu bl-​istrumenti li jakkumpanjaw il-​kant+ lil Ġeħova, li David+ is-​sultan kien għamel biex jirringrazzjaw lil Ġeħova, u jgħidu, “għax għal dejjem hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu;” hekk kienu jgħidu meta David kien joffri tifħir permezz tagħhom; u l-​qassisin kienu qed idoqqu t-​trumbetti+ b’ħoss qawwi quddiemhom, waqt li l-​Israelin kollha kienu bil-​wieqfa.  Imbagħad Salamun qaddes+ il-​parti tan-​nofs tal-​bitħa li kienet quddiem id-​dar taʼ Ġeħova, għax hemmhekk offra l-​offerti tal-​ħruq+ u l-​biċċiet tax-​xaħam tas-​sagrifiċċji taʼ sħubija,* peress li l-​artal tar-​ram aħmar+ li kien għamel Salamun ma setax jesaʼ l-​offerta tal-​ħruq u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​biċċiet tax-​xaħam.+  U f’dik l-​okkażjoni Salamun għamel il-​festa+ għal sebat ijiem, u Israel kollu miegħu,+ kongregazzjoni kbira ferm+ li ġiet mid-​daħla taʼ Ħamat+ u sa mill-​wied* taʼ l-​Eġittu.+  Imbagħad fit-​tmien jum għamlu assemblea solenni,+ għaliex kienu għamlu l-​inawgurazzjoni taʼ l-​artal għal sebat ijiem u l-​festa għal sebat ijiem. 10  U fit-​tlieta u għoxrin tas-​sebaʼ xahar bagħat lin-​nies lejn djarhom, ferħanin+ u jħossuhom tajjeb f’qalbhom minħabba t-​tjubija+ li Ġeħova wera maʼ David u maʼ Salamun u mal-​poplu tiegħu Israel.+ 11  B’hekk, Salamun lesta d-​dar taʼ Ġeħova+ u d-​dar tas-​sultan;+ u Salamun irnexxa f’kulma kellu f’qalbu li jagħmel rigward id-​dar taʼ Ġeħova u d-​dar tiegħu stess. 12  Ġeħova issa deher+ lil Salamun matul il-​lejl u qallu: “Smajt it-​talba tiegħek,+ u għażilt+ dan il-​post għalija bħala dar għas-​sagrifiċċji.+ 13  Meta nagħlaq is-​smewwiet sabiex ma tagħmilx xita+ u meta nordna lill-​ġurati biex jibilgħu l-​ħxejjex taʼ l-​art,+ u jekk nibgħat il-​pesta fost il-​poplu tiegħi,+ 14  u l-​poplu tiegħi,+ li fuqu jissejjaħ ismi,+ jumilja+ ruħu u jitlob+ u jfittex lil wiċċi+ u jdur lura mit-​triqat ħżiena tiegħu,+ imbagħad jien nismaʼ mis-​smewwiet+ u naħfirlu dnubu,+ u nfejjaq artu.+ 15  Issa għajnejja+ jkunu miftuħin u widnejja+ attenti għat-​talb f’dan il-​post. 16  U issa nagħżel+ u nqaddes din id-​dar sabiex ismi+ jkun hemmhekk għal żmien indefinit,+ u għajnejja u qalbi se jkunu hemmhekk dejjem.+ 17  “U jekk int timxi quddiemi, bħalma mexa David,+ missierek, iva, billi tagħmel skond kulma kkmandajtek,+ u tħares ir-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ 18  jien ukoll nistabbilixxi t-​tron taʼ saltnatek,+ bħalma jien għamilt patt maʼ David, missierek,+ meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek li jaħkem fuq Israel.’+ 19  Imma jekk intom idduru lura+ u tabbandunaw l-​istatuti+ u l-​kmandamenti+ tiegħi li tajtkom, u tmorru taqdu lil allat+ oħrajn u tmilu quddiemhom,+ 20  jien ukoll inqaċċatkom minn fuq l-​art tiegħi li tajtkom;+ u din id-​dar li qaddist għal ismi,+ narmiha minn quddiem wiċċi,+ u nagħmilha bħal qawl+ u oġġett taʼ tgħajjir fost il-​popli kollha.+ 21  Inkwantu għal din id-​dar li tkun saret ħerba sħiħa,+ kulmin jgħaddi minn ħdejha jistagħġeb u jiċċassa+ u żgur li jgħid, ‘Ġeħova għalfejn għamlilhom hekk lil din l-​art u din id-​dar?’+ 22  U jkollhom jgħidu, ‘Kien għaliex telqu lil Ġeħova,+ l-​Alla taʼ missirijiethom, li kien ħariġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u qabdu m’allat+ oħrajn u mielu quddiemhom u qdewhom.+ Huwa għalhekk li hu ġab fuqhom dan il-​gwaj kollu.’”+

Noti taʼ taħt

Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.