2 Kronaki 6:1-42

6  Kien imbagħad li Salamun qal:+ “Ġeħova nnifsu qal li kellu jgħammar fid-​dalma ħoxna;+  u jien, min-​naħa tiegħi, bnejtlek dar bħala post eżaltat fejn toqgħod+ u post stabbilit biex tgħammar fih għal żmien indefinit.”+  U s-​sultan dawwar wiċċu lejn il-​kongregazzjoni kollha taʼ Israel u beda jberikha,+ waqt li l-​kongregazzjoni kollha taʼ Israel kienet bil-​wieqfa.+  U kompla jgħid: “Ikun imbierek Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ li tkellem b’fommu maʼ David, missieri,+ u ġab it-​twettiq b’idejh stess,+ meta qal,  ‘Minn dakinhar li ħriġt lill-​poplu tiegħi Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu m’għażiltx belt mit-​tribujiet kollha taʼ Israel biex nibni dar għal ismi+ ħalli jkun hemmhekk, u m’għażiltx raġel biex ikun mexxej fuq il-​poplu tiegħi Israel.+  Imma se nagħżel lil Ġerusalemm+ sabiex ismi jkun hemmhekk, u se nagħżel lil David biex ikun fuq il-​poplu tiegħi Israel.’+  U David, missieri, xtaq minn qalbu li jibni dar għal isem Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel.+  Imma Ġeħova qal lil David, missieri, ‘Talli xtaqt minn qalbek li tibni dar għal ismi, int għamilt tajjeb, għax dan xtaqtu minn qalbek.+  Biss mhux int tibni d-​dar,+ imma ibnek li se jitnissel minnek* hu l-​wieħed li jibni d-​dar għal ismi.’+ 10  U Ġeħova wettaq il-​kelma+ li qal, sabiex jien inqum minflok David, missieri,+ u noqgħod fuq it-​tron+ taʼ Israel, bħalma kien qal Ġeħova,+ u nibni d-​dar għal isem Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ 11  u biex inqiegħed l-​Arka+ hemmhekk fejn hemm il-​patt taʼ Ġeħova li hu għamel maʼ wlied Israel.”+ 12  U hu qagħad bil-​wieqfa quddiem l-​artal taʼ Ġeħova, quddiem il-​kongregazzjoni kollha taʼ Israel,+ u mbagħad fetaħ idejh.+ 13  (Għax Salamun kien għamel pjattaforma+ tar-​ram aħmar u qegħedha f’nofs il-​bitħa.+ Kienet twila ħames kubiti, wiesgħa ħames kubiti, u għolja tliet kubiti; u hu baqaʼ bil-​wieqfa fuqha.) U niżel għarkopptejh+ quddiem il-​kongregazzjoni kollha taʼ Israel u fetaħ idejh lejn is-​smewwiet.+ 14  U qal: “O Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ m’hemmx Alla bħalek+ fis-​smewwiet jew fl-​art, int li tħares il-​patt+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba mal-​qaddejja tiegħek li mexjin quddiemek b’qalbhom kollha;+ 15  int li żammejt il-​wegħda li għamilt lill-​qaddej tiegħek David, missieri,+ u b’hekk il-​wegħda għamiltha b’fommok, u wettaqtha b’idek, kif inhu llum.+ 16  U issa, O Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, żomm il-​wegħda li għamilt lill-​qaddej tiegħek David, missieri, meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek quddiemi biex joqgħod fuq it-​tron taʼ Israel,+ sakemm uliedek+ joqogħdu attenti għal triqithom billi jimxu mal-​liġi tiegħi,+ bħalma mxejt quddiemi int.’+ 17  U issa, O Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ ħalli l-​wegħda+ li wegħedt lill-​qaddej tiegħek David tkun taʼ min jafdaha.+ 18  “Imma tassew li Alla se jgħammar mal-​bnedmin fuq l-​art?+ Ara! Is-​sema, iva, is-​sema tas-​smewwiet, ma jesgħekx;+ kemm inqas, mela, din id-​dar li bnejt jien!+ 19  Dur lejn it-​talba tal-​qaddej tiegħek+ u lejn is-​supplika* tiegħu għall-​ħniena,+ O Ġeħova Alla tiegħi, billi tismaʼ l-​għajta bil-​ħrara+ u t-​talba li biha l-​qaddej tiegħek qed jitlob quddiemek,+ 20  sabiex għajnejk ikunu miftuħin+ fuq din id-​dar lejl u nhar, fuq il-​post fejn int għedt li se tpoġġi ismek,+ billi tismaʼ t-​talba li biha l-​qaddej tiegħek jitlob lejn dan il-​post.+ 21  U ismaʼ t-​talb bil-​ħrara tal-​qaddej tiegħek+ u tal-​poplu tiegħek Israel meta jitolbu lejn dan il-​post,+ sabiex tismaʼ mill-​post fejn tgħammar, mis-​smewwiet;+ u tismaʼ u taħfer.+ 22  “Jekk raġel jidneb kontra għajru,+ u dan jisħtu b’saħta biex iġibu taħt il-​piena+ tas-​saħta, u hu jiġi b’dik is-​saħta quddiem l-​artal tiegħek f’din id-​dar,+ 23  ismaʼ mis-​smewwiet,+ u aġixxi+ u ġġudika lill-​qaddejja tiegħek billi tħallas lill-​bniedem mill-​agħar u tħallsu t’għemilu,+ u billi lill-​ġust tiddikjarah ġust+ u troddlu skond is-​sewwa tiegħu.+ 24  “U jekk il-​poplu tiegħek Israel jisfa megħlub quddiem xi għadu+ għax ikun baqaʼ jidneb kontrik,+ u n-​nies jerġgħu lura għandek+ u jfaħħru lil ismek+ u jitolbu+ u jissupplikaw għall-​ħniena quddiemek f’din id-​dar,+ 25  ismaʼ mis-​smewwiet,+ u aħfer+ id-​dnub tal-​poplu tiegħek Israel u ġibhom lura+ fl-​art li tajt lilhom u lil missirijiethom.+ 26  “Meta s-​smewwiet jingħalqu u ma tagħmilx xita,+ għax ikunu baqgħu jidinbu+ kontrik, u huma jitolbu lejn dan il-​post+ u jfaħħru lil ismek u jduru lura minn dnubhom, għax tkun għakkisthom,+ 27  ismaʼ int mis-​smewwiet, u aħfer id-​dnub tal-​qaddejja tiegħek, iva, tal-​poplu tiegħek Israel, għax int tgħallimhom+ dwar it-​triq it-​tajba+ li għandhom jimxu fiha; u ibgħat ix-​xita+ fuq l-​art li int tajt lill-​poplu tiegħek bħala wirt.+ 28  “Jekk jaqaʼ l-​ġuħ+ fil-​pajjiż, jekk titfaċċa xi pesta,+ jekk l-​uċuħ tar-​rabaʼ jitħassru bir-​riħ jaħraq,+ jekk ikun hemm il-​moffa,+ il-​ġurati,+ u l-​wirdien;+ jekk l-​għedewwa tagħhom+ jassedjawhom ġewwa bliethom+—kull xorta taʼ kastig u kull xorta taʼ mard+ 29  kwalunkwe talba,+ kwalunkwe supplika għall-​ħniena+ li ssir min-​naħa taʼ xi raġel jew tal-​poplu kollu tiegħek Israel,+ għax kull wieħed jaf il-​kastig tiegħu+ u l-​uġigħ tiegħu; meta jiftaħ idejh lejn din id-​dar,+ 30  ismaʼ int mis-​smewwiet, il-​post fejn tgħammar,+ u aħfer+ u agħti lil kull wieħed skond triqatu kollha,+ għax int taf lil qalbu+ (għax int biss taf tajjeb qalb ulied il-​bnedmin);+ 31  sabiex huma jibżgħu+ minnek billi jimxu fi triqatek il-​jiem kollha li jibqgħu ħajjin fuq wiċċ l-​art li tajt lil missirijietna.+ 32  “Kif ukoll lill-​barrani, li m’huwiex parti mill-​poplu tiegħek Israel+ u li jiġi minn art imbiegħda minħabba ismek il-​kbir+ u idek b’saħħitha+ u driegħek maħruġ ’il barra,+ u jiġi u jitlob lejn din id-​dar,+ 33  isimgħu mis-​smewwiet, mill-​post stabbilit fejn tgħammar,+ u agħmel skond dak kollu li jsejjaħlek għalih il-​barrani;+ sabiex il-​popli kollha taʼ l-​art ikunu jafu lil ismek,+ u jibżgħu+ minnek bħalma jagħmel il-​poplu tiegħek Israel, u jkunu jafu li ismek ġie msejjaħ fuq din id-​dar li bnejt jien.+ 34  “Jekk in-​nies tiegħek joħorġu għall-​gwerra+ kontra l-​għedewwa tagħhom fit-​triq li tibgħathom+ int, u huma jitolbu+ lilek fid-​direzzjoni taʼ din il-​belt li int għażilt u d-​dar li jien bnejt għal ismek,+  35  ismaʼ wkoll mis-​smewwiet it-​talba tagħhom u s-​supplika tagħhom għall-​ħniena,+ u wettaq il-​ġudizzju għalihom.+ 36  “Jekk jidinbu kontrik+ (għax m’hemm ebda bniedem li ma jidnibx),+ u int tagħdab għalihom u tabbandunahom f’idejn xi għadu, u dawk li jaqbduhom jiħduhom fil-​jasar lejn pajjiż fil-​bogħod jew fil-​viċin;+ 37  u huma jiġu f’sensihom fil-​pajjiż fejn ikunu ttieħdu lsiera, u jerġgħu lura u jissupplikawk għall-​ħniena fil-​pajjiż fejn qegħdin ilsiera,+ billi jgħidu, ‘Dnibna,+ żbaljajna,+ u aġixxejna bil-​ħażen’;+ 38  u jerġgħu lura lejk b’qalbhom kollha+ u b’ruħhom kollha waqt li jkunu lsiera+ fil-​pajjiż taʼ dawk li ħaduhom fil-​jasar, u jitolbuk fid-​direzzjoni t’arthom li int tajt lil missirijiethom u l-​belt li int għażilt+ u d-​dar li jien bnejt għal ismek;+ 39  ismaʼ int mis-​smewwiet, mill-​post stabbilit fejn tgħammar,+ it-​talba tagħhom u s-​suppliki tagħhom għall-​ħniena,+ u wettaq il-​ġudizzju+ għalihom, u aħfer+ lin-​nies tiegħek li dinbu kontrik. 40  “Issa, O Alla tiegħi, jekk jogħġbok, ħa jkunu miftuħin għajnejk+ u ħa jkunu attenti widnejk+ għat-​talba dwar dan il-​post. 41  U issa qum,+ O Alla Ġeħova, fil-​mistrieħ tiegħek,+ int u l-​Arka tas-​saħħa tiegħek.+ Ħa jitlibbsu bis-​salvazzjoni l-​qassisin, O Alla Ġeħova, u ħa jithennew bit-​tjubija dawk il-​leali tiegħek.+ 42  O Alla Ġeħova, iddawwarx lura wiċċ il-​midluk tiegħek.+ Ftakar fil-​qalb tajba bl-​imħabba lejn David, il-​qaddej tiegħek.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “li se joħroġ minn ġenbejk.” Ara Ġen 35:11, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “it-​talba bil-​ħerqa.”