2 Kronaki 5:1-14

5  Fl-aħħar, ix-​xogħol kollu li kellu jagħmel Salamun għad-​dar taʼ Ġeħova tlesta,+ u Salamun beda jdaħħal l-​affarijiet li tqaddsu minn David, missieru;+ u l-​fidda, id-​deheb, u l-​għodod kollha poġġiehom fit-​teżori tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru.+  Kien dak iż-​żmien li Salamun laqqaʼ f’Ġerusalemm lix-​xjuħ taʼ Israel+ u lill-​kapijiet kollha tat-​tribujiet,+ lill-​kapijiet ewlenin tal-​familji min-​naħa tal-​missirijiet+ taʼ wlied Israel, biex itellaʼ l-​arka+ tal-​patt taʼ Ġeħova+ mill-​Belt taʼ David,+ jiġifieri, Sijon.+  Għalhekk, l-​irġiel kollha taʼ Israel iltaqgħu għand is-​sultan fil-​festa, dik tas-​sebaʼ xahar.+  Għalhekk, ix-​xjuħ kollha taʼ Israel ġew,+ u l-​Leviti bdew iġorru l-​Arka.+  U tellgħu l-​Arka+ u t-​tinda tal-​laqgħa+ u l-​għodod imqaddsin+ kollha li kien hemm fit-​tinda. Il-​qassisin Leviti* tellgħuhom.+  U s-​Sultan Salamun u l-​ġemgħa kollha taʼ l-​Israelin li żammew l-​appuntament miegħu quddiem l-​Arka kienu qed joffru sagrifiċċji+ taʼ nagħaġ u baqar li ma setgħux jitqiesu jew jingħaddu daqskemm kienu kotrana.  Imbagħad il-​qassisin daħħlu l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova f’postha, fil-​kamra taʼ ġewwanett+ tad-​dar, fl-​Iktar Qaddis,+ taħt ġwinħajn il-​kerubini.+  B’hekk, il-​kerubini kellhom ġwinħajhom mifruxin kontinwament fuq il-​post fejn kienet l-​Arka, u b’hekk il-​kerubini għattew l-​Arka u l-​lasti tagħha+ minn fuq.+  Imma l-​lasti kienu twal, u b’hekk it-​truf tal-​lasti setgħu jidhru mill-​Qaddis quddiem il-​kamra taʼ ġewwanett, imma ma kinux jidhru minn barra, u hemmhekk għadhom sa dan il-​jum.+ 10  Ma kien hemm xejn fl-​Arka ħlief iż-​żewġ twavel+ li Mosè kien qiegħed fil-​Ħoreb,+ meta Ġeħova għamel patt+ maʼ wlied Israel waqt li kienu ħerġin mill-​Eġittu.+ 11  U ġara li meta l-​qassisin ħarġu mill-​post qaddis (għax il-​qassisin kollha li setgħu jinstabu kienu, min-​naħa tagħhom, tqaddsu+—ma kienx hemm għalfejn jimxu skond it-​taqsimiet);+ 12  u l-​Leviti,+ li kienu l-​għannejja tagħhom kollha, jiġifieri, t’Asaf,+ taʼ Ħeman,+ u taʼ Ġedutun,+ u taʼ wliedhom u taʼ ħuthom, lebsin drapp fin u kellhom iċ-​ċimbali,+ l-​istrumenti tal-​korda,+ u l-​arpi,+ kienu weqfin in-​naħa tal-​lvant taʼ l-​artal u flimkien magħhom mija u għoxrin qassis idoqqu t-​trumbetti;+ 13  u ġara li malli t-​trumbettieri u l-​għannejja bħala ħaġa waħda+ bdew isemmgħu ħoss wieħed biex ifaħħru u jirringrazzjaw lil Ġeħova, u malli bdew jinstemgħu t-​trumbetti u ċ-​ċimbali u l-​istrumenti li jakkumpanjaw il-​kant+ u t-​tifħir+ lil Ġeħova, “għax hu tajjeb,+ għax għal dejjem hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu,”+ id-​dar imtliet bi sħaba,+ id-​dar taʼ Ġeħova,+ 14  u l-​qassisin ma setgħux jieqfu hemmhekk biex jaqdu minħabba s-​sħaba;+ għax il-​glorja+ taʼ Ġeħova mliet id-​dar taʼ l-​Alla l-​veru.

Noti taʼ taħt

Jew, “Il-​qassisin u l-​Leviti.”