2 Kronaki 4:1-22

4  Imbagħad għamel l-​artal tar-​ram aħmar,+ it-​tul tiegħu għoxrin kubitu, il-​wisaʼ tiegħu għoxrin kubitu, u l-​għoli tiegħu għaxar kubiti.+  U għamel il-​baħar* minn metall imdewweb+ għaxar kubiti minn xifer sa xifer, u kien tond, u l-​għoli tiegħu kien ħames kubiti, u kien jeħtieġ ħabel taʼ tletin kubitu biex idur miegħu dawramejt.+  U kien hemm bħal ornamenti għamla taʼ qargħa*+ taħtu dawramejt, madwaru, għaxra f’kubitu wieħed, madwar il-​baħar kollu.+ L-​ornamenti għamla taʼ qargħa kienu f’żewġ ringieli, imdewbin miegħu fl-​istess forma.  Kien wieqaf fuq tnax-il barri,+ tlieta jħarsu lejn it-​tramuntana, tlieta jħarsu lejn il-​punent, tlieta jħarsu lejn in-​nofsinhar, u tlieta jħarsu lejn il-​lvant; u l-​baħar kien fuqhom, u l-​warrani tagħhom kien ’il ġewwa.+  U l-​ħxuna tiegħu kienet wisaʼ taʼ id; u x-​xifer tiegħu kien maħdum bħax-​xifer taʼ kies, bħal warda tal-​ġilju.+ Bħala reċipjent, setaʼ jesaʼ+ tlett elef bat ilma.+  Barra minn hekk, għamel għaxar vaski, u poġġa ħamsa fuq il-​lemin u ħamsa fuq ix-​xellug+ biex jaħslu fihom.+ Affarijiet li kellhom x’jaqsmu maʼ l-​offerta tal-​ħruq+ kienu jlaħalħu fihom. Imma l-​baħar kien għall-​qassisin biex jinħaslu fih.+  Imbagħad għamel għaxar gandlieri+ tad-​deheb, kollha l-​istess forma,+ u poġġiehom fit-​tempju, ħamsa fuq il-​lemin u ħamsa fuq ix-​xellug.+  Barra minn hekk, għamel għaxar imwejjed, u qegħedhom fit-​tempju, ħamsa fuq il-​lemin u ħamsa fuq ix-​xellug,+ u għamel mitt skutella tad-​deheb.  Imbagħad għamel il-​bitħa+ tal-​qassisin+ u l-​bitħa l-​kbira+ u l-​bibien tal-​bitħa, u l-​bibien tagħhom ksiehom bir-​ram aħmar. 10  U l-​baħar poġġieh fuq in-​naħa tal-​lemin, in-​naħa tal-​lvant, lejn in-​nofsinhar.+ 11  Fl-aħħar, Ħiram għamel ir-​reċipjenti għall-​irmied+ u l-​pali+ u l-​iskutelli.+ Għalhekk, Ħiram temm ix-​xogħol li għamel lis-​Sultan Salamun għad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru. 12  Iż-żewġ kolonni+ u l-​kaptelli tondi+ fuq iż-​żewġ kolonni, u ż-​żewġ partijiet maħdumin xibka+ biex jiksu ż-​żewġ kaptelli tondi taʼ fuq il-​kolonni 13  u l-​erbaʼ mitt rummiena+ għaż-​żewġ partijiet maħdumin xibka, żewġ ringieli rummien fuq kull parti maħduma xibka, biex jiksu ż-​żewġ kaptelli tondi li kienu fuq il-​kolonni,+ 14  u l-​għaxar karrijiet+ u l-​għaxar vaski+ fuq il-​karrijiet; 15  il-baħar wieħed+ u t-​tnax-il barri taħtu,+ 16  u r-​reċipjenti għall-​irmied u l-​pali+ u l-​frieket+ u l-​għodod+ kollha tagħhom li Ħiram-abiv+ għamel lis-​Sultan Salamun għad-​dar taʼ Ġeħova mir-​ram aħmar illostrat. 17  Kien fid-​Distrett tal-​Ġordan li s-​sultan għamilhom minn metall imdewweb fl-​art taflija bejn Sukkot+ u Sereda.+ 18  B’hekk, Salamun għamel kwantità kbira ferm minn dawn l-​għodod kollha, għax il-​piż tar-​ram aħmar baqaʼ mhux magħruf.+ 19  U Salamun għamel l-​għodod kollha+ li kien hemm fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru u l-​artal tad-​deheb+ u l-​imwejjed+ bil-​ħobż tal-​preżenza fuqhom, 20  u l-​gandlieri+ u l-​imsiebaħ tagħhom+ tad-​deheb pur, biex jinxtegħlu quddiem il-​kamra taʼ ġewwanett+ skond ir-​regola; 21  u l-​ward u l-​imsiebaħ u l-​imqassijiet li jżommu l-​ftila,+ kollha tad-​deheb, (dan kien l-​iktar deheb pur,) 22  u l-​imqassijiet li jitfu l-​ftila u l-​iskutelli u l-​kwies u r-​reċipjenti għall-​ġamar, kollha tad-​deheb pur,+ u d-​daħla tad-​dar,+ il-​bibien taʼ ġewwa tagħha għall-​Iktar Qaddis u l-​bibien+ tad-​dar tat-​tempju, kollha tad-​deheb.

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sl 7:23, in-​nota taʼ taħt.
Ara l-​1Sl 6:18, in-​nota taʼ taħt.