2 Kronaki 36:1-23

36  Imbagħad in-​nies tal-​pajjiż ħadu lil Ġeħogħaħaż,+ bin Ġosija, u għamluh sultan minflok missieru f’Ġerusalemm.+  Tlieta u għoxrin sena kellu Ġeħogħaħaż meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm.+  Madankollu, is-​sultan taʼ l-​Eġittu neħħieh mill-​pożizzjoni tiegħu f’Ġerusalemm+ u lill-​pajjiż waħħlu multa taʼ mitt talent fidda+ u talent wieħed deheb.  Barra minn hekk, is-​sultan+ taʼ l-​Eġittu għamel lil ħuh Eljakim+ sultan fuq Ġuda u Ġerusalemm u biddillu ismu għal Ġeħojakim; imma lil ħuh Ġeħogħaħaż, Neko+ qabdu u ħadu l-​Eġittu.+  Ħamsa u għoxrin sena kellu Ġeħojakim+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm;+ u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħu.+  U telaʼ+ kontrih Nebukadnessar,+ is-​sultan taʼ Babilonja, biex jorbtu b’żewġ ktajjen tar-​ram aħmar u jġorru lejn Babilonja.+  U ftit mill-​għodod+ tad-​dar taʼ Ġeħova, Nebukadnessar+ ħadhom Babilonja u qegħedhom fil-​palazz tiegħu f’Babilonja.+  U l-​bqija tal-​ġrajjiet+ taʼ Ġeħojakim u l-​affarijiet mistkerrhin+ li għamel u kulma nstab kontrih, huma miktubin hemmhekk fil-​Ktieb+ tas-​Slaten taʼ Israel u Ġuda; u ibnu Ġeħojakin+ beda jsaltan minfloku.  Tmintax-il sena kellu Ġeħojakin+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur+ u għaxart ijiem f’Ġerusalemm; u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ 10  U fil-​bidu+ tas-​sena s-​Sultan Nebukadnessar bagħat+ it-​truppi biex iġibu lil Ġeħojakin f’Babilonja+ flimkien maʼ l-​oġġetti mixtiqin tad-​dar taʼ Ġeħova.+ Barra minn hekk, għamel lil Sedekija,+ ħu missieru, sultan fuq Ġuda u Ġerusalemm.+ 11  Wieħed u għoxrin sena kellu Sedekija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm.+ 12  U kompla jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħu. M’umiljax+ ruħu quddiem il-​profeta+ Ġeremija+ skond l-​ordni taʼ Ġeħova. 13  U rribella+ saħansitra kontra s-​Sultan Nebukadnessar, li ġiegħlu jaħlef b’Alla;+ u baqaʼ jwebbes+ rasu u jwebbes+ qalbu sabiex ma jerġax lura lejn Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel. 14  Il-kapijiet kollha tal-​qassisin+ u n-​nies ukoll wettqu nuqqas taʼ fedeltà fuq skala kbira, skond l-​affarijiet mistkerrhin+ kollha tal-​ġnus, u b’hekk niġġsu d-​dar taʼ Ġeħova li hu kien qaddes f’Ġerusalemm.+ 15  U Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom, baqaʼ jibgħat iwissihom permezz tal-​messaġġiera tiegħu,+ jibgħat darba wara l-​oħra, għaliex ħass mogħdrija għall-​poplu tiegħu+ u għall-​post fejn jgħammar hu.+ 16  Imma huma kienu jwaqqgħu għaċ-​ċajt+ kontinwament lill-​messaġġiera taʼ l-​Alla l-​veru u jistmerru kliemu+ u jiżżuffjettaw+ bil-​profeti tiegħu, sakemm il-​korla+ taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-​poplu tiegħu, sakemm ma kienx hemm fejqan.+ 17  Għalhekk, tellaʼ kontrihom lis-​sultan tal-​Kaldin,+ li qatel liż-​żgħażagħ tagħhom bis-​sejf+ fid-​dar tas-​santwarju tagħhom,+ u la ħass mogħdrija għaż-​żagħżugħ u lanqas għall-​verġni, la għax-​xwejjaħ u lanqas għax-​xiħ għakka.+ Alla kollox tah f’idejh. 18  U l-​għodod kollha,+ kbar+ u żgħar, tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru u t-​teżori+ tad-​dar taʼ Ġeħova u t-​teżori tas-​sultan+ u tal-​prinċpijiet tiegħu, kollox ġarr lejn Babilonja. 19  U ħaraq id-​dar taʼ l-​Alla l-​veru+ u ġarraf is-​sur+ taʼ Ġerusalemm; u t-​torrijiet mgħammrin kollha tagħha ħarquhom bin-​nar kif ukoll l-​oġġetti mixtiqin kollha tagħha,+ u b’hekk kollox inqered.+ 20  Barra minn hekk, lil dawk li kienu ħelsuha mis-​sejf ġarrhom fil-​jasar lejn Babilonja,+ u saru qaddejja tiegħu+ u taʼ wliedu sakemm bdiet tirrenja l-​qawwa rjali tal-​Persja;+ 21  biex titwettaq il-​kelma taʼ Ġeħova permezz taʼ fomm Ġeremija,+ sakemm l-​art tkun ħallset is-​Sabatijiet tagħha.+ Il-​jiem kollha li baqgħet ħerba żammet is-​Sabat, sakemm għaddew sebgħin sena.+ 22  U fl-​ewwel sena taʼ Ċiru,+ is-​sultan tal-​Persja,+ biex titwettaq il-​kelma+ taʼ Ġeħova permezz taʼ fomm Ġeremija,+ Ġeħova qanqal l-​ispirtu+ taʼ Ċiru, is-​sultan tal-​Persja, u b’hekk dan ħareġ proklama biex tinstemaʼ mas-​saltna kollha tiegħu, u saħansitra saret bil-​kitba,+ li tgħid: 23  “Hekk qal Ċiru, is-​sultan tal-​Persja,+ ‘Ġeħova, l-​Alla tas-​smewwiet, tani s-​saltniet kollha taʼ l-​art,+ u hu stess inkarigani biex nibnilu dar f’Ġerusalemm, li qiegħda f’Ġuda.+ Kulmin hemm fostkom mill-​poplu kollu tiegħu,+ Ġeħova Alla tiegħu jkun miegħu.+ Għalhekk, ħa jitlaʼ.’”+

Noti taʼ taħt