2 Kronaki 35:1-27

35  Imbagħad Ġosija+ ċċelebra l-​Qbiż+ lil Ġeħova f’Ġerusalemm u huma qatlu l-​vittma+ tal-​Qbiż fl-​erbatax+ taʼ l-​ewwel+ xahar.  Għalhekk, hu qiegħed lill-​qassisin fuq l-​affarijiet li huma kellhom jieħdu ħsiebhom+ u inkuraġġiehom+ fis-​servizz tad-​dar taʼ Ġeħova.+  U ssokta jgħid lil-​Leviti, l-​għalliema+ taʼ Israel kollu, dawk imqaddsin lil Ġeħova: “Poġġu l-​Arka mqaddsa+ fid-​dar+ li bena Salamun, bin David, is-​sultan taʼ Israel; m’għandkomx għalfejn iġġorruha bħala tagħbija fuq l-​ispalla.+ Issa aqdu+ lil Ġeħova Alla tagħkom u lill-​poplu tiegħu Israel.  U ħejju skond dar missirijietkom,+ skond it-​taqsimiet tagħkom,+ skond il-​kitba+ taʼ David, is-​sultan taʼ Israel, u skond il-​kitba+ taʼ ibnu Salamun.  U oqogħdu+ fil-​post qaddis skond it-​taqsimiet tad-​dar tal-​missirijiet tal-​qedem taʼ ħutkom, ulied il-​poplu, u ħa jkun hemm sehem il-​Leviti+ skond il-​familji min-​naħa tal-​missier.+  U oqtlu l-​vittma tal-​Qbiż+ u tqaddsu+ u ħejju għal ħutkom biex jagħmlu skond il-​kelma taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.”+  Ġosija issa ta lil ulied il-​poplu mrieħel, ħrief irġiel u gidjien irġiel, kollha kemm huma bħala vittmi tal-​Qbiż għal kulmin kien hemmhekk; l-​għadd tagħhom kien tletin elf, u baqar, tlett elef.+ Dawn kienu mill-​ġid tas-​sultan.+  U l-​prinċpijiet tiegħu+ taw kontribuzzjoni bħala offerta volontarja għall-​poplu,+ għall-​qassisin u għal-​Leviti. Ħilkija,+ Żakkarija, u Ġeħijel, bħala mexxejja tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, taw lill-​qassisin bħala vittmi tal-​Qbiż elfejn u sitt mitt ħaruf u gidi, u tliet mitt baqra.  U Konanija u Semajja u Netanel, ħutu, u Ħasabija u Ġegħijel u Ġożabad, il-​kapijiet tal-​Leviti, taw kontribuzzjoni lil-​Leviti bħala vittmi tal-​Qbiż ħamest elef ħaruf u gidi, u ħames mitt baqra. 10  U s-​servizz tħejja+ u l-​qassisin baqgħu weqfin+ fil-​postijiet tagħhom,+ u l-​Leviti skond it-​taqsimiet tagħhom,+ skond l-​ordni tas-​sultan.+ 11  U qatlu l-​vittma+ tal-​Qbiż u l-​qassisin+ raxxew+ id-​demm minn idhom, waqt li l-​Leviti kienu qed iqaxxru l-​ġlud+ tal-​vittmi. 12  Barra minn hekk, ħejjew l-​offerti tal-​ħruq sabiex jagħtuhom lit-​taqsimiet+ skond il-​familja min-​naħa tal-​missier,+ lil ulied il-​poplu, biex jippreżentawhom+ lil Ġeħova skond dak li hemm miktub fil-​ktieb taʼ Mosè;+ u hekk ukoll għamlu bil-​baqar. 13  U huma sajru+ l-​offerta tal-​Qbiż+ fuq in-​nar kif kienet id-​drawwa; u l-​affarijiet li tqaddsu sajruhom+ fil-​borom u fil-​kaldaruni u fit-​twaġen, u mbagħad ħaduhom malajr għand l-​ulied kollha tal-​poplu.+ 14  Wara dan, ħejjew l-​ikla għalihom stess u għall-​qassisin,+ għaliex il-​qassisin, ulied Aron, baqgħu joffru s-​sagrifiċċji tal-​ħruq+ u l-​biċċiet tax-​xaħam+ sa bil-​lejl, u l-​Leviti, min-​naħa tagħhom, ħejjew+ l-​ikla għalihom stess u għall-​qassisin, ulied Aron. 15  U l-​għannejja,+ ulied Asaf,+ kienu fil-​kariga tagħhom skond l-​ordni taʼ David+ u t’Asaf+ u taʼ Ħeman+ u taʼ Ġedutun,+ il-​viżjonarju+ tas-​sultan; u l-​għassiesa tal-​bibien+ kienu fil-​bibien differenti.+ Ma kellhomx bżonn iwarrbu mis-​servizz tagħhom, għax ħuthom, il-​Leviti, ħejjew+ l-​ikla għalihom. 16  U s-​servizz kollu taʼ Ġeħova tħejja dakinhar biex jiġi ċelebrat il-​Qbiż+ u biex jiġu offruti l-​offerti tal-​ħruq fuq l-​artal taʼ Ġeħova, skond l-​ordni tas-​Sultan Ġosija.+ 17  U wlied Israel li kienu hemmhekk iċċelebraw il-​Qbiż+ dak iż-​żmien kif ukoll il-​festa tal-​ħobż bla ħmira għal sebat ijiem.+ 18  U qatt ma kien ġie ċelebrat Qbiż bħalu f’Israel minn żmien il-​profeta Samwel,+ u lanqas ebda sultan+ ieħor taʼ Israel ma kien iċċelebra Qbiż bħal dak li ċċelebraw Ġosija u l-​qassisin u l-​Leviti u n-​nies kollha taʼ Ġuda u Israel li kienu hemmhekk u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm. 19  Dan il-​Qbiż ġie ċelebrat fis-​sena tmintax tar-​renju taʼ Ġosija.+ 20  Wara dan kollu, meta Ġosija kien ħejja d-​dar, Neko,+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ telaʼ biex jiġġieled f’Karkemis+ ħdejn l-​Ewfrat. Imbagħad Ġosija+ ħareġ biex jiltaqaʼ miegħu.+ 21  Imma dak bagħatlu messaġġiera jgħidulu: “X’għandi x’naqsam miegħek, O sultan taʼ Ġuda? Jien mhux kontrik ġej illum, imma l-​ġlieda tiegħi hi kontra dar oħra li Alla stess qal li għandi nġegħelha titwerwer. Żomm lura għall-​ġid tiegħek stess minħabba Alla, li qiegħed miegħi, u tħallihx jeqirdek.”+ 22  U Ġosija ma dawwarx wiċċu lil hinn minnu+ imma għamel taʼ bir-​ruħu li hu xi ħadd ieħor+ biex jiġġieled kontrih u ma tax widen għall-​kliem taʼ Neko+ minn fomm Alla. Għalhekk, mar jiġġieled fil-​pjanura fil-​wied taʼ Megiddo.+ 23  U dawk li jisparaw il-​qaws+ sparaw għas-​Sultan Ġosija, u b’hekk is-​sultan qal lill-​qaddejja tiegħu: “Niżżluni, għax ġejt midrub sewwa.”+ 24  Għaldaqstant, il-​qaddejja tiegħu niżżluh minn fuq il-​karru u rikkbuh fit-​tieni karru tal-​gwerra li kellu u ħaduh Ġerusalemm.+ B’hekk, hu miet+ u ndifen fil-​post tad-​dfin taʼ missirijietu;+ u Ġuda u Ġerusalemm kollha kienu mnikktin+ minħabba Ġosija. 25  U Ġeremija+ beda jkanta+ għanja taʼ niket dwar Ġosija; u l-​għannejja rġiel u nisa+ kollha baqgħu jsemmu lil Ġosija fl-​għanjiet taʼ niket tagħhom sa dan il-​jum; u dawn ġew stabbiliti bħala regolament f’Israel, u huma miktubin hemmhekk fost l-​għanjiet taʼ niket.+ 26  U l-​bqija tal-​ġrajjiet+ taʼ Ġosija u l-​atti tiegħu taʼ qalb tajba bl-​imħabba,+ skond dak li hemm miktub fil-​liġi+ taʼ Ġeħova, 27  u l-​ġrajjiet tiegħu, mill-​bidu sa l-​aħħar,+ huma miktubin hemmhekk fil-​Ktieb+ tas-​Slaten taʼ Israel u Ġuda.

Noti taʼ taħt