2 Kronaki 34:1-33

34  Tmien+ snin kellu Ġosija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan wieħed u tletin sena f’Ġerusalemm.+  U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn+ Ġeħova u mexa fit-​triqat taʼ David, missieru;+ u ma żvijax lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug.+  U fit-​tmien sena tar-​renju tiegħu, meta kien għadu tifel,+ beda jfittex+ lil Alla taʼ David, missieru; u fit-​tnax-il sena beda jnaddaf+ lil Ġuda u lil Ġerusalemm mill-​postijiet għall-​qima*+ u mill-​arbli sagri+ u mix-​xbihat minquxin+ u mill-​istatwi magħmulin minn metall imdewweb.  Barra minn hekk, ġarrfu quddiemu l-​artali+ tal-​Bagħalim;+ u qaċċat l-​artali taʼ l-​inċens+ li kienu ’l fuq minnhom; u l-​arbli sagri+ u x-​xbihat minquxin+ u l-​istatwi magħmulin minn metall imdewweb kissirhom biċċiet u għamilhom trab,+ u mbagħad raxxu fuq wiċċ il-​postijiet fejn indifnu dawk li kienu joffrulhom is-​sagrifiċċji.+  U l-​għadam+ tal-​qassisin ħarqu fuq l-​artali tagħhom.+ Hekk naddafhom lil Ġuda u lil Ġerusalemm.  Ukoll, fil-​bliet taʼ Manasse,+ Efrajm,+ Simegħon, u sa Naftali, fil-​postijiet magħmulin ħerba taʼ madwarhom,  hu saħansitra ġarraf l-​artali+ u l-​arbli sagri,+ u x-​xbihat minquxin+ farrakhom u għamilhom trab;+ u l-​artali taʼ l-​inċens+ kollha qaċċathom fl-​art kollha taʼ Israel, u mbagħad mar lura Ġerusalemm.  U fis-​sena tmintax+ tar-​renju tiegħu, meta kien naddaf il-​pajjiż u d-​dar, bagħat lil Safan,+ bin Asalija, u lil Magħseja, il-​kap tal-​belt, u lil Ġowaħ, bin Ġowaħaż, ir-​reġistratur, biex isewwu+ d-​dar taʼ Ġeħova Alla tiegħu.  U dawn marru għand Ħilkija,+ il-​qassis il-​kbir, u tawh il-​flus li kienu qed jinġiebu fid-​dar t’Alla u li l-​Leviti, l-​għassiesa tal-​bibien,+ kienu ġabru minn id Manasse+ u Efrajm+ u mill-​bqija kollha taʼ Israel+ u mingħand in-​nies kollha taʼ Ġuda u Benjamin u mingħand l-​abitanti taʼ Ġerusalemm. 10  Imbagħad tawhom f’idejn dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol u li kienu maħturin fuq id-​dar taʼ Ġeħova.+ Mill-​banda l-​oħra, dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol u li kienu attivi fid-​dar taʼ Ġeħova użawhom biex isewwu u jirranġaw id-​dar. 11  Għalhekk, tawhom lin-​nies tas-​sengħa u lill-​bennejja+ biex jixtru l-​ġebel minġur+ u l-​injam għall-​irbit u biex jibnu bit-​travi d-​djar li s-​slaten+ taʼ Ġuda kienu għamluhom ħerba. 12  U l-​irġiel kienu qed jaġixxu bil-​fedeltà+ fix-​xogħol; u fuqhom kien hemm maħturin Ġaħat u Għobadija, il-​Leviti, minn ulied Merari,+ u Żakkarija u Mesullam, minn ulied il-​Keħatin,+ biex jaġixxu bħala indokraturi. U l-​Leviti, li kull wieħed minnhom kien espert fl-​istrumenti li jakkumpanjaw il-​kant,+ 13  kienu fuq dawk li jġorru t-​tagħbija,+ u l-​indokraturi+ taʼ dawk kollha li jieħdu ħsieb ix-​xogħol għas-​servizzi differenti; u mil-​Leviti+ kien hemm segretarji,+ uffiċjali, u għassiesa tal-​bibien.+ 14  Issa waqt li kienu qed joħorġu l-​flus+ li kienu qed jinġiebu fid-​dar taʼ Ġeħova, Ħilkija,+ il-​qassis, sab il-​ktieb+ tal-​liġi+ taʼ Ġeħova mogħtija permezz taʼ id Mosè.+ 15  Għalhekk, Ħilkija wieġeb u qal lil Safan,+ is-​segretarju: “Sibt il-​ktieb tal-​liġi fid-​dar taʼ Ġeħova.” U Ħilkija ta l-​ktieb lil Safan. 16  Imbagħad Safan ħa l-​ktieb għand is-​sultan u wieġeb lis-​sultan u qallu: “Kulma kien fdat f’idejn il-​qaddejja tiegħek qed jagħmluh. 17  U huma jbattlu l-​flus li jinsabu fid-​dar taʼ Ġeħova u jagħtuhom f’idejn l-​irġiel maħturin u f’idejn dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol.”+ 18  U Safan, is-​segretarju, kompla jagħti l-​aħbar lis-​sultan u jgħidlu: “Ħilkija, il-​qassis, tani ktieb.”+ U Safan beda jaqra minnu quddiem is-​sultan.+ 19  U ġara li, malli s-​sultan semaʼ l-​kliem tal-​liġi, hu minnufih ċarrat ħwejġu.+ 20  Imbagħad is-​sultan ordna lil Ħilkija+ u lil Aħikam,+ bin Safan, u lil Għabdon, bin Mikea, u lil Safan,+ is-​segretarju,+ u lil Għasaja,+ il-​qaddej tas-​sultan, u qalilhom: 21  “Morru staqsu+ lil Ġeħova għan-​nom tiegħi+ u għan-​nom taʼ dawk li fadal f’Israel u f’Ġuda dwar il-​kliem tal-​ktieb+ li nstab, għax kbira hi l-​korla+ taʼ Ġeħova li se tissawwab kontrina minħabba li missirijietna ma ħarsux il-​kelma taʼ Ġeħova u m’għamlux skond kulma hemm miktub f’dan il-​ktieb.”+ 22  Għaldaqstant, Ħilkija flimkien maʼ dawk li semma s-​sultan marru għand il-​profetessa+ Ħulda,+ mart Sallum, bin Tikwa, bin Ħarħas, dak li kien jieħu ħsieb l-​ilbies,+ waqt li kienet qed tgħammar f’Ġerusalemm fil-​parti l-​ġdida tal-​belt; u qalulha dan. 23  U hi qaltilhom: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Għidu lir-​raġel li bagħatkom għandi: 24  “Hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Se nġib gwaj+ fuq dan il-​post u fuq l-​abitanti tiegħu,+ is-​saħtiet+ kollha li huma miktubin fil-​ktieb li qraw quddiem is-​sultan taʼ Ġuda,+ 25  talli telquni+ u marru joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn+ sabiex joffenduni+ b’kulma jagħmlu b’idejhom,+ u biex il-​korla tiegħi+ tixgħel kontra dan il-​post u ma tintefiex.’”+ 26  U lis-​sultan taʼ Ġuda, li bagħatkom tistaqsu lil Ġeħova, dan għandkom tgħidulu: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel+ inkwantu għall-​kliem+ li smajt: 27  ‘Talli rattabt qalbek,+ u b’hekk umiljajt+ ruħek minħabba Alla meta smajt kliemu dwar dan il-​post u l-​abitanti tiegħu, u umiljajt ruħek quddiemi+ u ċarratt+ ħwejġek u bkejt quddiemi, jien, iva, jien, smajtek,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 28  Ara! Se niġbrok maʼ missirijietek, u se tinġabar fis-​sliem+ fil-​post tiegħek tad-​dfin, u għajnejk ma jarawx il-​gwaj+ kollu li se nġib fuq dan il-​post u l-​abitanti tiegħu.’”’”+ Imbagħad wasslu r-​risposta lis-​sultan. 29  U s-​sultan bagħat jiġbor lix-​xjuħ kollha taʼ Ġuda u Ġerusalemm.+ 30  Is-sultan issa telaʼ lejn id-​dar taʼ Ġeħova+ maʼ l-​irġiel kollha taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm u l-​qassisin+ u l-​Leviti u n-​nies kollha, il-​kbir kif ukoll iż-​żgħir; u beda jaqralhom+ il-​kliem kollu tal-​ktieb tal-​patt li kien instab fid-​dar taʼ Ġeħova.+ 31  U s-​sultan qagħad wieqaf f’postu+ u għamel il-​patt+ quddiem Ġeħova, biex jimxi wara Ġeħova u jħares il-​kmandamenti+ u t-​testimonjanzi*+ u r-​regolamenti tiegħu+ b’qalbu kollha+ u b’ruħu kollha,+ biex iwettaq+ il-​kliem tal-​patt li kien miktub f’dan il-​ktieb.+ 32  Barra minn hekk, hu ġiegħel lil dawk kollha li kienu jinsabu f’Ġerusalemm u f’Benjamin biex jieħdu l-​pożizzjoni tagħhom. U l-​abitanti taʼ Ġerusalemm aġixxew fi qbil mal-​patt t’Alla, l-​Alla taʼ missirijiethom.+ 33  Imbagħad Ġosija neħħa l-​affarijiet mistkerrhin+ kollha mill-​artijiet kollha taʼ wlied Israel,+ u ġiegħel lil dawk kollha li kienu jinsabu f’Israel biex jibdew jagħtu servizz, biex jaqdu lil Ġeħova Alla tagħhom. Tul jiemu kollha huma ma żvijawx milli jsegwu lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “it-​tfakkiriet.”