2 Kronaki 33:1-25

33  Tnax-il sena kellu Manasse+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħamsa u ħamsin sena f’Ġerusalemm.+  U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ skond l-​affarijiet mistkerrhin+ tal-​ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel.+  Għalhekk, reġaʼ bena l-​postijiet għall-​qima*+ li kien ġarraf+ missieru Ħeżekija, u tellaʼ artali+ lill-​Bagħalim+ u għamel arbli sagri,+ u beda jmil+ quddiem l-​armata kollha tas-​smewwiet+ u jaqdihom.+  U bena artali+ fid-​dar taʼ Ġeħova, li dwarha Ġeħova kien qal: “F’Ġerusalemm se jkun ismi għal żmien indefinit.”+  U bena artali għall-​armata kollha tas-​smewwiet+ f’żewġ btieħi+ tad-​dar taʼ Ġeħova.+  U għadda lil uliedu stess min-​nar+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ u pprattika l-​maġija+ u t-​teħbir+ u s-​seħer+ u ħatar medji taʼ l-​ispirti+ u nies li xogħolhom kien li jbassru+ l-​ġrajjiet. Għamel kemm felaħ dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biex joffendih.+  Barra minn hekk, ix-​xbieha skolpita+ li kien għamel qegħedha fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru,+ li dwarha Alla kien qal lil David u lil ibnu Salamun: “F’din id-​dar u f’Ġerusalemm, li jien għażilt+ mit-​tribujiet kollha taʼ Israel, se nqiegħed ismi+ għal żmien indefinit.+  U m’iniex se nerġaʼ nneħħi sieq Israel minn fuq l-​art li tajt+ lil missirijiethom,+ dment li joqogħdu attenti li jagħmlu kulma kkmandajthom+ dwar il-​liġi+ kollha u r-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ permezz taʼ id Mosè.”+  Imma Manasse+ baqaʼ jħajjar lil Ġuda+ u lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm biex jagħmlu agħar+ mill-​ġnus li Ġeħova kien qered għalkollox minn quddiem ulied Israel.+ 10  U Ġeħova baqaʼ jkellem lil Manasse u lill-​poplu tiegħu, imma ma tawx kas.+ 11  Fl-aħħar, Ġeħova ġab kontrihom+ il-​kapijiet taʼ l-​armata tas-​sultan taʼ l-​Assirja,+ u għalhekk qabdu lil Manasse qalb il-​ħofor+ tal-​blat u rabtuh+ b’żewġ ktajjen tar-​ram aħmar u ħaduh Babilonja. 12  U malli ħassu mnikket b’dan,+ ipprova jtaffi l-​korla taʼ Ġeħova Alla tiegħu+ u baqaʼ jumilja+ ruħu ħafna minħabba l-​Alla taʼ missirijietu. 13  U baqaʼ jitolbu, u b’hekk Hu ħallieh jitolbu bil-​ħrara+ u Hu semaʼ s-​supplika* tiegħu għall-​ħniena u reġġgħu lura lejn Ġerusalemm, lejn saltnatu;+ u Manasse għaraf li Ġeħova hu l-​Alla l-​veru.+ 14  U wara dan bena sur għall-​Belt taʼ David+ fuq in-​naħa taʼ barra,+ lejn il-​punent taʼ Giħon+ fil-​wied* u saħansitra sa Bieb il-​Ħut,+ u dawru madwar Għofel+ u għamlu għoli ħafna. Barra minn hekk, qiegħed kapijiet tal-​qawwa militari fil-​bliet fortifikati kollha f’Ġuda.+ 15  U neħħa l-​allat+ barranin u x-​xbieha taʼ l-​idolu+ mid-​dar taʼ Ġeħova u l-​artali+ kollha li kien bena fuq il-​muntanja tad-​dar taʼ Ġeħova u f’Ġerusalemm u mbagħad ġegħelhom jarmuhom ’il barra mill-​belt. 16  Iktar minn hekk, ħejja l-​artal taʼ Ġeħova+ u bħala sagrifiċċji beda joffri fuqu sagrifiċċji taʼ sħubija+ u sagrifiċċji taʼ radd il-​ħajr,+ u qal lil Ġuda biex jaqdi lil Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel.+ 17  Minkejja dan, in-​nies kienu għadhom qed joffru s-​sagrifiċċji fil-​postijiet għall-​qima;+ biss kienu qed joffruhom lil Ġeħova Alla tagħhom. 18  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Manasse u t-​talba tiegħu+ lil Alla tiegħu u l-​kliem tal-​viżjonarji+ li baqgħu jkellmuh f’isem Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, qegħdin hemmhekk fost il-​ġrajjiet tas-​slaten taʼ Israel.+ 19  U t-​talba tiegħu+ u kif instemgħet it-​talba bil-​ħrara tiegħu+ u dnubietu+ kollha u n-​nuqqas taʼ fedeltà tiegħu+ u fejn bena l-​postijiet għall-​qima+ u waqqaf l-​arbli sagri+ u x-​xbihat+ minquxin qabel m’umilja ruħu,+ huma miktubin hemmhekk fost il-​kliem tal-​viżjonarji tiegħu. 20  Fl-aħħar, Manasse mtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh+ f’daru; u ibnu Amon+ beda jsaltan minfloku. 21  Tnejn u għoxrin sena kellu Amon+ meta beda jsaltan, u dam isaltan sentejn f’Ġerusalemm.+ 22  U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ bħalma kien għamel missieru Manasse;+ u Amon offra s-​sagrifiċċji+ lix-​xbihat minquxin+ kollha li kien għamel missieru Manasse,+ u kompla jaqdihom.+ 23  U m’umiljax+ ruħu minħabba Ġeħova l-​istess bħalma kien umilja ruħu missieru Manasse,+ għax Amon kompla jżid il-​ħtija.+ 24  Fl-aħħar, il-​qaddejja tiegħu kkonfoffaw+ kontrih u qatluh f’daru stess.+ 25  Imma n-​nies tal-​pajjiż qatlu+ lil dawk kollha li kienu kkonfoffaw+ kontra s-​Sultan Amon,+ u mbagħad in-​nies+ tal-​pajjiż għamlu lil ibnu Ġosija+ sultan minfloku.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “it-​talba bil-​ħerqa.”
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.