Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

2 Kronaki 32:1-33

32  Wara dan kollu u wara l-atti taʼ fedeltà+ taʼ Ħeżekija, Sennakerib,+ is-sultan taʼ l-Assirja,+ ġie u invada lil Ġuda u kkampja biex jiggwerra kontra l-bliet fortifikati,+ u kien determinat li jinfidhom u jiħodhom taħt idejh.  Meta Ħeżekija ra li Sennakerib kien ġie bit-tir+ li jiggwerra kontra Ġerusalemm,  iddeċieda mal-prinċpijiet tiegħu+ u maʼ l-irġiel setgħanin tiegħu li jwaqqaf l-ilmijiet taʼ l-għejun li kien hemm barra l-belt;+ u għalhekk għenuh.  Għaldaqstant, ħafna nies inġabru flimkien, u marru jwaqqfu l-għejun kollha u l-wied taʼ l-ilma+ li jgħaddi minn nofs l-art, u qalu: “Għala għandhom is-slaten taʼ l-Assirja jiġu u jsibu ħafna ilma?”  Barra minn hekk, għamel il-kuraġġ u bena s-sur imġarraf+ u tellaʼ torrijiet+ fuqu, u fuq barra tellaʼ sur ieħor,+ u sewwa l-Għolja*+ tal-Belt taʼ David, u għamel vleġeġ+ bl-abbundanza u tarki.+  U qiegħed kapijiet militari+ fuq in-nies u ġabarhom madwaru fil-pjazza+ taʼ bieb il-belt u kellimhom b’mod inkuraġġanti+ u qalilhom:  “Kunu kuraġġużi u b’saħħitkom.+ Tibżgħux+ u titwerwrux+ minħabba s-sultan taʼ l-Assirja+ u minħabba l-kotra kollha li hemm miegħu;+ għax magħna hemm iktar milli hemm miegħu.  Miegħu hemm driegħ tal-laħam,+ imma magħna hemm Ġeħova Alla tagħna biex jgħinna+ u jiġġieled il-battalji tagħna.”+ U n-nies bdew iqawwu qalbhom malli semgħu kliem Ħeżekija, is-sultan taʼ Ġuda.+  Kien wara dan li Sennakerib,+ is-sultan taʼ l-Assirja, waqt li kien Lakis+ u l-qtajjaʼ kollha tiegħu kienu miegħu,+ bagħat lill-qaddejja tiegħu Ġerusalemm għand Ħeżekija, is-sultan taʼ Ġuda, u għand il-Lhud kollha li kienu Ġerusalemm, u qalulhom: 10  “Hekk qal Sennakerib, is-sultan taʼ l-Assirja,+ ‘Fiex qed tafdaw waqt li qegħdin bil-qiegħda għall-kwiet assedjati f’Ġerusalemm?+ 11  M’huwiex jipprova jħajjarkom+ Ħeżekija+ sabiex iħallikom tmutu bil-ġuħ u bl-għatx, billi jgħidilkom: “Ġeħova Alla tagħna se jeħlisna minn id is-sultan taʼ l-Assirja”?+ 12  Mhux Ħeżekija nnifsu kien li neħħa l-postijiet għall-qima*+ u l-artali tiegħu+ u mbagħad qal lil Ġuda u lil Ġerusalemm: “Quddiem artal wieħed+ għandkom tmilu+ u fuqu għandkom toffru d-duħħan tas-sagrifiċċji”?+ 13  Ma tafux x’għamilnielhom jien u missirijieti lin-nies kollha tal-pajjiżi?+ L-allat+ tal-ġnus taʼ l-artijiet kellhom tassew il-ħila jeħilsu lil arthom minn idi? 14  Min fost l-allat kollha taʼ dawn il-ġnus li qerdu* missirijieti kellu l-ħila jeħles lill-poplu tiegħu minn idi, sabiex Alla tagħkom ikollu l-ħila jeħliskom minn idi?+ 15  U issa tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom+ jew iħajjarkom+ b’dan il-mod u tpoġġux il-fidi tagħkom fih, għax ebda alla t’ebda ġens jew saltna ma kellu l-ħila jeħles lill-poplu tiegħu minn idi u minn id missirijieti. Kemm inqas, mela, Alla tagħkom se jeħliskom minn idi!’”+ 16  U l-qaddejja tiegħu komplew jitkellmu kontra Ġeħova, l-Alla l-veru,+ u kontra Ħeżekija, il-qaddej tiegħu. 17  Sa ittri kiteb+ biex imaqdar lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ u biex jitkellem kontrih, u qal: “Bħalma l-allat+ tal-ġnus taʼ l-artijiet ma ħelsux lill-poplu tagħhom minn idi,+ hekk ukoll l-Alla taʼ Ħeżekija mhux se jeħles lill-poplu tiegħu minn idi.” 18  U huma+ baqgħu jgħajtu b’leħen qawwi+ bil-lingwa tal-Lhud+ lin-nies taʼ Ġerusalemm li kienu fuq is-sur, ħalli jbeżżgħuhom+ u jfixkluhom, sabiex jieħdu l-belt taħt idejhom. 19  U ssoktaw jitkellmu kontra+ l-Alla taʼ Ġerusalemm+ bl-istess mod kif tkellmu kontra l-allat tal-popli taʼ l-art, xogħol idejn il-bniedem.+ 20  Imma Ħeżekija,+ is-sultan, u l-profeta+ Isaija,+ bin Għamoż,+ baqgħu jitolbu dwar dan+ u jgħajtu lil Alla fis-smewwiet għall-għajnuna.+ 21  U Ġeħova bagħat anġlu+ u qaċċat darba għal dejjem lil kull raġel qalbieni+ u setgħan u lil kull mexxej u kap fil-kamp tas-sultan taʼ l-Assirja,+ u b’hekk dan mar lura lejn pajjiżu stess b’wiċċu miksi bil-mistħija. Iktar tard daħal fid-dar taʼ l-alla tiegħu, u hemmhekk qatluh bis-sejf uħud minn uliedu stess.+ 22  B’hekk, Ġeħova salva lil Ħeżekija u lill-abitanti taʼ Ġerusalemm minn id Sennakerib, is-sultan taʼ l-Assirja,+ u minn id l-oħrajn kollha u tahom il-mistrieħ minn kullimkien.+ 23  U kien hemm ħafna li ġabu għotjiet+ lil Ġeħova f’Ġerusalemm u affarijiet mill-aqwa lil Ħeżekija, is-sultan taʼ Ġuda,+ u wara dan kien eżaltat+ f’għajnejn il-ġnus kollha. 24  Dak iż-żmien Ħeżekija marad u kien qed imut,+ u beda jitlob+ lil Ġeħova. Għalhekk, Hu kellmu,+ u Hu tah sinjal taʼ l-għaġeb.+ 25  Imma Ħeżekija ma raddx+ skond il-ġid li sarlu, għax qalbu tkabbret+ u kien hemm l-għadab+ t’Alla fuqu u fuq Ġuda u Ġerusalemm. 26  Madankollu, Ħeżekija umilja+ ruħu mill-kburija taʼ qalbu, hu u l-abitanti taʼ Ġerusalemm, u l-għadab taʼ Ġeħova ma ġiex fuqhom fi żmien Ħeżekija.+ 27  U Ħeżekija kellu ammont kbir ferm taʼ rikkezzi u glorja;+ u għamel imħażen għalih għall-fidda, għad-deheb,+ għall-ħaġar prezzjuż,+ għaż-żejt tal-balzmu,+ għat-tarki,+ u għall-oġġetti mixtiqin kollha;+ 28  u wkoll imħażen+ għall-qmuħ, għall-inbid ġdid,+ u għaż-żejt, kif ukoll stalel+ għat-tipi differenti kollha taʼ bhejjem u stalel għall-imrieħel. 29  U kiseb bliet għalih, kif ukoll imrieħel taʼ nagħaġ+ u taʼ baqar+ bl-abbundanza; għax Alla tah ġid kbir ferm.+ 30  U Ħeżekija kien dak li waqqaf+ l-għajn taʼ fuq taʼ l-ilmijiet+ taʼ Giħon+ u ġegħelhom jgħaddu dritt ’l isfel lejn il-punent, lejn il-Belt taʼ David,+ u Ħeżekija baqaʼ jirnexxi f’kull xogħol li għamel.+ 31  U b’hekk ġara li, permezz tal-kelliema li tkellmu f’isem il-prinċpijiet taʼ Babilonja+ u li ntbagħtu għandu+ biex jistaqsu dwar is-sinjal taʼ l-għaġeb+ li kien ġara fil-pajjiż, l-Alla l-veru telqu+ biex jgħaddih minn prova,+ biex isir jaf kulma għandu f’qalbu.+ 32  U l-bqija tal-ġrajjiet+ taʼ Ħeżekija u l-atti taʼ qalb tajba bl-imħabba tiegħu+ huma miktubin hemmhekk fil-viżjoni tal-profeta Isaija, bin Għamoż,+ fil-Ktieb+ tas-Slaten taʼ Ġuda u Israel. 33  Fl-aħħar, Ħeżekija mtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh fit-telgħa lejn il-postijiet fejn jindifnu wlied David;+ u n-nies kollha taʼ Ġuda u l-abitanti taʼ Ġerusalemm onorawh f’mewtu.+ U ibnu Manasse+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt

Ara t-2Sa 5:9, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Jew, “iddedikaw għall-qerda.” Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.