2 Kronaki 30:1-27

30  U Ħeżekija bagħat għal Israel+ u Ġuda kollha, u wkoll kiteb xi ittri lil Efrajm+ u lil Manasse,+ biex jiġu fid-​dar taʼ Ġeħova+ f’Ġerusalemm ħalli jiċċelebraw il-​Qbiż+ lil Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel.  Madankollu, is-​sultan u l-​prinċpijiet tiegħu+ u l-​kongregazzjoni+ kollha f’Ġerusalemm iddeċidew li jiċċelebraw il-​Qbiż fit-​tieni xahar;+  għax ma setgħux jiċċelebrawh fi żmienu,+ għaliex, minn banda, ma kienx hemm qassisin biżżejjed+ li tqaddsu, u, mill-​banda l-​oħra, in-​nies ma kinux inġabru f’Ġerusalemm.  U din il-​ħaġa kienet sewwa f’għajnejn is-​sultan u f’għajnejn il-​kongregazzjoni kollha.+  Għalhekk, iddeċidew li s-​sejħa+ tinstemaʼ f’Israel kollu, minn Bir-​xeba+ sa Dan,+ biex jiġu u jiċċelebraw il-​Qbiż lil Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, f’Ġerusalemm; għax ma kinux għamlu dan+ bħala kotra, skond kif hemm miktub.+  Għaldaqstant, il-​ġerrejja,+ bl-​ittri minn id is-​sultan u l-​prinċpijiet tiegħu,+ għaddew mill-​pajjiż kollu taʼ Israel u Ġuda, skond il-​kmand tas-​sultan, u qalu: “Ulied Israel, erġgħu lura+ lejn Ġeħova, l-​Alla+ t’Abraham, Iżakk, u Israel, biex hu jerġaʼ lura lejn il-​maħrubin+ li baqaʼ minnkom minn id is-​slaten taʼ l-​Assirja.+  U ssirux bħal missirijietkom+ u bħal ħutkom li aġixxew b’nuqqas taʼ fedeltà lejn Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom, u b’hekk hu għamilhom oġġett taʼ stagħġib,+ bħalma qed taraw intom.  Issa twebbsux raskom+ bħalma għamlu missirijietkom. Issottomettu ruħkom lejn Ġeħova+ u ejjew fis-​santwarju tiegħu+ li hu qaddes+ għal żmien indefinit u aqdu+ lil Ġeħova Alla tagħkom, sabiex ir-​rabja taħraq tiegħu+ ddur lura minn fuqkom.  Għax meta terġgħu lura+ lejn Ġeħova, ħutkom u wliedkom jintwerew ħniena+ minn dawk li qabduhom, u jitħallew jiġu lura lejn din l-​art;+ għax Ġeħova Alla tagħkom hu grazzjuż+ u ħanin,+ u ma jdawwarx wiċċu lil hinn minnkom jekk terġgħu lura lejh.”+ 10  Għalhekk, il-​ġerrejja+ baqgħu sejrin, għaddejjin minn belt għal belt maʼ l-​art kollha t’Efrajm+ u Manasse, saħansitra sa Żebulun; imma kienu kontinwament qed iwaqqgħuhom għaċ-​ċajt u jiddieħqu bihom.+ 11  Individwi+ minn Aser u Manasse u minn Żebulun biss umiljaw+ ruħhom u marru Ġerusalemm. 12  Id l-​Alla l-​veru kienet ukoll f’Ġuda biex tahom qalb waħda+ ħalli jwettqu l-​kmand+ tas-​sultan u tal-​prinċpijiet rigward l-​affarijiet taʼ Ġeħova.+ 13  U nġabru flimkien f’Ġerusalemm,+ poplu numeruż, biex jiċċelebraw il-​festa+ tal-​ħobż bla ħmira fit-​tieni+ xahar, kongregazzjoni kotrana ferm. 14  Imbagħad qamu u neħħew l-​artali+ li kien hemm f’Ġerusalemm, u l-​artali taʼ l-​inċens+ kollha neħħewhom u mbagħad xeħtuhom fil-​wied taʼ Kidron.+ 15  Wara dan, qatlu l-​vittma tal-​Qbiż+ fl-​erbatax tat-​tieni xahar; u l-​qassisin u l-​Leviti kienu ħassewhom umiljati, u b’hekk tqaddsu+ u ġabu l-​offerti tal-​ħruq fid-​dar taʼ Ġeħova. 16  U baqgħu weqfin+ f’posthom skond ir-​regola tagħhom, skond il-​liġi taʼ Mosè, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, u l-​qassisin+ raxxew id-​demm li ħadu minn id il-​Leviti. 17  Għax kien hemm ħafna fil-​kongregazzjoni li ma kinux tqaddsu; u l-​Leviti+ kienu inkarigati biex joqtlu l-​vittmi+ tal-​Qbiż għal dawk kollha li ma kinux nodfa, biex iqaddsuhom lil Ġeħova. 18  Għax kien hemm għadd kbir taʼ nies, ħafna minn Efrajm+ u Manasse,+ minn Issakar u Żebulun,+ li ma kinux tnaddfu,+ għax ma kilux l-​ikla tal-​Qbiż skond kif hemm miktub;+ imma Ħeżekija talab għalihom,+ u qal: “Jalla Ġeħova, li hu tajjeb,+ jaħfer 19  lil kulmin ħejja qalbu+ biex ifittex lill-​Alla l-​veru, Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietu, għalkemm ma ppurifikax ruħu għal dak li hu qaddis.”+ 20  Għaldaqstant, Ġeħova semaʼ minn Ħeżekija u ħafer lin-​nies.+ 21  Għalhekk, ulied Israel li kienu f’Ġerusalemm iċċelebraw il-​festa+ tal-​ħobż bla ħmira għal sebat ijiem b’hena kbir;+ u l-​Leviti+ u l-​qassisin+ offrew tifħir lil Ġeħova minn jum għal jum bi strumenti li jagħmlu ħoss qawwi, iva, lil Ġeħova.+ 22  Iktar minn hekk, Ħeżekija kellem b’mod inkuraġġanti+ lil-​Leviti kollha li kienu qed jaġixxu b’dehen kbir lejn Ġeħova.+ U kielu l-​ikla tal-​festa stabbilita għal sebat ijiem,+ u bħala sagrifiċċju offrew is-​sagrifiċċji taʼ sħubija+ u stqarrew+ ħtijiethom lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom. 23  Imbagħad il-​kongregazzjoni kollha ddeċidiet+ li tiċċelebraha għal sebat ijiem oħra,+ u għalhekk iċċelebrawha għal sebat ijiem b’hena kbir. 24  Għax Ħeżekija, is-​sultan taʼ Ġuda, ta bħala kontribuzzjoni+ għall-​kongregazzjoni elf barri u sebat elef nagħġa, u l-​prinċpijiet+ taw bħala kontribuzzjoni għall-​kongregazzjoni elf barri u għaxart elef nagħġa; u ħafna qassisin+ bdew iqaddsu lilhom infushom. 25  U l-​kongregazzjoni kollha taʼ Ġuda,+ il-​qassisin, il-​Leviti,+ il-​kongregazzjoni kollha li ġiet minn Israel,+ ir-​residenti barranin+ li ġew mill-​art taʼ Israel,+ u dawk li kienu jgħammru f’Ġuda komplew jithennew.+ 26  U kien hemm hena kbir f’Ġerusalemm, għax minn żmien Salamun,+ bin David, is-​sultan taʼ Israel, ma kien hemm xejn bħal dan f’Ġerusalemm.+ 27  Fl-aħħar, il-​qassisin, il-​Leviti, qamu u bierku+ lill-​poplu; u leħinhom instemaʼ, u b’hekk it-​talba tagħhom waslet sas-​smewwiet, il-​post qaddis fejn jgħammar hu.+

Noti taʼ taħt