2 Kronaki 3:1-17

3  Fl-aħħar, Salamun beda jibni d-​dar taʼ Ġeħova+ f’Ġerusalemm fuq il-​Muntanja Morija,+ fejn Ġeħova kien deher lil David, missieru,+ fil-​post li David kien ħejja fuq il-​qiegħa tad-​dris t’Ornan+ il-​Ġebusi.  Għaldaqstant, hu beda jibni fit-​tieni jum tat-​tieni xahar, fir-​rabaʼ sena tar-​renju tiegħu.+  U dan hu l-​pedament li qiegħed Salamun biex jibni d-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, it-​tul f’kubiti, skond il-​qjies taʼ qabel, sittin kubitu, u l-​wisaʼ għoxrin kubitu.+  U l-​loġġa+ li kienet quddiem it-​tul kienet għoxrin kubitu, quddiem il-​wisaʼ tad-​dar, u l-​għoli tagħha kien mija u għoxrin; u ksieha minn ġewwa b’deheb pur.  U d-​dar il-​kbira+ ksieha bl-​injam tal-​ġnibru, u wara ksieha b’deheb fin,+ u mbagħad naqqax fuqu siġar tal-​palm+ u ktajjen.+  Barra minn hekk, kesa d-​dar b’ħaġar prezzjuż biex isebbaħha;+ u d-​deheb+ kien deheb minn pajjiż id-​deheb.  U ssokta jiksi d-​dar, it-​travi, l-​għetiebi, il-​ħitan tagħha, u l-​bibien tagħha bid-​deheb;+ u naqqax il-​kerubini fuq il-​ħitan.+  U għamel id-​dar li fiha kien hemm l-​Iktar Qaddis,+ u t-​tul tagħha meta mqabbel mal-​wisaʼ tad-​dar kien għoxrin kubitu u l-​wisaʼ tagħha għoxrin kubitu;+ u mbagħad ksieha b’sitt mitt talent deheb fin.  U l-​piż taʼ l-​imsiemer+ kien ħamsin xekel deheb; u kull għorfa ksieha bid-​deheb. 10  Imbagħad fid-​dar li fiha kien hemm l-​Iktar Qaddis għamel żewġ kerubini,+ xbihat maħdumin bis-​sengħa, u ksiehom bid-​deheb.+ 11  U l-​ġwienaħ tal-​kerubini+ kienu twal għoxrin kubitu, ġewnaħ wieħed taʼ ħames kubiti jasal sal-​ħajt tad-​dar, u l-​ġewnaħ l-​ieħor taʼ ħames kubiti jasal sal-​ġewnaħ tal-​kerubin l-​ieħor.+ 12  U l-​ġewnaħ taʼ ħames kubiti taʼ kerubin wieħed kien jasal sal-​ħajt tad-​dar, u l-​ġewnaħ l-​ieħor taʼ ħames kubiti kien imiss mal-​ġewnaħ tal-​kerubin l-​ieħor.+ 13  Il-ġwienaħ taʼ dawn il-​kerubini kienu mifruxin fuq medda t’għoxrin kubitu; u kienu weqfin fuq saqajhom b’wiċċhom ’il ġewwa. 14  Barra minn hekk, għamel il-​purtiera+ minn ħajt blu+ u suf miżbugħ vjola ħamrani u krimżi u drapp fin, u rrakkma fuqha l-​kerubini.+ 15  Imbagħad quddiem id-​dar għamel żewġ kolonni,+ twal ħamsa u tletin kubitu, u l-​kaptell+ li kien hemm fuq ras kull waħda kien ħames kubiti. 16  U għamel il-​ktajjen+ bħal ġiżirana u dendilhom maʼ ras il-​kolonni, u għamel mitt rummiena+ u dendilhom mal-​ktajjen. 17  U waqqaf il-​kolonni quddiem it-​tempju, waħda fuq il-​lemin u waħda fuq ix-​xellug, u mbagħad dik tal-​lemin semmieha Ġakin u dik tax-​xellug semmieha Bogħaż.+

Noti taʼ taħt