2 Kronaki 27:1-9

27  Ħamsa u għoxrin sena kellu Ġotam+ meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġerusah,+ bint Sadok.  U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel missieru Użżija.+ Biss ma qabadx u daħal fit-​tempju taʼ Ġeħova.+ Madankollu, in-​nies kienu għadhom qed jaġixxu b’mod mill-​agħar.+  Hu stess bena l-​bieb taʼ fuq+ tad-​dar taʼ Ġeħova, u fuq il-​ħajt t’Għofel+ għamel ħafna xogħol taʼ bini.  U bena bliet+ fir-​reġjun muntanjuż taʼ Ġuda,+ u fil-​boskijiet+ bena postijiet fortifikati+ u torrijiet.+  U ggwerra kontra s-​sultan taʼ wlied Għammon+ u wara ftit irnexxielu jegħlibhom, u b’hekk dik is-​sena wlied Għammon tawh mitt talent fidda u għaxart elef kor+ qamħ+ u għaxart elef kor xgħir.+ Dan kien il-​ħlas li tawh ulied Għammon, fit-​tieni u fit-​tielet sena wkoll.+  Għalhekk, Ġotam baqaʼ jissaħħaħ, għaliex kien iħejji triqatu quddiem Ġeħova Alla tiegħu.+  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġotam+ u l-​gwerer u kulma għamel, ara, huma miktubin fil-​Ktieb+ tas-​Slaten taʼ Israel u taʼ Ġuda.  Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm.+  Fl-aħħar, Ġotam imtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh fil-​Belt taʼ David.+ U ibnu Aħaż+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt