2 Kronaki 25:1-28

25  Fl-età taʼ ħamsa u għoxrin sena Amażija+ sar sultan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġeħogħaddan+ minn Ġerusalemm.  U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ biss mhux b’qalb sħiħa.+  U ġara li, malli s-​saltna ssaħħet taħt idejh, hu minnufih qatel+ lill-​qaddejja tiegħu+ li kienu qatlu lis-​sultan, missieru.+  U lil uliedhom ma qatilhomx, imma għamel skond dak li hemm miktub fil-​liġi, fil-​ktieb taʼ Mosè,+ li Ġeħova kien ikkmanda meta qal: “Il-​missirijiet m’għandhomx imutu għall-​ulied,+ lanqas l-​ulied m’għandhom imutu għall-​missirijiet;+ imma kull wieħed għandu jmut għal dnubu stess.”+  U Amażija ġabar lin-​nies taʼ Ġuda flimkien u qassamhom skond id-​dar taʼ missirijiethom,+ bil-​kapijiet taʼ l-​eluf+ u bil-​kapijiet tal-​mijiet+ fuq in-​nies kollha taʼ Ġuda u Benjamin; u rreġistrahom minn għoxrin+ sena ’l fuq, u fl-​aħħar sab li kien hemm tliet mitt elf raġel mill-​aqwa li ngħaqdu maʼ l-​armata, bil-​lanza+ u t-​tarka l-​kbira f’idejhom.+  Barra minn hekk, ħallas mitt talent fidda biex iqabbad mitt elf raġel qalbieni u setgħan minn Israel.  U ġie għandu bniedem taʼ l-​Alla l-​veru+ u qallu: “O sultan, tħallix l-​armata taʼ Israel tiġi miegħek, għax Ġeħova mhux qiegħed maʼ Israel,+ jiġifieri, l-​ulied kollha t’Efrajm.  Imma ejja int, aġixxi, kun kuraġġuż għall-​gwerra.+ L-​Alla l-​veru jistaʼ jġiegħlek titfixkel quddiem l-​għadu; għax Alla għandu l-​qawwa li jgħin+ u li jfixkel.”+  Għal dan, Amażija+ qal lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru: “Imma x’nistaʼ nagħmel dwar il-​mitt talent li jien tajt lit-​truppi taʼ Israel?”+ U l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru wieġbu: “Ġeħova għandu l-​mezz li jagħtik bil-​wisq iktar minn dan.”+ 10  Għaldaqstant, Amażija firidhom, jiġifieri, lit-​truppi li kienu ġew għandu minn Efrajm, biex imorru lura lejn posthom. Madankollu, ir-​rabja tagħhom xegħlet kontra Ġuda, u b’hekk marru lura lejn posthom b’saħna kbira fuqhom.+ 11  U Amażija, min-​naħa tiegħu, għamel il-​kuraġġ u mexxa lin-​nies tiegħu u mar f’Wied il-​Melħ;+ u qatel għaxart elef+ minn ulied Segħir.+ 12  U kien hemm għaxart elef oħra li wlied Ġuda qabduhom ħajjin. Għalhekk, ħaduhom sal-​quċċata taʼ l-​irdum, u tefgħuhom għal isfel minn hemmhekk u lkoll kemm huma nfaqgħu min-​nofs.+ 13  U l-​membri taʼ l-​eżerċtu li Amażija kien bagħat lura biex ma jmorrux miegħu għall-​gwerra,+ bdew jattakkaw il-​bliet taʼ Ġuda, mis-​Samarija+ sa Bet-ħoron,+ u qatlu tlett elef ruħ u ħadu ħafna priża. 14  Imma ġara li, wara li Amażija ġie lura milli joqtol lill-​Edomin, hu issa ġab l-​allat+ taʼ wlied Segħir u għamilhom l-​allat tiegħu,+ u beda jmil quddiemhom+ u beda joffrilhom id-​duħħan tas-​sagrifiċċji.+ 15  Għaldaqstant, ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Amażija, u għalhekk bagħatlu profeta u qallu: “Għala fittixt+ l-​allat tan-​nies+ li lanqas biss ħelsu lil nieshom stess minn idek?”+ 16  U ġara li, meta kellmu, is-​sultan minnufih qallu: “Għamilniek aħna kunsillier tas-​sultan?+ Jaqbillek tieqaf għall-​ġid tiegħek stess.+ Għala għandhom joqtluk?” Għaldaqstant, il-​profeta waqaf, imma qal: “Jien naf fiċ-​ċert li Alla ddeċieda li jeqirdek,+ għaliex int għamilt dan+ u ma smajtx mill-​parir tiegħi.”+ 17  Imbagħad Amażija, is-​sultan taʼ Ġuda, ħa parir u bagħat għal Ġeħogħas, bin Ġeħogħaħaż, bin Ġeħu, is-​sultan taʼ Israel,+ u qallu: “Ejja! Ħa niltaqgħu wiċċ imbwiċċ.”+ 18  Għal dan, Ġeħogħas, is-​sultan taʼ Israel, bagħat jgħid lil Amażija, is-​sultan taʼ Ġuda:+ “Ix-​xewka li kienet fil-​Libanu bagħtet tgħid liċ-​ċedru li kien fil-​Libanu,+ ‘Agħti lil bintek biex tkun mart ibni.’+ Madankollu, bhima salvaġġa+ tar-​rabaʼ li kienet fil-​Libanu għaddiet minn hemmhekk u għaffġet ix-​xewka. 19  Int għedt bejnek u bejn ruħek, Ara, int għelibt lil Edom.+ U qalbek+ ġegħlitek tintrefaʼ biex tkun glorifikat.+ Issa ibqaʼ għammar f’darek.+ Għala għandek tieħu sehem fil-​ġlied meta qiegħed f’pożizzjoni ħażina+ u jkollok taqaʼ, int u Ġuda miegħek?”+ 20  Imma Amażija ma tax widen; għax dan kien ġej mill-​Alla l-​veru+ bl-​iskop li jagħtihom f’idu, għaliex kienu fittxew l-​allat t’Edom.+ 21  Għalhekk, Ġeħogħas, is-​sultan taʼ Israel, telaʼ,+ u ltaqgħu wiċċ imbwiċċ,+ hu u Amażija, is-​sultan taʼ Ġuda, f’Bet-xemex,+ li hi taʼ Ġuda. 22  U Israel għeleb lil Ġuda,+ u dawn ħarbu, kull wieħed lejn it-​tinda tiegħu.+ 23  U f’Bet-xemex, Ġeħogħas, is-​sultan taʼ Israel, qabad+ lil Amażija, is-​sultan taʼ Ġuda, bin Ġeħogħas, bin Ġeħogħaħaż, u mbagħad ħadu Ġerusalemm+ u waqqaʼ parti mis-​sur taʼ Ġerusalemm, minn Bieb Efrajm+ sal-​Bieb tal-​Kantuniera,+ erbaʼ mitt kubitu. 24  U ħa d-​deheb u l-​fidda kollha u l-​oġġetti kollha li kienu fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru u lil Għobed-edom+ u t-​teżori tad-​dar tas-​sultan+ u xi ostaġġi, u mar lura s-​Samarija.+ 25  U Amażija,+ bin Ġeħogħas, is-​sultan taʼ Ġuda, għex ħmistax-il sena oħra wara l-​mewt taʼ Ġeħogħas,+ bin Ġeħogħaħaż, is-​sultan taʼ Israel.+ 26  U l-​bqija tal-​ġrajjiet t’Amażija, mill-​bidu sa l-​aħħar,+ ara, m’humiex dawn miktubin fil-​Ktieb+ tas-​Slaten taʼ Ġuda u Israel?+ 27  U minn dakinhar li Amażija ma baqax isegwi lil Ġeħova, huma kkonfoffaw+ kontrih f’Ġerusalemm. Fl-​aħħar ħarab lejn Lakis;+ imma bagħtu jsegwuh sa Lakis u qatluh hemmhekk.+ 28  Għalhekk, ġarrewh fuq iż-​żwiemel+ u difnuh maʼ missirijietu fil-​belt taʼ Ġuda.+

Noti taʼ taħt