2 Kronaki 24:1-27

24  Sebaʼ snin kellu Ġeħogħas meta beda jsaltan,+ u dam isaltan erbgħin sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Sibjah minn Bir-​xeba.+  U Ġeħogħas+ għamel dak li hu sewwa f’għajnejn+ Ġeħova l-​jiem kollha tal-​qassis Ġeħojada.+  U Ġeħojada żewġu żewġ nisa, u nissel subien u bniet.+  Issa wara dan ġara li Ġeħogħas xtaq minn qalbu li jirrestawra d-​dar taʼ Ġeħova.+  Għaldaqstant ġabar flimkien il-​qassisin+ u l-​Leviti u qalilhom: “Oħorġu fil-​bliet taʼ Ġuda u iġbru l-​flus mingħand Israel kollu biex minn sena għal sena+ ssewwu+ d-​dar t’Alla tagħkom; u intom, min-​naħa tagħkom, għandkom taġixxu malajr f’din il-​kwistjoni.” U l-​Leviti m’aġixxewx malajr.+  Għalhekk, is-​sultan sejjaħ lil Ġeħojada, il-​kap, u qallu:+ “Għala ma tlabtx kont mil-​Leviti rigward li jġibu minn Ġuda u Ġerusalemm it-​taxxa sagra ordnata minn Mosè,+ il-​qaddej taʼ Ġeħova, it-​taxxa tal-​kongregazzjoni taʼ Israel, għat-​tinda tat-​Testimonjanza?+  Għax ulied+ il-​mara mill-​agħar Għatalija daħlu fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru,+ u l-​affarijiet imqaddsin+ kollha tad-​dar taʼ Ġeħova offrewhom lill-​Bagħalim.”+  Imbagħad is-​sultan ta l-​ordni, u għalhekk għamlu kaxxa+ u poġġewha barra ħdejn il-​bieb tad-​dar taʼ Ġeħova.  Imbagħad ħarġu sejħa maʼ Ġuda u Ġerusalemm kollha biex lil Ġeħova jġibulu t-​taxxa sagra+ li Mosè,+ il-​qaddej taʼ l-​Alla l-​veru, ordna lil Israel fix-​xagħri. 10  U l-​prinċpijiet+ kollha u l-​poplu kollu bdew jithennew,+ u baqgħu jġibu u jitfgħu fil-​kaxxa+ sakemm taw ilkoll kemm huma. 11  U ġara li fiż-​żmien xieraq il-​kaxxa kienet tinġieb b’id il-​Leviti+ għand is-​sultan biex jieħu ħsiebha, u, malli kienu jaraw li kien hemm ħafna flus,+ is-​segretarju+ tas-​sultan u l-​uffiċjal tal-​qassis ewlieni kienu jiġu jbattlu l-​kaxxa u mbagħad jerfgħuha u jiħduha lura f’postha. Hekk kienu jagħmlu minn jum għal jum, u b’hekk ġabru flus bl-​abbundanza. 12  Imbagħad is-​sultan u Ġeħojada kienu jagħtuhom lil dawk li jieħdu ħsieb+ ix-​xogħol tas-​servizz tad-​dar taʼ Ġeħova,+ u dawn kienu jqabbdu nies li jaqtgħu l-​ġebel+ u nies tas-​sengħa+ biex jirrestawraw id-​dar taʼ Ġeħova,+ kif ukoll nies li jaħdmu l-​ħadid u r-​ram aħmar biex isewwu d-​dar taʼ Ġeħova.+ 13  U dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol bdew jaħdmu,+ u x-​xogħol tat-​tiswija baqaʼ miexi ’l quddiem f’idejhom, u fl-​aħħar waqqfu d-​dar taʼ l-​Alla l-​veru kif kellha tkun mibnija u ssodawha. 14  U malli kienu lesti ħadu l-​flus li kien fadal quddiem is-​sultan u Ġeħojada, u għamlu għodod għad-​dar taʼ Ġeħova, għodod għall-​ministeru+ u għall-​offerti u l-​kwies+ u għodod tad-​deheb+ u tal-​fidda; u kienu joffru s-​sagrifiċċji tal-​ħruq+ fid-​dar taʼ Ġeħova l-​ħin kollu, il-​jiem kollha taʼ Ġeħojada. 15  U Ġeħojada xjaħ u kien mimli bl-​għomor+ u miet, u kellu mija u tletin sena meta miet. 16  Għalhekk, difnuh fil-​Belt taʼ David flimkien mas-​slaten,+ għaliex kien għamel it-​tajjeb f’Israel+ u maʼ l-​Alla l-​veru u d-​dar Tiegħu. 17  U wara li miet Ġeħojada, il-​prinċpijiet+ taʼ Ġuda daħlu u mielu quddiem is-​sultan. Dak iż-​żmien is-​sultan semaʼ minnhom.+ 18  U bil-​mod il-​mod abbandunaw id-​dar taʼ Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom, u bdew jaqdu lill-​arbli sagri+ u lill-​idoli,+ u b’hekk kien hemm l-​għadab t’Alla kontra Ġuda u Ġerusalemm minħabba din il-​ħtija tagħhom.+ 19  U Ġeħova baqaʼ jibgħat profeti+ fosthom biex iġibhom lura lejh; u baqgħu jixhdu kontrihom, imma ma tawx widen.+ 20  U l-​ispirtu+ t’Alla ġie+ fuq Żakkarija,+ bin il-​qassis Ġeħojada,+ u b’hekk hu qam bil-​wieqfa fl-​għoli iktar ’il fuq min-​nies u qalilhom: “Hekk qal l-​Alla l-​veru, ‘Għala qed tiksru l-​kmandamenti taʼ Ġeħova, u b’hekk ma tistgħux tirnexxu?+ Talli tlaqtu lil Ġeħova, hu, mill-​banda l-​oħra, se jitlaq lilkom.’”+ 21  Fl-aħħar, huma kkonfoffaw kontrih+ u għall-​kmand tas-​sultan ħaġġruh+ fil-​bitħa tad-​dar taʼ Ġeħova. 22  U Ġeħogħas, is-​sultan, ma ftakarx fil-​qalb tajba bl-​imħabba li missieru Ġeħojada kien wera miegħu,+ u b’hekk qatel lil ibnu, li, hu u jmut, qal: “Ħa jarah Ġeħova dan u jitolbu lura.”+ 23  U ġara li meta qalbet+ is-​sena, qawwa militari tas-​Sirja+ telgħet kontrih,+ u s-​Sirjani bdew jinvadu lil Ġuda u lil Ġerusalemm. Imbagħad qerdu lill-​prinċpijiet+ kollha tal-​poplu minn fost in-​nies, u l-​priża kollha tagħhom bagħtuha lis-​sultan taʼ Damasku.+ 24  Għax il-​qawwa militari tas-​Sirjani b’għadd żgħir taʼ rġiel invadiethom,+ u kien Ġeħova nnifsu li tahom f’idejhom qawwa militari b’għadd ferm akbar,+ għaliex huma kienu telqu lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom; u fuq Ġeħogħas twettqu atti taʼ ġudizzju.+ 25  U meta telqu minn ħdejh (għax ħallewh b’ħafna mard fuqu),+ il-​qaddejja tiegħu stess ikkonfoffaw+ kontrih minħabba d-​demm+ taʼ wlied il-​qassis Ġeħojada;+ u qatluh fuq soddtu stess, u b’hekk miet.+ Imbagħad difnuh fil-​Belt taʼ David,+ imma ma difnuhx fil-​post fejn jindifnu s-​slaten.+ 26  U dawn kienu li kkonfoffaw kontrih: Żabad,+ bin Simegħat, l-​Għammonija, u Ġeħożabad, bin Simrit, il-​Mowabija. 27  U wliedu u l-​abbundanza tad-​dikjarazzjoni kontrih+ u r-​restawr+ mill-​pedament tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru huma miktubin hemmhekk fir-​rakkont tal-​Ktieb+ tas-​Slaten. U ibnu Amażija+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt