2 Kronaki 23:1-21

23  U fis-​sebaʼ sena Ġeħojada+ għamel il-​kuraġġ u ħa l-​kapijiet tal-​mijiet,+ jiġifieri, lil Għażarija, bin Ġeroħam, lil Ismagħel, bin Ġeħoħanan, lil Għażarija, bin Għobed, lil Magħseja, bin Għadaja, u lil Elisafat, bin Żikri, u għamel patt magħhom.  Imbagħad marru jduru maʼ Ġuda kollu u ġabru flimkien il-​Leviti+ mill-​bliet kollha taʼ Ġuda u l-​kapijiet+ tal-​familji taʼ Israel, min-​naħa tal-​missier.+ Għalhekk, waslu Ġerusalemm.  U l-​kongregazzjoni kollha għamlet patt+ mas-​sultan fid-​dar+ taʼ l-​Alla l-​veru, u mbagħad hu qalilhom: “Ara! Bin+ is-​sultan se jsaltan,+ bħalma wiegħed Ġeħova dwar ulied David.+  Hekk agħmlu: terz minnkom li jidħlu f’jum is-​Sabat,+ mill-​qassisin+ u mil-​Leviti,+ ikunu għassiesa mal-​bibien;+  u terz joqogħdu ħdejn id-​dar tas-​sultan;+ u terz joqogħdu f’Bieb il-​Pedament;+ u n-​nies kollha jkunu fil-​btieħi+ tad-​dar taʼ Ġeħova.  U tħallu lil ħadd jidħol fid-​dar taʼ Ġeħova+ ħlief il-​qassisin u dawk il-​Leviti li jkunu qed jaqdu.+ Dawn jidħlu, għaliex huma grupp qaddis,+ u n-​nies kollha jħarsu l-​obbligu li għandhom lejn Ġeħova.  U l-​Leviti joqogħdu dawramejt mas-​sultan,+ kull wieħed bl-​armi tiegħu f’idejh; u kulmin jidħol fid-​dar, għandu jinqatel. U ibqgħu mas-​sultan meta jidħol u meta joħroġ.”  U l-​Leviti u Ġuda kollu għamlu skond kulma kien ordnalhom+ il-​qassis Ġeħojada.+ Għalhekk, kull wieħed minnhom ħa lill-​irġiel tiegħu li kienu deħlin f’jum is-​Sabat+ flimkien maʼ dawk li suppost kienu ħerġin f’jum is-​Sabat, għax il-​qassis Ġeħojada ma kienx stabbilixxa t-​taqsimiet+ li kienu meħlusin minn dmirijiet oħrajn.  Barra minn hekk, il-​qassis Ġeħojada ta lill-​kapijiet tal-​mijiet+ il-​lanez, it-​tarki, u t-​tarki tondi,+ li kienu tas-​Sultan David+ u li kienu fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru.+ 10  U qiegħed lin-​nies kollha,+ kull wieħed bil-​vleġġa tiegħu f’idu, min-​naħa tal-​lemin tad-​dar san-​naħa tax-​xellug tad-​dar, ħdejn l-​artal u ħdejn id-​dar, dawramejt mas-​sultan. 11  Imbagħad ħarġu lil bin is-​sultan+ u qiegħdu fuqu d-​dijadema+ u t-​Testimonjanza+ u għamluh sultan, u għalhekk Ġeħojada u wliedu dilkuh+ u qalu: “Ħa jgħix is-​sultan!”+ 12  Meta Għatalija semgħet il-​ħoss tan-​nies jiġru u jfaħħru lis-​sultan,+ fil-​pront marret ħdejn in-​nies fid-​dar taʼ Ġeħova. 13  Imbagħad ħarset, u kien hemm is-​sultan wieqaf ħdejn il-​kolonna tiegħu+ fid-​daħla, u l-​prinċpijiet+ u dawk li jdoqqu t-​trumbetti+ kienu ħdejn is-​sultan, u n-​nies kollha tal-​pajjiż kienu qed jifirħu+ u jdoqqu+ t-​trumbetti, u l-​għannejja+ bl-​istrumenti li jakkumpanjaw il-​kant u dawk li jmexxu l-​kant taʼ tifħir kienu qed jifirħu wkoll. Minnufih Għatalija ċarrtet ħwejjiġha u qalet: “Konfoffa! Konfoffa!”+ 14  Imma l-​qassis Ġeħojada ħareġ lill-​kapijiet tal-​mijiet, il-​maħturin minn fost il-​qawwa militari, u qalilhom: “Oħorġuha minn bejn ir-​ringieli;+ u kulmin imur warajha ħa jingħata l-​mewt bis-​sejf!” Għax il-​qassis kien qalilhom: “Tagħtuhiex il-​mewt fid-​dar taʼ Ġeħova.” 15  Għalhekk, meddew idejhom fuqha. Meta waslet ħdejn id-​daħla taʼ bieb iż-​żwiemel taʼ dar is-​sultan, minnufih qatluha hemmhekk.+ 16  Imbagħad Ġeħojada għamel patt bejnu u bejn in-​nies kollha u bejn is-​sultan, li huma kienu se jkomplu jkunu l-​poplu+ taʼ Ġeħova. 17  Wara dan, in-​nies kollha daħlu fid-​dar taʼ Bagħal u ġarrfuha;+ u l-​artali tiegħu+ u x-​xbihat tiegħu kissruhom,+ u lil Mattan,+ il-​qassis taʼ Bagħal, qatluh+ quddiem l-​artali. 18  Barra minn hekk, Ġeħojada ħalla l-​karigi tad-​dar taʼ Ġeħova f’idejn il-​qassisin u l-​Leviti, li David+ kien qassamhom f’taqsimiet fuq id-​dar taʼ Ġeħova biex joffru s-​sagrifiċċji tal-​ħruq lil Ġeħova skond dak li hemm miktub fil-​liġi taʼ Mosè,+ b’hena u kant skond id-​direzzjoni taʼ David. 19  Għalhekk, qiegħed l-​għassiesa tal-​bibien+ ħdejn il-​bibien+ tad-​dar taʼ Ġeħova sabiex ma jidħol ħadd li ma jkunx nadif f’xi aspett jew ieħor. 20  Hu issa ħa lill-​kapijiet tal-​mijiet+ u lill-​kbarat u lil dawk li jaħkmu fuq in-​nies u lin-​nies kollha tal-​pajjiż u niżżel lis-​sultan mid-​dar taʼ Ġeħova.+ Imbagħad għaddew mill-​bieb taʼ fuq għad-​dar tas-​sultan u qiegħdu lis-​sultan fuq it-​tron+ tas-​saltna. 21  U n-​nies kollha tal-​pajjiż komplew jifirħu;+ u l-​belt ma kellhiex tfixkil, u lil Għatalija kienu qatluha bis-​sejf.+

Noti taʼ taħt