2 Kronaki 22:1-12

22  Imbagħad l-​abitanti taʼ Ġerusalemm għamlu lil ibnu ż-​żgħir Aħażija*+ sultan minfloku, (għax il-​qatgħa ħallelin li ġew maʼ l-​Għarab+ fil-​kamp kienu qatlu lix-​xjuħ kollha,)+ u Aħażija, bin Ġeħoram, beda jsaltan bħala sultan taʼ Ġuda.  Tnejn u għoxrin sena kellu Aħażija meta beda jsaltan,+ u dam isaltan sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Għatalija+ li nannuha kien Għomri.+  Dan ukoll mexa fit-​triqat taʼ dar Aħab,+ għax ommu+ stess kienet dik li tatu l-​pariri biex jagħmel il-​ħażin.  U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, l-​istess bħal dar Aħab, għax dawn stess tawh il-​pariri+ wara li miet missieru, għar-​rovina tiegħu.  Hu mexa wkoll skond il-​pariri tagħhom,+ u b’hekk mar maʼ Ġeħoram,+ bin Aħab, is-​sultan taʼ Israel, għall-​gwerra kontra Ħażagħel,+ is-​sultan tas-​Sirja, f’Ramot-gilegħad,+ li fiha dawk li jisparaw il-​qaws laqtu lil Ġeħoram.+  Għalhekk, dan reġaʼ lura Ġeżragħel+ biex ifiq mill-​feriti li kienu għamlulu f’Rama+ meta ġġieled kontra Ħażagħel, is-​sultan tas-​Sirja. U Għażarija,*+ bin Ġeħoram,+ is-​sultan taʼ Ġuda, niżel jara lil Ġeħoram,+ bin Aħab, f’Ġeżragħel, għax kien marid.+  Imma kien minn Alla+ li seħħet il-​waqgħa+ t’Aħażija talli mar għand Ġeħoram; u meta mar, ħareġ+ maʼ Ġeħoram għal għand Ġeħu,+ li nannuh kien Nimsi,+ li Ġeħova kien dilku+ biex jeqred lil dar Aħab.+  U ġara li, malli Ġeħu daħal f’kontroversja maʼ dar Aħab,+ sab il-​prinċpijiet taʼ Ġuda u wlied ħut Aħażija,+ ministri t’Aħażija, u qatilhom.+  Imbagħad mar ifittex lil Aħażija, u fl-​aħħar qabduh,+ għax kien mistoħbi fis-​Samarija,+ u ħaduh għand Ġeħu. Imbagħad tawh il-​mewt u difnuh,+ għax qalu: “Nannuh hu Ġeħosafat,+ li fittex lil Ġeħova b’qalbu kollha.”+ U ma kien hemm ħadd minn dar Aħab li kellu l-​qawwa li jżomm is-​saltna. 10  U Għatalija,+ omm Aħażija, rat li binha kien miet. Għalhekk, qamet u qerdet lin-​nisel irjali kollu taʼ dar Ġuda.+ 11  Madankollu, Ġeħosabegħat,+ bint is-​sultan, ħadet lil Ġeħogħas,+ bin Aħażija, u serqitu minn fost ulied is-​sultan li kienu se jingħataw il-​mewt, u daħħlet lilu u lil dik li kienet treddgħu fil-​kamra tas-​sodda taʼ ġewwa. U Ġeħosabegħat, bint is-​Sultan Ġeħoram,+ mart il-​qassis Ġeħojada,+ (għax hi stess kienet oħt Aħażija,) żammitu moħbi minħabba Għatalija, u ma qatlitux.+ 12  U baqaʼ magħhom fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, moħbi għal sitt snin,+ waqt li Għatalija kienet qed issaltan+ fuq il-​pajjiż.+

Noti taʼ taħt

“Ġeħogħaħaż” fit-​2Kr 21:17.
“Aħażija” f’versi 1, 2, 7-11.