2 Kronaki 21:1-20

21  Fl-aħħar, Ġeħosafat imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen maʼ missirijietu+ fil-​Belt taʼ David; u ibnu Ġeħoram+ beda jsaltan minfloku.  U ħutu, ulied Ġeħosafat, kienu: Għażarija, Ġeħijel, Żakkarija, Għażarija, Mikiel, u Sefatija, u dawn kollha kienu wlied Ġeħosafat, is-​sultan taʼ Israel.  Għaldaqstant, missierhom tahom ħafna rigali+ taʼ fidda u deheb u affarijiet mill-​aqwa flimkien maʼ bliet fortifikati f’Ġuda;+ imma s-​saltna taha lil Ġeħoram,+ għax kien l-​ewwel imwieled.+  Meta Ġeħoram ħa s-​saltna taʼ missieru saħħaħ il-​pożizzjoni tiegħu billi qatel lil ħutu+ kollha bis-​sejf kif ukoll lil xi wħud mill-​prinċpijiet taʼ Israel.  Tnejn u tletin sena kellu Ġeħoram meta beda jsaltan, u dam isaltan+ tmien snin f’Ġerusalemm.  U mexa fit-​triq tas-​slaten taʼ Israel,+ bħalma kienu għamlu dawk taʼ dar Aħab; għax bint Aħab kienet saret martu,+ u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+  U Ġeħova ma riedx jeqred lid-​dar taʼ David,+ minħabba l-​patt+ li kien għamel maʼ David, sewwasew bħalma kien qal li kellu jagħti lilu+ u lil uliedu musbieħ għal dejjem.+  Fi żmienu, l-​Edomin+ irvellaw minn taħt idejn Ġuda+ u mbagħad għamlu sultan biex isaltan fuqhom.+  Għalhekk, Ġeħoram, flimkien mal-​kapijiet tiegħu, mar bil-​karrijiet kollha miegħu. U ġara li bil-​lejl qam u mar jaħbat għall-​Edomin li kienu dawru lilu kif ukoll lill-​kapijiet tal-​karrijiet. 10  Imma Edom baqaʼ jirvella minn taħt idejn Ġuda sa dan il-​jum. Kien f’dak iż-​żmien li Libna+ bdiet tirvella fl-​istess ħin minn taħt idejh, għaliex hu kien telaq lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietu.+ 11  Hu stess kien għamel postijiet għall-​qima*+ fuq il-​muntanji taʼ Ġuda, sabiex iġiegħel lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm ikollhom relazzjoni immorali,+ u sabiex ikeċċi lil Ġuda.+ 12  Imbagħad waslitlu kitba+ mingħand il-​profeta Elija,+ li tgħid: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ David, missierek tal-​qedem, ‘Talli ma mxejtx fit-​triqat taʼ Ġeħosafat,+ missierek, jew fit-​triqat t’Asa,+ is-​sultan taʼ Ġuda, 13  imma qed timxi fit-​triq tas-​slaten taʼ Israel+ u ġġiegħel lil Ġuda u lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm ikollhom relazzjoni immorali+ bl-​istess mod kif dar Aħab ġiegħlet lil oħrajn ikollhom relazzjoni immorali,+ u talli qtilt+ saħansitra lil ħutek stess, dawk taʼ dar missierek, li kienu aħjar minnek; 14  ara, Ġeħova se jolqot bil-​kbir+ lill-​poplu tiegħek,+ lil uliedek,+ lin-​nisa tiegħek, u lil kulma għandek. 15  U jkollok ħafna mard,+ u jimirdulek imsarnek, sakemm imsarnek joħorġulek barra minħabba l-​marda jum wara l-​ieħor.’”+ 16  Għaldaqstant, Ġeħova qajjem kontra Ġeħoram l-​ispirtu+ tal-​Filistin+ u taʼ l-​Għarab+ li kienu man-​naħa taʼ l-​Etjopjani.+ 17  Għalhekk, dawn telgħu għal Ġuda u daħlu fih bil-​forza u ħatfu taħt idejhom il-​ġid kollu li sabu fid-​dar+ tas-​sultan kif ukoll lil uliedu u lin-​nisa tiegħu,+ u ma kien baqagħlu ebda iben ħlief lil Ġeħogħaħaż,+ ibnu ż-​żgħir. 18  U wara dan kollu Ġeħova kkastigah b’marda fi msarnu li ma kienx hemm fejqan għaliha.+ 19  U ġara li jum wara l-​ieħor, meta kienu għaddew sentejn sħaħ, imsarnu+ ħarġulu barra matul il-​marda tiegħu, u miet bil-​mod il-​mod ibati b’dan il-​mard ikrah tiegħu; u l-​poplu tiegħu m’għamillux ħuġġieġa+ bħalma għamel għal missirijietu. 20  Tnejn u tletin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan tmien snin f’Ġerusalemm. Fl-​aħħar telaq bla ma ħadd għela għalih.+ Għalhekk, difnuh fil-​Belt taʼ David,+ imma mhux fil-​post fejn jindifnu s-​slaten.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.