2 Kronaki 2:1-18

2  Salamun issa ta l-​ordni biex tinbena dar+ għal isem Ġeħova+ u dar għas-​saltna tiegħu.+  Għaldaqstant, Salamun għadd sebgħin elf raġel li jġorru t-​tagħbija u tmenin elf raġel li jaqtgħu l-​ġebel mill-​muntanja,+ u bħala mgħallmin fuqhom tlett elef u sitt mija.+  Barra minn hekk, Salamun bagħat jgħid lil Ħiram,+ is-​sultan taʼ Tir: “Bħalma aġixxejt maʼ David,+ missieri, u bqajt tibgħatlu injam taċ-​ċedru biex jibni dar għalih biex jgħammar fiha,—  ara, jien qed nibni+ dar għal isem+ Ġeħova Alla tiegħi biex inqaddisha+ għalih, biex naħraq l-​inċens ifuħ+ quddiemu, bil-​ħobż preżentat f’saffi+ l-​ħin kollu u offerti tal-​ħruq fil-​għodu u fil-​għaxija,+ fis-​Sabatijiet,*+ f’kull qamar ġdid,+ u fl-​istaġuni tal-​festi+ għal Ġeħova Alla tagħna. Għal żmien indefinit*+ dan ikun obbligu fuq Israel.  U d-​dar li qed nibni tkun kbira,+ għax Alla tagħna hu akbar mill-​allat l-​oħrajn kollha.+  U min jistaʼ jkollu l-​qawwa biex jibnilu dar?+ Għax lanqas is-​smewwiet u s-​sema tas-​smewwiet ma jistgħu jesgħuh,+ u jien min jien+ biex nibnilu dar ħlief biex jiġi offrut quddiemu d-​duħħan tas-​sagrifiċċji?+  U issa ibgħatli raġel tas-​sengħa biex jaħdem fid-​deheb, fil-​fidda, fir-​ram aħmar,+ fil-​ħadid, u fis-​suf miżbugħ vjola ħamrani u krimżi u ħajt blu, u li jaf kif inaqqax, flimkien man-​nies tas-​sengħa li għandi hawnhekk f’Ġuda u f’Ġerusalemm u li ħatar David, missieri.+  U ibgħatli injam taċ-​ċedru,+ tal-​ġnibru,+ u tas-​sandlu+ mil-​Libanu,+ għax jien naf tajjeb li l-​qaddejja tiegħek għandhom l-​esperjenza biex jaqtgħu s-​siġar tal-​Libanu,+ (u, ara, il-​qaddejja tiegħi jaħdmu flimkien mal-​qaddejja tiegħek,)  saħansitra biex iħejjuli għadd kbir taʼ injam, għax id-​dar li qed nibni se tkun kbira, iva, b’mod taʼ l-​għaġeb. 10  U, ara, nagħti għoxrin elf kor+ qamħ u għoxrin elf kor xgħir, u għoxrin elf bat inbid,+ u għoxrin elf bat żejt bħala ikel lill-​qaddejja tiegħek, dawk li jiġbru l-​injam, dawk li jaqtgħu s-​siġar.” 11  U Ħiram, is-​sultan taʼ Tir,+ ta t-​tweġiba tiegħu bil-​kitba u bagħatha lil Salamun: “Minħabba li Ġeħova ħabb+ lin-​nies tiegħu, lilek għamlek sultan fuqhom.”+ 12  U Ħiram issokta jgħid: “Ikun imbierek Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ li għamel is-​smewwiet u l-​art,+ talli lil David, is-​sultan, tah iben għaref, mogħni bl-​għaqal u bl-​abbiltà li jifhem,+ li se jibni dar għal Ġeħova u dar għas-​saltna tiegħu.+ 13  U issa nibgħat raġel tas-​sengħa, mogħni bl-​abbiltà li jifhem, Ħiram-abi,+ 14  bin mara minn ulied Dan imma li missieru kien raġel minn Tir, taʼ l-​esperjenza, biex jaħdem fid-​deheb u fil-​fidda, fir-​ram aħmar,+ fil-​ħadid, fil-​ġebel+ u fl-​injam, fis-​suf miżbugħ vjola ħamrani,+ fil-​ħajt blu,+ fid-​drapp fin,+ fil-​krimżi,+ biex inaqqax kull tip taʼ tinqix,+ u biex ifassal kull tip taʼ proġett+ li jingħatalu flimkien man-​nies tas-​sengħa tiegħek u n-​nies tas-​sengħa taʼ sidi David, missierek. 15  U issa l-​qamħ u x-​xgħir, iż-​żejt u l-​inbid li wiegħed sidi, ħa jibgħathom lill-​qaddejja tiegħu.+ 16  U aħna se naqtgħu s-​siġar+ mil-​Libanu skond kulma teħtieġ int,+ u nġibuhomlok bħala ċattri bil-​baħar+ sa Ġaffa,+ u int, min-​naħa tiegħek, ittellagħhom sa Ġerusalemm.” 17  Imbagħad Salamun għadd l-​irġiel kollha li kienu residenti barranin u li kienu fl-​art taʼ Israel,+ wara ċ-​ċensiment tagħhom li kien sar minn David, missieru;+ u nstab li kien hemm mija u tlieta u ħamsin elf u sitt mija. 18  Għalhekk, lil sebgħin elf minnhom għamilhom iġorru t-​tagħbija+ u tmenin elf jaqtgħu l-​ġebel+ mill-​muntanja u tlett elef u sitt mitt mgħallem biex jaraw li n-​nies qed iwettqu xogħolhom.+

Noti taʼ taħt

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.