2 Kronaki 19:1-11

19  Imbagħad Ġeħosafat, is-​sultan taʼ Ġuda, mar lura bis-​sliem+ lejn daru f’Ġerusalemm.  Issa Ġeħu,+ bin Ħanani+ l-​viżjonarju,+ ħareġ quddiem is-​Sultan Ġeħosafat u qallu: “Għandha l-​għajnuna tingħata lil dawk mill-​agħar,+ u għandek int tħobb lil dawk li jobogħdu+ lil Ġeħova?+ Għax minħabba f’hekk ġibt fuqek l-​għadab+ taʼ Ġeħova nnifsu.  Minkejja dan, instabu fik xi affarijiet tajbin,+ għaliex int qridt l-​arbli sagri mill-​pajjiż+ u ħejjejt qalbek biex tfittex lill-​Alla l-​veru.”+  U Ġeħosafat baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm; u reġaʼ beda jmur qalb in-​nies minn Bir-​xeba+ sar-​reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ sabiex ireġġagħhom lura lejn Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom.+  U qiegħed imħallfin mal-​pajjiż kollu fil-​bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda, belt belt.+  U qal lill-​imħallfin: “Araw x’qed tagħmlu,+ għaliex m’intomx tiġġudikaw għall-​bniedem imma għal Ġeħova;+ u hu jkun magħkom meta tiġġudikaw.+  U issa ħa jkun fuqkom il-​biżaʼ+ minn Ġeħova.+ Oqogħdu attenti u aġixxu,+ għax maʼ Ġeħova Alla tagħna m’hemmx inġustizzja+ jew parzjalità+ u lanqas jaċċetta tixħim.”+  U Ġeħosafat qiegħed f’Ġerusalemm lil xi wħud mil-​Leviti+ u mill-​qassisin+ u lil xi wħud mill-​kapijiet tal-​familji taʼ Israel, min-​naħa tal-​missier,+ biex jiġġudikaw+ f’isem Ġeħova u għall-​kawżi legali+ taʼ l-​abitanti taʼ Ġerusalemm.  Barra minn hekk, ikkmandahom u qalilhom: “Hekk għandkom tagħmlu, bil-​biżaʼ+ minn Ġeħova, b’fedeltà, u b’qalb sħiħa. 10  U f’kull kawża legali, li tiġi għandkom mingħand ħutkom li qed jgħammru fi bliethom, li tkun tinvolvi t-​tixrid taʼ demm,+ u li tkun tinvolvi l-​liġi,+ il-​kmandamenti,+ ir-​regolamenti,+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji,+ wissuhom biex ma jidinbux kontra Ġeħova ħalli ma jkollux għalfejn jagħdab+ kontrikom u kontra ħutkom. Hekk għandkom tagħmlu sabiex ma jkollkomx ħtija. 11  U, ara, Amarija, il-​qassis ewlieni, ikun fuqkom għal kull kwistjoni taʼ Ġeħova;+ u Żebadija, bin Ismagħel, il-​mexxej tad-​dar taʼ Ġuda, għal kull kwistjoni tas-​sultan; u bħala uffiċjali hemm il-​Leviti għad-​dispożizzjoni tagħkom. Agħmlu l-​ħila+ u aġixxu, u ħalli Ġeħova+ jbierek l-​affarijiet tajbin li tagħmlu.”+

Noti taʼ taħt