2 Kronaki 18:1-34

18  U Ġeħosafat kellu rikkezzi u glorja bl-​abbundanza;+ imma tħallat b’rabta taż-​żwieġ+ m’Aħab.+  Għalhekk, snin wara niżel is-​Samarija+ għand Aħab; u Aħab offra bħala sagrifiċċju nagħaġ+ u baqar bl-​abbundanza għalih u għan-​nies li kienu miegħu. U beda jħajru+ biex jitlaʼ kontra Ramot-gilegħad.+  U Aħab, is-​sultan taʼ Israel, qal lil Ġeħosafat, is-​sultan taʼ Ġuda: “Tiġi miegħi Ramot-gilegħad?”+ Wieġbu: “Jien għal miegħek, u n-​nies tiegħi għal man-​nies tiegħek u miegħek fil-​gwerra.”+  Madankollu, Ġeħosafat qal lis-​sultan taʼ Israel: “Jekk jogħġbok, qabel xejn staqsi+ x’inhi l-​kelma taʼ Ġeħova.”  Għalhekk, is-​sultan taʼ Israel ġabar lill-​profeti+ flimkien, erbaʼ mitt raġel, u qalilhom: “Għandna aħna mmorru għall-​gwerra kontra Ramot-gilegħad, jew noqgħod lura?”+ U bdew jgħidulu: “Itlaʼ, u l-​Alla l-​veru jagħtiha f’idejn is-​sultan.”  Imma Ġeħosafat qal: “Hawnhekk m’għadx hawn profeta taʼ Ġeħova?+ Mela ħa nistaqsu permezz tiegħu.”+  Għal dan, is-​sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat:+ “Għad fadal raġel wieħed+ li permezz tiegħu nistgħu nistaqsu lil Ġeħova, imma jien nobogħdu,+ għax hu mhux qed jipprofetizza dwari għat-​tajjeb, imma, tul jiemu kollha, għall-​ħażin.+ Dan hu Mikaja, bin Imla.”+ Madankollu, Ġeħosafat qal: “Ħa ma jgħidx ħaġa bħal din is-​sultan.”+  Għaldaqstant, is-​sultan taʼ Israel sejjaħ lil uffiċjal tal-​palazz+ u qallu: “Ġib malajr lil Mikaja, bin Imla.”+  Issa s-​sultan taʼ Israel u Ġeħosafat, is-​sultan taʼ Ġuda, kienu bil-​qiegħda kull wieħed fuq it-​tron tiegħu, lebsin ilbies irjali,+ u kienu bil-​qiegħda fil-​qiegħa tad-​dris fid-​daħla tal-​bieb tas-​Samarija; u l-​profeti kollha kienu qed jaġixxu bħala profeti quddiemhom.+ 10  Imbagħad Sedekija, bin Kengħana, għamel qrun+ tal-​ħadid u qal: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘B’dawn se timbotta lis-​Sirjani sakemm teqridhom għalkollox.’”+ 11  U l-​profeti l-​oħrajn kollha bdew jipprofetizzaw bħalu, u jgħidu: “Itlaʼ Ramot-gilegħad u tirnexxi,+ u Ġeħova żgur jagħtiha f’idejn is-​sultan.”+ 12  U l-​messaġġier li mar isejjaħ lil Mikaja qallu: “Ara! Il-​profeti kollha qed jgħidu li s-​sultan se jaħbatlu tajjeb; u ħa tkun kelmtek, jekk jogħġbok, bħal wieħed minnhom,+ u tkellem it-​tajjeb.”+ 13  Imma Mikaja qal: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ dak li jgħid Alla tiegħi, dak se ngħid.”+ 14  Imbagħad daħal għand is-​sultan, u s-​sultan qallu: “Mikaja, immorru Ramot-gilegħad għall-​gwerra, jew noqgħod lura?” Minnufih qallu: “Itlaʼ u tirnexxi; u huma jingħataw f’idejkom.”+ 15  Għal dan, is-​sultan qallu: “Kemm-il darba rrid inġiegħlek taħlef+ li m’għandek tgħidli xejn ħlief il-​verità f’isem Ġeħova?”+ 16  Għalhekk, qallu: “Li qed nara żgur hu lill-​Israelin kollha mxerrdin fuq il-​muntanji, bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.+ U Ġeħova qal: ‘Dawn m’għandhomx sidien.+ Ħallihom imorru lura kull wieħed lejn daru fis-​sliem.’”+ 17  Imbagħad is-​sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “M’għedtlekx jien, ‘Se jipprofetizza dwari affarijiet ħżiena, mhux tajbin’?”+ 18  U ssokta jgħid: “Għaldaqstant isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova:+ Li qed nara żgur hu lil Ġeħova bil-​qiegħda fuq it-​tron tiegħu+ u l-​armata+ kollha tas-​smewwiet wieqfa fuq il-​lemin u fuq ix-​xellug tiegħu.+ 19  U Ġeħova qal, ‘Min se jidħaq b’Aħab, is-​sultan taʼ Israel, sabiex jitlaʼ u jaqaʼ f’Ramot-gilegħad?’ U kien hemm ħafna diskors, u min beda jgħid ħaġa, u min beda jgħid oħra.+ 20  Fl-aħħar, spirtu+ minnhom ħareġ u waqaf quddiem Ġeħova u qal, ‘Jien nidħaq bih.’ U Ġeħova qallu, ‘Kif?’+ 21  U dak qallu, ‘Immur u nsir spirtu qarrieq f’fomm il-​profeti kollha tiegħu.’+ Għalhekk, qal, ‘Se tidħaq bih, u iktar minn hekk, se tirbaħ.+ Mur u agħmel hekk.’+ 22  U issa Ġeħova qiegħed spirtu qarrieq f’fomm dawn il-​profeti tiegħek;+ imma Ġeħova ddikjara gwaj dwarek.”+ 23  Issa Sedekija,+ bin Kengħana,+ resaq u ta daqqa taʼ ħarta+ lil Mikaja+ u qallu: “Eżattament minfejn għadda l-​ispirtu taʼ Ġeħova mingħandi biex jitkellem miegħek?”+ 24  U Mikaja qallu: “Ara! Dakinhar+ li tidħol fil-​kamra taʼ ġewwanett biex tinħeba se tara minfejn.”+ 25  Imbagħad is-​sultan taʼ Israel qal: “Ħudu lil Mikaja u agħtuh lura lil Amon, il-​kap tal-​belt, u lil Ġowas, bin is-​sultan.+ 26  U għidulhom, ‘Hekk qal is-​sultan: “Lil dan itfgħuh il-​ħabs+ u agħtuh jiekol porzjon iżgħar taʼ ħobż+ u naqqsulu l-​porzjon taʼ l-​ilma sakemm niġi lura fis-​sliem.”’”+ 27  Għal dan, Mikaja qal: “Jekk tassew terġaʼ lura fis-​sliem, Ġeħova ma kellimnix.”+ U żied: “Isimgħu, O popli kollha.”+ 28  U s-​sultan taʼ Israel u Ġeħosafat, is-​sultan taʼ Ġuda, telgħu Ramot-gilegħad.+ 29  Issa s-​sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “Jien se nilbes b’mod li ma nintgħarafx+ u nidħol fil-​battalja, imma int ilbes ħwejġek.”+ Għaldaqstant, is-​sultan taʼ Israel biddel, u mbagħad daħlu fil-​battalja.+ 30  Min-naħa tiegħu, is-​sultan tas-​Sirja kien ikkmanda lill-​kapijiet tal-​karrijiet tiegħu: “Tiġġildux maż-​żgħir u lanqas mal-​kbir, imma mas-​sultan taʼ Israel biss.”+ 31  U ġara li, malli l-​kapijiet tal-​karrijiet raw lil Ġeħosafat, huma qalu bejnhom u bejn ruħhom: “Dan hu s-​sultan taʼ Israel.”+ Għalhekk, daru għalih biex jiġġildulu; u Ġeħosafat beda jgħajjat għall-​għajnuna,+ u Ġeħova għenu,+ u Alla minnufih begħedhom minnu.+ 32  Hekk kif il-​kapijiet tal-​karrijiet raw li ma kienx is-​sultan taʼ Israel, minnufih telqu minn warajh.+ 33  U kien hemm raġel li ġibed il-​qaws bla ħsieb taʼ xejn, u laqat+ lis-​sultan taʼ Israel bejn il-​kurazza u partijiet oħrajn taʼ l-​armatura, u għalhekk dan qal lis-​sewwieq tal-​karru:+ “Dawwar u oħroġni mill-​kamp, għax ġejt ferut serjament.”+ 34  U l-​battalja baqgħet tiħrax dakinhar, u s-​sultan taʼ Israel kellu jinżamm wieqaf fil-​karru faċċata tas-​Sirjani sa fil-​għaxija; u miet bil-​mod il-​mod hi u nieżla x-​xemx.+

Noti taʼ taħt