2 Kronaki 16:1-14

16  Fis-sena sitta u tletin tar-​renju t’Asa, Bagħsa,+ is-​sultan taʼ Israel, telaʼ kontra Ġuda u beda jibni Rama,+ sabiex ma jħalli lil ħadd joħroġ mingħand Asa, is-​sultan taʼ Ġuda, jew jidħol għandu.+  Asa issa ħareġ il-​fidda u d-​deheb mit-​teżori tad-​dar taʼ Ġeħova+ u tad-​dar tas-​sultan+ u bagħat jgħid lil Ben-ħadad,+ is-​sultan tas-​Sirja,+ li kien jgħammar f’Damasku:+  “Hemm patt bejni u bejnek u bejn missieri u missierek. Ara, jien qed nibgħatlek il-​fidda u d-​deheb. Mur u ikser il-​patt tiegħek maʼ Bagħsa,+ is-​sultan taʼ Israel, sabiex jitlaq minn hawnhekk.”+  Għalhekk, Benħadad semaʼ mis-​Sultan Asa u bagħat lill-​kapijiet tal-​qawwiet militari tiegħu kontra l-​bliet taʼ Israel, u b’hekk ħabtu għal Ijon,+ Dan,+ u Abel-majm,+ u għall-​imħażen+ kollha tal-​bliet taʼ Naftali.+  U ġara li, malli Bagħsa semaʼ b’dan, minnufih hu waqaf jibni Rama u waqqaf ix-​xogħol tiegħu.+  U Asa, is-​sultan, ħa lil Ġuda kollu,+ u huma ġarrew il-​ġebel taʼ Rama+ u l-​injam tagħha, li Bagħsa kien bena bihom,+ u użahom biex jibni Geba+ u Mispa.+  U dak iż-​żmien Ħanani+ l-​veġġent* ġie għand Asa, is-​sultan taʼ Ġuda, u qallu: “Talli striħajt fuq is-​sultan tas-​Sirja+ u ma striħajtx fuq Ġeħova Alla tiegħek,+ il-​qawwa militari tas-​sultan tas-​Sirja ħarbitlek minn idejk.  Ma kinux l-​Etjopjani+ u l-​Libjani+ qawwa militari kbira ferm daqskemm kienu kotrana, daqskemm kellhom karrijiet u rikkieba taż-​żwiemel;+ u talli striħajt fuq Ġeħova ma tahomlokx f’idejk?+  Għax għajnejn+ Ġeħova jiġru ’l hemm u ’l hawn maʼ l-​art+ kollha biex juri s-​saħħa tiegħu għan-​nom taʼ dawk li qalbhom+ hi sħiħa lejh. Int tbellaht+ f’dan, għax minn issa ’l quddiem ikun hemm il-​gwerer kontrik.”+ 10  Madankollu, Asa ħassu offiż b’dak li qallu l-​veġġent u tefgħu l-​ħabs u qiegħdu fil-​qjud,+ għax kien inkorlat miegħu minħabba dan.+ U dik il-​ħabta Asa beda jaħqar+ lil xi wħud oħrajn mill-​poplu. 11  U, ara, il-​ġrajjiet t’Asa, mill-​bidu sa l-​aħħar, huma miktubin fil-​Ktieb+ tas-​Slaten taʼ Ġuda u taʼ Israel. 12  U fis-​sena disgħa u tletin tar-​renju tiegħu, lil Asa ħarġitlu marda f’saqajh sakemm marad ħafna;+ u saħansitra meta kien marid ma fittixx lil Ġeħova+ imma lil dawk li kienu jfejqu.+ 13  Fl-aħħar, Asa mtedd maʼ missirijietu+ u miet fis-​sena wieħed u erbgħin tar-​renju tiegħu. 14  Għalhekk, difnuh fil-​post grandjuż tad-​dfin+ li hu ħaffer għalih stess fil-​Belt taʼ David;+ u meddewh fis-​sodda li kienu mlew biż-​żejt tal-​balzmu+ u b’tipi differenti taʼ ingwenti+ mħalltin f’ingwent speċjali.+ Barra minn hekk, għamlulu ħuġġieġa+ tal-​funeral kbira b’mod straordinarju.

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sa 9:9.