2 Kronaki 15:1-19

15  Issa l-​ispirtu+ t’Alla ġie fuq Għażarija, bin Għoded.+  Għaldaqstant ħareġ quddiem Asa u qallu: “Isimgħuni O Asa u intom ilkoll nies taʼ Ġuda u Benjamin! Ġeħova jkun magħkom sakemm intom tkunu miegħu;+ u jekk tfittxuh,+ iħallikom issibuh, imma jekk titilquh, jitlaqkom.+  U kienu ħafna l-​jiem li Israel+ kien mingħajr Alla veru u mingħajr qassis li jgħallem+ u mingħajr Liġi.  Imma meta fin-​niket tagħhom+ reġgħu lura lejn Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ u fittxewh, hu ħalliehom isibuh.+  U f’dawk iż-​żminijiet ma kienx hemm sliem għal min joħroġ jew għal min jidħol,+ għaliex kien hemm ħafna taħwid fost l-​abitanti kollha taʼ l-​artijiet.+  U tfarrku, ġens kontra ġens+ u belt kontra belt, għaliex Alla żammhom fit-​taħwid b’kull xorta taʼ niket.+  U intom kunu kuraġġużi,+ u tħallux idejkom jintelqu,+ għax se tiġu premjati għall-​għemejjel tagħkom.”+  U malli Asa semaʼ dan il-​kliem u l-​profezija tal-​profeta Għoded,+ għamel il-​kuraġġ u ġiegħel li l-​affarijiet moqżieża+ jgħibu mill-​art kollha taʼ Ġuda u taʼ Benjamin u mill-​bliet li kien rebaħ mir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ u ġedded l-​artal taʼ Ġeħova li kien hemm quddiem il-​loġġa taʼ Ġeħova.+  U beda jiġbor flimkien lin-​nies kollha taʼ Ġuda u Benjamin+ u lir-​residenti barranin+ li kien hemm magħhom minn Efrajm u Manasse u Simegħon, għax dawn kienu telqu f’għadd kbir lil Israel u marru miegħu meta raw li Ġeħova Alla tiegħu kien miegħu.+ 10  Għalhekk, inġabru flimkien f’Ġerusalemm fit-​tielet xahar tas-​sena ħmistax tar-​renju t’Asa. 11  Imbagħad dakinhar offrew sagrifiċċji lil Ġeħova mill-​priża li kienu ġabu, sebaʼ mitt baqra u sebat elef nagħġa. 12  Iżjed minn hekk, huma daħlu f’patt+ biex ifittxu lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom, b’qalbhom kollha u b’ruħhom kollha;+ 13  li kulmin ma jfittixx lil Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, għandu jingħata l-​mewt,+ sew jekk żgħir u sew jekk kbir,+ sew jekk raġel u sew jekk mara.+ 14  Għalhekk, ħalfu+ lil Ġeħova b’leħen għoli u b’għajat taʼ ferħ u bit-​trumbetti u bil-​qrun. 15  U Ġuda kollu beda jifraħ+ minħabba l-​ħalfa; għax kien b’qalbhom kollha li ħalfu u, min-​naħa tagħhom, urew li kienet l-​għaxqa tagħhom li jfittxuh, u b’hekk ħalliehom isibuh;+ u Ġeħova kompla jagħtihom il-​mistrieħ minn kullimkien.+ 16  Anki lil nanntu Magħka,+ Asa, is-​sultan,+ neħħieha minn sultana omm,*+ għax kienet għamlet idolu moqżież għall-​qima taʼ l-​arblu sagru;+ u Asa qaċċat l-​idolu moqżież tagħha+ u taħnu u ħarqu+ fil-​wied* taʼ Kidron.+ 17  Imma l-​postijiet għall-​qima*+ m’għabux minn Israel.+ Biss qalb Asa baqgħet sħiħa tul jiemu kollha.+ 18  U daħħal fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru l-​affarijiet li tqaddsu minn missieru u l-​affarijiet+ li qaddes hu stess, fidda u deheb u għodod.+ 19  U ma seħħewx gwerer sas-​sena ħamsa u tletin tar-​renju t’Asa.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “is-​sinjura.”
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-​għoli.”