2 Kronaki 14:1-15

14  Fl-aħħar, Abija mtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh fil-​Belt taʼ David;+ u ibnu Asa+ beda jsaltan minfloku. Fi żmienu l-​art ma kellhiex tfixkil+ għal għaxar snin.  U Asa għamel dak li hu tajjeb u sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħu.  Għalhekk, neħħa l-​artali barranin+ u l-​postijiet għall-​qima*+ u kisser il-​pilastri sagri+ u qaċċat l-​arbli sagri.+  Barra minn hekk, qal lil Ġuda biex ifittxu+ lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom, u biex jobdu l-​liġi+ u l-​kmandamenti.+  Għaldaqstant neħħa mill-​bliet kollha taʼ Ġuda l-​postijiet għall-​qima u l-​artali taʼ l-​inċens;+ u taħtu s-​saltna baqgħet bla tfixkil.+  U bena bliet fortifikati f’Ġuda,+ għax l-​art ma kellhiex tfixkil; u ma kien hemm ebda gwerra kontrih matul dawn is-​snin, għax Ġeħova tah il-​mistrieħ.+  Għalhekk, qal lil Ġuda: “Ejja nibnu dawn il-​bliet u nagħmlu s-​swar+ madwarhom u torrijiet,+ u bibien doppji u staneg.+ L-​art għadha għad-​dispożizzjoni tagħna, għaliex aħna fittixna lil Ġeħova Alla tagħna.+ Aħna fittixnieh, u hu tana l-​mistrieħ minn kullimkien.”+ U bnew u rnexxew.+  U Asa kellu qawwa militari li jġorru t-​tarka l-​kbira+ u l-​lanza,+ tliet mitt elf minn Ġuda.+ U minn Benjamin dawk li jġorru t-​tarka ż-​żgħira u jilwu l-​qaws+ kienu mitejn u tmenin elf.+ Dawn kollha kienu rġiel qalbenin u setgħanin.  Iktar tard, Żeraħ l-​Etjopjan+ ħareġ kontrihom b’qawwa militari taʼ miljun raġel+ u tliet mitt karru, u wasal sa Maresah.+ 10  Imbagħad Asa ħareġ kontrih u huma tqassmu għall-​battalja fil-​wied taʼ Sefata f’Maresah. 11  U Asa beda jsejjaħ lil Ġeħova Alla tiegħu+ u jgħid: “O Ġeħova, biex tgħinna, għalik ma jimpurtax jekk ikunux ħafna jew bla qawwa.+ Għinna, O Ġeħova Alla tagħna, għax fuqek nistrieħu aħna,+ u f’ismek+ ġejna kontra din il-​kotra. O Ġeħova, int Alla tagħna.+ Tħallix li l-​bniedem mortali jkun iktar b’saħħtu minnek.”+ 12  Għal dan, Ġeħova għeleb+ lill-​Etjopjani quddiem Asa u quddiem Ġuda, u l-​Etjopjani ħarbu. 13  U Asa u n-​nies li kienu miegħu baqgħu jiġru warajhom sa Gerar,+ u l-​Etjopjani baqgħu jaqgħu sakemm ma kien għad baqaʼ ħadd minnhom ħaj; għax tfarrku quddiem Ġeħova+ u quddiem il-​kamp tiegħu.+ Imbagħad huma ġarrew priża kbira ħafna.+ 14  Barra minn hekk, ħabtu għall-​bliet kollha taʼ madwar Gerar, għax waqaʼ fuqhom il-​biżaʼ+ minn Ġeħova; u ħatfu kulma sabu fil-​bliet kollha, għax kien hemm priża kbira fihom.+ 15  U ħabtu saħansitra għat-​tined+ taʼ dawk li kellhom il-​bhejjem, u b’hekk ħadu taħt idejhom+ għadd kbir taʼ mrieħel, kif ukoll iġmla,+ u mbagħad reġgħu lura lejn Ġerusalemm.

Noti taʼ taħt

Letteralment “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.