Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

2 Kronaki 13:1-22

13  Fis-sena tmintax tas-Sultan Ġerobogħam, Abija beda jsaltan fuq Ġuda.+  Dam isaltan tliet snin f’Ġerusalemm, u ommu kien jisimha Mikaja,*+ bint Urijel minn Gibegħa.+ U kien hemm gwerra bejn Abija u Ġerobogħam.+  Għalhekk, Abija ggwerra b’qawwa militari t’erbaʼ mitt elf gwerrier setgħan,+ irġiel magħżulin. U Ġerobogħam ħareġ għall-battalja kontrih bi tmien mitt elf raġel magħżul, irġiel qalbenin u setgħanin.+  Abija, li kien fuq il-Muntanja Semarajm, fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ issa qam u qal: “Isimgħuni, O Ġerobogħam u Israel kollu.  Ma jmisskomx tafu li Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, lil David+ tah saltna fuq Israel għal żmien indefinit,+ lilu u lil uliedu,+ b’patt tal-melħ?+  U Ġerobogħam,+ bin Nebat, il-qaddej+ taʼ Salamun, bin David, qam u rribella+ kontra sidu.+  U rġiel li jħobbu jitgħażżnu,+ li m’huma tajbin għal xejn,+ inġabru miegħu. U kienu superjuri għal Reħobogħam, bin Salamun, meta Reħobogħam+ kien żagħżugħ u beżżiegħ,+ u ma felaħx jiqfilhom.  “U issa intom qed taħsbu biex tieqfu kontra s-saltna taʼ Ġeħova f’idejn ulied David,+ meta intom kotra kbira+ u għandkom magħkom l-għoġiela tad-deheb li Ġerobogħam għamlilkom bħala allat.+  Ma keċċejtuhomx intom lill-qassisin taʼ Ġeħova,+ ulied Aron, u l-Leviti, u qed tagħmlu għalikom qassisin bħan-nies tal-pajjiżi l-oħrajn?+ U kulmin ġie u ħa s-setgħa f’idu billi offra barri żgħir u sebaʼ mtaten sar qassis taʼ dawk li m’humiex allat.+ 10  Imma aħna, Ġeħova hu Alla tagħna,+ u ma tlaqniehx; u l-qassisin, ulied Aron, qed jaqdu lil Ġeħova, kif ukoll il-Leviti qed jaqdu fix-xogħol tagħhom.+ 11  U qed jaħarqu* l-offerti tal-ħruq lil Ġeħova kull fil-għodu u kull fil-għaxija,+ kif ukoll l-inċens ifuħ;+ u s-saffi tal-ħobż qegħdin fuq il-mejda tad-deheb pur,+ u hemm il-gandlier+ tad-deheb u l-imsiebaħ tiegħu biex jinxtegħlu kull fil-għaxija;+ għaliex aħna qed inħarsu l-obbligu+ li għandna lejn Ġeħova Alla tagħna, imma intom tlaqtuh.+ 12  U, ara, magħna hemm, fuq quddiem, l-Alla l-veru+ bil-qassisin tiegħu+ u bit-trumbetti tas-sinjal+ biex isemmgħu l-allarm tal-battalja kontrikom. O wlied Israel, tiġġildux kontra Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom,+ għax ma tirnexxux.”+ 13  U Ġerobogħam, min-naħa tiegħu, bagħat nies bil-moħbi biex jiġu minn warajhom, u b’hekk huma kienu quddiem Ġuda, u n-nies moħbijin kienu warajhom.+ 14  Meta dawk taʼ Ġuda daru, iva, il-battalja kienet minn quddiem u minn wara.+ U bdew jgħajtu lil Ġeħova,+ waqt li l-qassisin kienu qed idoqqu t-trumbetti b’ħoss qawwi. 15  U l-irġiel taʼ Ġuda nfexxew jgħajtu għajta tal-gwerra.+ U ġara li, meta l-irġiel taʼ Ġuda għajtu għajta tal-gwerra, l-Alla l-veru nnifsu għeleb+ lil Ġerobogħam u lil Israel kollu quddiem Abija+ u Ġuda. 16  U wlied Israel ħarbu minn quddiem Ġuda, u mbagħad Alla rħiehom f’idejhom.+ 17  U Abija u n-nies tiegħu ħabtu għalihom u l-qatla kienet kbira ferm; u ħames mitt elf raġel magħżul taʼ Israel waqgħu mejtin. 18  B’hekk, ulied Israel ġew umiljati dakinhar, imma wlied Ġuda kienu superjuri għaliex straħu+ fuq Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom. 19  U Abija baqaʼ jiġri wara Ġerobogħam u ħadlu xi bliet, Betel+ u l-bliet li jiddependu minnha, Ġesana u l-bliet li jiddependu minnha, u Efrajn u l-bliet li jiddependu minnha.+ 20  U Ġerobogħam ma kienx baqagħlu qawwa+ iktar fi żmien Abija; imma Ġeħova laqtu,+ u b’hekk miet. 21  U Abija baqaʼ jissaħħaħ.+ Maż-żmien iżżewweġ erbatax-il mara,+ u nissel tnejn u għoxrin tifel+ u sittax-il tifla. 22  U l-bqija tal-ġrajjiet t’Abija, triqatu u kliemu, huma miktubin fir-rakkont tal-profeta Iddo.+

Noti taʼ taħt

“Magħka” fit-2Kr 11:20-22 u fl-1Sl 15:2.
Letteralment, “jagħmlu jdaħħnu.”