2 Kronaki 12:1-16

12  U ġara li, malli s-​saltna tiegħu kienet stabbilita fis-​sod+ u malli kien issaħħaħ, Reħobogħam telaq il-​liġi taʼ Ġeħova,+ kif ukoll Israel+ kollu miegħu.  U ġara fil-​ħames sena tas-​Sultan Reħobogħam+ li Sisak,+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu, telaʼ kontra Ġerusalemm, (għax huma ma wrewx fedeltà lejn Ġeħova,)+  b’elf u mitejn karru+ u b’sittin elf rikkieb taż-​żwiemel; u n-​nies li ħarġu miegħu mill-​Eġittu ma jingħaddux+—Libjani,+ Sukkijin, u Etjopjani.+  U ħa taħt idejh il-​bliet fortifikati taʼ Ġuda+ u fl-​aħħar wasal saħansitra sa Ġerusalemm.+  Issa l-​profeta Semajja+ mar għand Reħobogħam u l-​prinċpijiet taʼ Ġuda li kienu nġabru f’Ġerusalemm minħabba Sisak, u qalilhom: “Hekk qal Ġeħova, ‘Intom, min-​naħa tagħkom, tlaqtuni,+ u jien, ukoll, min-​naħa tiegħi, tlaqtkom+ f’idejn Sisak.’”  Għal dan, il-​prinċpijiet taʼ Israel u s-​sultan umiljaw+ ruħhom u qalu: “Ġeħova hu ġust.”+  U meta Ġeħova ra+ li kienu umiljaw ruħhom, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Semajja,+ tgħid: “Huma umiljaw ruħhom.+ M’iniex se neqridhom, u fi ftit żmien ieħor nipprovdilhom mezz biex jaħarbu, u l-​korla tiegħi ma tissawwabx fuq Ġerusalemm b’id Sisak.+  Imma jsiru qaddejja tiegħu,+ sabiex jagħrfu x’inhi d-​differenza bejn li jaqdu lili+ u li jaqdu lis-​saltniet taʼ l-​artijiet.”+  Għalhekk, Sisak,+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu, telaʼ kontra Ġerusalemm u ħa t-​teżori tad-​dar taʼ Ġeħova+ u t-​teżori tad-​dar tas-​sultan.+ Kollox ħa; u għalhekk ħa t-​tarki tad-​deheb li kien għamel Salamun.+ 10  Għaldaqstant, is-​Sultan Reħobogħam għamel minflokhom tarki tar-​ram aħmar, u ħalliehom f’idejn il-​kapijiet tal-​ġerrejja,+ l-​għassiesa+ mal-​bieb taʼ dar is-​sultan.+ 11  U kulmeta s-​sultan kien imur fid-​dar taʼ Ġeħova, il-​ġerrejja kienu jidħlu u jġorruhom, u jiħduhom lura fil-​kamra tal-​ġerrejja.+ 12  U peress li umilja ruħu, ir-​rabja taʼ Ġeħova reġgħet lura minn fuqu,+ u ma qeridhomx għalkollox.+ U, minbarra dan, kien hemm affarijiet tajbin f’Ġuda.+ 13  U s-​Sultan Reħobogħam baqaʼ jsaħħaħ il-​pożizzjoni tiegħu f’Ġerusalemm u baqaʼ jsaltan; għax Reħobogħam+ kellu wieħed u erbgħin sena meta beda jsaltan, u dam isaltan sbatax-il sena f’Ġerusalemm, il-​belt+ li Ġeħova kien għażel mit-​tribujiet kollha taʼ Israel biex iqiegħed ismu hemmhekk.+ U ommu kien jisimha Nagħma+ l-​Għammonija.+ 14  Imma hu għamel dak li hu ħażin,+ għax ma kienx dawwar qalbu bis-​sħiħ biex ifittex lil Ġeħova.+ 15  U l-​ġrajjiet taʼ Reħobogħam, mill-​bidu sa l-​aħħar,+ m’humiex dawn miktubin fost il-​kliem taʼ Semajja,+ il-​profeta, u taʼ Iddo,+ il-​viżjonarju, skond ir-​reġistrazzjoni tal-​linja ġenealoġika? U l-​gwerer bejn Reħobogħam+ u Ġerobogħam+ ma waqfux. 16  Fl-aħħar, Reħobogħam imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fil-​Belt taʼ David;+ u ibnu Abija+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt