Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

2 Kronaki 11:1-23

11  Meta Reħobogħam wasal Ġerusalemm,+ hu fil-pront laqqaʼ d-dar taʼ Ġuda u taʼ Benjamin,+ mija u tmenin elf raġel mill-aqwa li kienu b’saħħithom għall-gwerra,+ biex jiġġieldu kontra Israel, sabiex is-saltna tinġieb lura għand Reħobogħam.  Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Semajja,+ il-bniedem taʼ l-Alla l-veru, tgħid:  “Kellem lil Reħobogħam, bin Salamun is-sultan taʼ Ġuda,+ u lil Israel kollu f’Ġuda u f’Benjamin, u għidlu,  ‘Hekk qal Ġeħova: “Titilgħux tiġġieldu kontra ħutkom.+ Morru lura, kull wieħed lejn daru, għax kien minni li seħħet din il-ħaġa.”’”+ Għalhekk, huma obdew il-kelma taʼ Ġeħova, u ma marrux kontra Ġerobogħam.+  U Reħobogħam baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm u bena bliet fortifikati f’Ġuda.  B’hekk, hu reġaʼ bena Betlehem,+ Għetam,+ Tekogħa,+  Bet-sur,+ Soko,+ Għadullam,+  Gat,+ Maresah,+ Żif,+  Adorajm, Lakis,+ Għażeka,+ 10  Sorgħa,+ Ajjalon,+ u Ħebron,+ bliet fortifikati, li kienu f’Ġuda u f’Benjamin. 11  Iżjed minn hekk, saħħaħ il-postijiet fortifikati+ u poġġa mexxejja+ fihom u provvisti taʼ ikel, żejt, u nbid, 12  u fil-bliet differenti kollha tarki kbar+ u lanez;+ u saħħaħhom bil-kbir. U Ġuda u Benjamin baqgħu tiegħu. 13  U l-qassisin u l-Leviti li kien hemm f’Israel kollu ħadu l-pożizzjoni tagħhom għal miegħu mit-territorji kollha tagħhom. 14  Għax il-Leviti ħallew il-mergħat tagħhom+ u kulma kellhom+ u marru Ġuda u Ġerusalemm,+ għaliex Ġerobogħam+ u wliedu ma ħallewhomx jaqdu+ lil Ġeħova bħala qassisin. 15  U hu ħatar qassisin fil-postijiet għall-qima*+ biex jaqdu lid-demonji*+ u l-għoġiela li kien għamel.+ 16  U warajhom, mit-tribujiet kollha taʼ Israel, dawk li kienu minn qalbhom qed ifittxu lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, marru lejn Ġerusalemm+ biex joffru sagrifiċċji+ lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom. 17  U baqgħu jsaħħu s-saltna taʼ Ġuda+ u jappoġġaw lil Reħobogħam, bin Salamun, għal tliet snin, għax huma mxew fit-triq taʼ David u Salamun għal tliet snin.+ 18  Imbagħad Reħobogħam ħa b’martu lil Maħalat, bint Ġerimot, bin David, u bint Abiħajl, bint Eljab,+ bin Ġesse. 19  U hi wilditlu l-ulied, Ġegħus, Semarija, u Żaħam. 20  U warajha ħa lil Magħka,+ li nannuha kien Absalom.+ U hi wilditlu lil Abija,+ Għattaj, Żiża, u Selomit. 21  U Reħobogħam kien iħobbha iktar lil Magħka, li nannuha kien Absalom, min-nisa+ l-oħrajn kollha li kellu u mill-konkubini tiegħu; għax kellu tmintax-il mara, kif ukoll sittin konkubina, u b’hekk nissel tmienja u għoxrin tifel u sittin tifla. 22  Għaldaqstant, Reħobogħam ħatar lil Abija, bin Magħka, bħala kap, bħala mexxej fost ħutu, għax kellu l-ħsieb li jagħmlu sultan. 23  Madankollu, hu aġixxa bid-dehen+ u qassam lil xi wħud minn uliedu fl-artijiet kollha taʼ Ġuda u taʼ Benjamin,+ fil-bliet fortifikati kollha,+ u tahom ikel bl-abbundanza+ u kisbilhom ħafna nisa biex jiżżewġuhom.+

Noti taʼ taħt

Letteralment “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Ara Le 17:7, in-nota taʼ taħt.